+ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja
---+Artikolu 1 Il-mira
---+Artikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
------+Article 2 3.
------+Article 2 4.
------+Article 2 5.
---+Artikolu 4 L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE
---+Artikolu 5 Ir-Rappurtaġġ u r-rivista
---+Artikolu 6 L-implimentazzjoni
---+Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ
---+Artikolu 8 Id-destinatarji
---+ANNESS I ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2
---+ANNESS II
English - European Union - Environment -

ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2003

li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Il-mira

Artikolu 1

Il-mira

Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari billi:

(a) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent;

(b) ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tipprovdi disposizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja ġewwa d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE.

Artikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi

Artikolu 2

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, “il-pubbliku” għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rivista tal-pjani jew tal-programmi meħtieġa li jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I.

Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) il-pubbliku jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma huma l-medja elettronika meta disponibbli, dwar kull proposta għal dawn il-pjani jew programmi jew għall-modifika jew ir-rivista u li t-tagħrif rilevanti dwar dawn il-proposti jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku inkluż fost ħwejjeġ oħra t-tagħrif dwar id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet;

(b) il-pubbliku huwa initolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa qabel ma jsiru d-deċiżjonijiet dwar il-pjani jew il-programmi;

(ċ) fit-tfassil ta’ dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluż tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3.  L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku intitolat li jipparteċipa għall-għanijiet tal-paragrafu 2, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jiltaqgħu ma’ ħtiġiet imposti skond il-liġijiet nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent,

L-arranġamenti ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri hekk illi jgħinu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv.

Għandhom jiġu pprovvduti kwadri taż-żmien raġjonevoli li jippermettu żmien biżżejjed għal kull wieħed mill-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa minn dan l-Artikolu.

4.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddisinjati bil-għan waħdieni li jaqdu d-difiża nazzjonali jew meħuda fil-każ ta’ emerġenzi ċivili.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddikjarati fl-Anness I li għalihom il-proċedura ta’ parteċipazzjoni mill-pubbliku titwettaq taħt id-Direttiva2002/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi dwar l-ambjent ( 1 ) jew taħt id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-kamp tal-politika dwar l-ilma ( 2 ).

▼M1 —————

▼B

Artikolu 4 L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Artikolu 4

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Id-Direttiva 96/61/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu 10(b):

“Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I.”;

(b) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“13. ‘il-pubbliku’ għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

14. ‘il-pubbliku interessat’ għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;”

2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“— l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant.”

3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal:

— il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda,

— il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni,

— l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13.

Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.”;

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u

(b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.”;

4. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“L-Artikolu 13a

L-aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:

(a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament,

(b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni;

ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.”;

5. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti.”

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.”;

6. għandu jiżdied l-Anness V, kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 5 Ir-Rappurtaġġ u r-rivista

Artikolu 5

Ir-Rappurtaġġ u r-rivista

Sal-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva. Bil-ħsieb li jżid il-ħtiġiet ta’ l-integrazzjoni tal-protezzjoni ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, u filwaqt li jqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, jekk approprjat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva għall-pjani u l-programmi l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.

Artikolu 6 L-implimentazzjoni

Artikolu 6

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8 Id-destinatarji

Artikolu 8

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2

ANNESS I

ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2

(a) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulhu 1975 dwar l-iskart ( 3 ).

(b) L-Artikolu 6 tad-Diretiva tl-Kunill 91/157/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi ( 4 )

(ċ) L-Artikolu 5(1) tad-Direttuiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tirrigwarda l-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli ( 5 ).

(d) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż ( 6 ).

(e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-pakkeġġjar u l-iskart mill-pakkeġġjar ( 7 ).

(f) L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja ta' mad-dwar ( 8 ).

▼M2

(g) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE ( 9 ).

▼B

ANNESS II

ANNESS II

Fid-Direttiva 96/61/KE, għandu jiżdied l-Anness li ġej:

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.12.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.