+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali
------+Artikolu 1 Għan
------+Article 2 Scope
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni.
------+Artikolu 4
------+Artikolu 5
------+Artikolu 6
------+Artikolu 7
---+KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
------+Artikolu 8
------+Artikolu 9
------+Artikolu 10
------+Artikolu 11
------+Artikolu 12
---+KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp.
------+Article 13
------+Artikolu 14
------+Article 15
------+Artikolu 16
---+KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi
------+Article 17
------+Artikolu 18
------+Artikolu 19
---+KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data
------+Article 20
------+Artikolu 21
------+Artikolu 22
---+Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat
------+Artikolu 22a
---+KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali
------+Artikolu 23
------+Artikolu 24
------+Artikolu 25
------+Artikolu 26
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
English - European Union - Environment -

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001

tat-22 ta' Mejju 2001

li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Rizorsi Marini Ħajjin tal-Baħar Antartiku, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”, ġiet approvata permezz ta' Deċiżjoni 81/691/KEE ( 3 ) u daħlet fis-seħħ rigward il-Komunità fil-21 ta' Mejju 1982.

(2)

Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' fawna u flora tal-baħar Antartiku permezz ta' l-istabbiliment ta' Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku, hawnhekk iktar ‘il quddiem imsejħa “CCAMLR”, u l-adozzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni li jsiru vinkolanti bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3)

Fit-tmintax-il Laqgħa Annwali f'Novembru ta' l-1999, il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) adottat il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII li tistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.

(4)

L-introduzzjoni ta' skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp. hija intiża li ttejjeb il-kontroll ta' kummerċ internazzjonali ta' l-ispeċi u biex tiddentifika l-oriġini ta' kull Dissostichus spp. li jkunu importati minn jew esportati lejn it-territorji tal-partijiet kontraenti tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR).

(5)

Id-dokument ta' qbid għandu wkoll jagħmilha possibli li wieħed jistabbilixxi jekk id-Dissostichus spp. kienx maħsud fiż-żona tal-Konvenzjoni b'mod konsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) u biex tinġabar data ta' qbid sabiex tiffaċilita l-evalwazzjoni xjentifika ta' ħażniet.

(6)

Il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII saret vinkolanti mal-Partijiet Kontraenti kollha fid-9 ta' Mejju 2000. Għaldaqstant il-Komunità għandha timplimentaha.

(7)

Sabiex il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) tilħaq l-għan ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi, l-obbligazzjoni ta' preżentazzjoni ta' dokument ta' qbid għandha tiġi fis-seħħ fir-rigward ta' l-importazzjoni kollha tad-Dissostichus spp.

(8)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni ( 4 ),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali
KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni. KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni.
KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan. KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp. KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp.
KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi
KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data
Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat
KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali
ANNESS I

ANNESS I

DOKUMENT TA' QBID TA' DISSOSTICHUS U DOKUMENT TA' ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID TA' DISSOSTICHUS

Id-dokument ta' qbid u d-dokument ta' ri-esportazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(1) Numru ta' identifikazzjoni speċifiku, li jikkonsisti minn:

(i) numru ta' erba' ċifri li jikkonsistu mill-kodiċi ta' żewġ ċifri tal-pajjiż ta' l-Organizzazzjoni ta' Standards Internazzjonali (ISO), segwit mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li għaliha nħareġ id-dokument:

(ii) numru ta' sekwenza ta' tliet ċifri (li jibda b'001) biex tiġi indikata l-ordni li fiha jinħarġu l-formoli tad-dokumenti ta' qbid.

2. L-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' l-awtorità li ħarġet il-formola tad-dokument ta' qbid;

(ii) l-isem, il-port ta' residenza, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u s-sinjal ta' sejħa tal-bastiment u, jekk applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu ta' l-IMO/Lloyd's;

(iii) in-numru tal-liċenza jew il-permess maħruġ għall-bastiment, kif applikabbli;

(iv) il-piż ta' kull speċi ta' Dissostichus żbarkata jew trasbordata skond it-tip tal-prodott, u

(a) skond is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika tal-CCAMLR jekk tinqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni, u/jew

(b) skond iż-żona, is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jekk tinqabad barra ż-żona tal-Konvenzjoni;

(v) id-dati li fihom ittieħdet il-qabda;

(vi) fil-każ ta' żbarkar, id-data u l-port li fihom ġiet żbarkata l-qabda; jew fil-każ ta' trasbord, id-data u l-isem tal-bastiment, il-bandiera u n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu (għall-bastimenti Komunitarji, in-numru tar-reġistrazzjoni interna fir-reġistru tal-flotta allokat lill-bastiment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità);

(vii) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' min jirċievi l-qabda u l-ammont ta' kull speċi u tip ta' prodott irċevut; u

(viii) id-dettalji tat-trasport fit-taqsima ta' l-esportazzjoni tad-dokument ta' qbid ta' Dissostichus u fit-taqsima ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid tad-dokument ta' l-esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus, kif xieraq:

(1) jekk bil-baħar:

— numru/i ta' container(s) jew, jekk aktar minn containerwieħed, lista tan-numri ta' containers fuq dokument mehmuż iffirmat u ttimbrat għal validazzjoni mill-awtorità ta' validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus jew dokumenti ta' esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus; jew

— isem tal-bastiment; u

— id-dokument tat-tagħbija, id-data u l-post ta' ħruġ

2. jekk bl-ajru:

— in-numru tat-titjira, in-numru ta' l-irċevuta tat-titjira, il-post u d-data ta' ħruġ

3. jekk b'mezz ieħor (trasportazzjoni bl-art):

— in-numru tar-reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-truck; jew

— in-numru tat-trasport tal-ferrovija; u

— data u post ta' ħruġ.

ANNESS II

ANNESS II

DOKUMENT TA’ QBID TA’ DISSOSTICHUSNumru tad-DokumentNumru ta’ Konferma ta’ l-Istat tal-BandieraTAQSIMA TAL-PRODUZZJONI1. Awtorità tal-Ħruġ tad-DokumentIsemIndirizzTel.:Fax:2. Isem tal-Bastiment tas-SajdPort ta’ Residenza u Numru ta’ ReġistrazzjoniSinjal ta’ SejħaNumru ta’ l-IMO/Lloyd’s (jekk inħareġ)3. Numru tal-liċenza (jekk inħareġ)Dati tas-sajd għall-qbid taħt dan id-dokument4. Minn:5. Sa:6. Deskrizzjoni tal-Ħut (Żbarkat/Trasbordat)7. Deskrizzjoni tal-Ħut MibjugħSpeċiTipPiż Stmat għall-Iżbarkar (kg)Żona ta’ Qbid (*)Piż Verifikat Żbarkat (kg)Piż Nett Mibjugħ (kg)Isem, indirizz, telefon, fax u firma tar-riċeviturIsem ir-Riċevitur:Firma:Indirizz:Tel.:Fax:Speċi: TOP Dissostichus eleginoides, TOA Dissostichus mawsoniTip: WHO Sħiħ; HAG Mingħajr ras u garġi; HAT Mingħajr ras u denb; FLT Flett; HGT Mingħajr ras, garġi u denb; OTH Oħrajn (speċifika)8. Informazzjoni ta’ Żbarkar/Trasbord: Jien niċċertifika li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta. Jekk ittieħed xi Dissostichus fiż-Żona tal-Konvenzjoni, jiena niċċertifika li dan ittieħed b’mod li huwa konsistenti mal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR.Kaptan tal-Bastiment tas-Sajd jew Rappreżentant Awtorizzat (ikteb b’ittri kbar)Firma u DataPort ta’ Żbarkar/Trasbord u Pajjiż/ŻonaData ta’ Żbarkar/Trasbord9. Ċertifikat ta’ Trasbord: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta.Kaptan tal-Bastiment RiċeviturFirmaIsem il-BastimentSinjal ta’ SejħaNumru ta’ l-IMO/Lloyd’s (jekk inħareġ)Trasbord f’Żona ta’ Port: kontrofirma ta’ l-Awtorità ta’ Port fejn xieraqIsemAwtoritàFirmaTimbru10. Ċertifikat ta’ Żbarkar: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta.IsemAwtoritàFirmaIndirizzTel:Port ta’ ŻbarkarData ta’ ŻbarkarTimbruTAQSIMA TA’ L-ESPORTAZZJONI - DETTALJI TAT-TRASPORTJekk bil-baħar/bl-ajru:Numru tal-container:(jekk aktar minn wieħed - ehmeż il-lista)Jekk m’hemmx container:Isem tal-bastiment; JEWNumru tat-titjira; UNumru tad-dokument tat-tagħbija/tat-titjira; UData u post ta’ ħruġJekk trasport bl-art:Numru tar-reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-truck; JEWNumru tat-trasport tal-ferrovija; UData u post ta’ ħruġ

11. Deskrizzjoni tal-Ħut EsportatSpeċiTip ta’ ProdottPiż Nett12. Dikjarazzjoni ta’ l-esportatur: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta.IsemIndirizzFirmaLiċenza ta’ Esportazzjoni (jekk inħarġet)13. Validazzjoni ta’ l-Awtorità tal-Gvern ta’ l-Esportazzjoni: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta.Isem/TitoluFirmaDataTimbru tal-pajjiż ta’ esportazzjoni14. TAQSIMA TA’ L-IMPORTAZZJONIIsem l-ImportaturIndirizzPost ta’ Ħatt:IndirizzStat/ProvinċjaPajjiżBelt(*) Irreġistra ż-Żona/is-Subżona/id-Diviżjoni ta’ Statistika tal-FAO ta’ fejn ittieħdet il-qabda u indika jekk il-qabda itteħditx fl-ibħra mhux territorjali jew fiż-ŻEE.

ANNESS III

ANNESS III

DOKUMENT TA’ ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID TA’ DISSOSTICHUSTAQSIMA TA’ L-ESPORTAZZJONI MILL-ĠDIDPajjiż tar-Ri-esportazzjoni:1. Deskrizzjoni tal-ĦutSpeċiTip ta’ ProdottPiż Nett Esportat (kg)Numru tad-Dokument ta’ Qbid ta’ Dissostichus MehmużSpeċi: TOP Dissostichus eleginoides, TOA Dissostichus mawsoniTip: WHO Sħiħ; HAG Mingħajr ras u garġi; HAT Mingħajr ras u denb; FLT Flett; HGT Mingħajr ras, garġi u denb; OTH Oħrajn (speċifika)ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID - DETTALJI TAT-TRASPORTJekk bil-baħar/bl-ajr:Numru ta’ kontejners:(jekk aktar minn wieħed - ehmeż il-lista)Jekk m’hemmx containers:Isem tal-bastiment; JEWNumru tat-titjira; UNumru tad-dokument tat-tagħbija/tat-titjira; UData u post ta’ ħruġJekk trasport bl-art:Numru tar-reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-truck; JEWNumru tat-trasport tal-ferrovija; UData u post ta’ ħruġ2. Ċertifikazzjoni ta’ l-Esportatur mill-ġdid: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta u li l-prodott ta’ hawn fuq ġej minn prodott iċċertifikat bid-Dokument(i) ta’ Qbid ta’ Dissostichus mehmuż(in).IsemIndirizzFirmaDataLiċenza ta’ esportazzjoni (jekk inħarġet)3. Validazzjoni ta’ l-Awtorità tal-Gvern ta’ l-Esportazzjoni: Jiena niċċertifika li, fl-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija kompleta, vera u korretta.Isem/titoluFirmaDataTimbru4. TAQSIMA TA’ L-IMPORTAZZJONIIsem l-ImportaturIndirizzPost ta’ Ħatt:BeltStat/ProvinċjaPajjiż(*) Irreġistra ż-Żona/is-Subżona/id-Diviżjoni ta’ Statistika tal-FAO ta’ fejn ittieħdet il-qabda u indika jekk il-qabda itteħditx fl-ibħra mhux territorjali jew fiż-ŻEE.


( 1 ) ĠU C 337 E, 28.11.00, p. 103.

( 2 ) L-opinjoni mogħtija fit-28 ta' Frar 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 252, 05.09.81, p. 26.

( 4 ) ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

( 5 ) ĠU L 389, 31.12.92, p. 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.10.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001R1035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.