+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili
---+Preamble: 1
---+Article 1
---+Article 2
---+Artikolu 3
---+Article 4
---+Article 5
---+Artikolu 6
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 8a
---+Article 9
---+Article 10
---+Article 11
---+Artikolu 12
---+Artikolu 12a
---+Article 13
---+Article 14
---+ANNEX I Arrangements referred to in Article 2 (1) (h)
|
English -
European Union -
Aviation -
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (
1
),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (
2
),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (
3
),
Billi, kif previst fl-Artikolu 8a tat-Trattat, għandhom jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern fuq perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern se tkun żona mingħajr fruntieri interni li fiha il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu assigurat;
Billi kull livell ġenerali għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa għandu jinżamm u ħtiġijiet tekniċi preżenti u proċeduri amministrattivi fl-Istati Membri għandhom jittellgħu sa l-ogħla standards li preżentement intlaħqu fil-Komunità;
Billi s-sigurtà hi fattur kruċjali fit-trasport bl-ajru tal-Komunità; billi għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-Konvenzjoni dwar Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, li tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jassiguraw l-operat sigur ta' l-inġenji ta' l-ajru;
Billi r-restrizzjonijiet preżenti dwar it-trasferiment ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti ta' l-avjazzjoni u ta' ċerti servizzi fil-qasam ta' l-avjazzjoni bejn Stati Membri sejrin jikkawżaw distorzjoni fis-suq intern;
Billi l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunta (JAA), korp assoċjat tal-Konferenza dwar Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) ikkonkludew arranġamenti biex jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti ta' l-avjazzjoni (JARs) fl-oqsma kollha li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom;
Billi, skond il-politika komuni dwar trasport, ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi li jirreferu għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-operat tagħhom għandhom jiġu armonizzati abbażi tal-kodiċi JAR tal-JAA;
Billi s-sħubija ta' kull Stat Membru fil-JAA u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-proċeduri tagħha tista' tiffaċilita dik l-armonizzazzjoni;
Billi, sabiex jintlaħqu l-miri tal-Komunità għar-rigward tal-libertà ta' ċirkolazzjoni ta' persuni u prodotti kif ukoll għar-rigward il-politika komuni dwar it-trasport, Stati Membri għandhom jaċċettaw l-attestazzjoni ta' prodotti u ta' korpi u persuni interessati fid-disinn, fil-manifattura, fiż-żamma u fil-ħidma ta' prodotti, mingħajr aktar xogħol tekniku jew evalwazzjoni, meta l-prodott, l-organizzazzjoni jew il-persuna jkunu ġew attestati b'mod konformi mal-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri ammistrattivi;
Billi problemi ta' sigurtà jistgħu jirriżultaw, f'dak il-każ, Stati Membri għandhom jieħdu kull miżura xierqa b'urġenza; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu hekk iġġustifikati kif imiss u, meta l-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi jipprovdu nuqqasijiet, ikun għall-Kummissjoni, li teżerċita l-poteri ta' implimentazzjoni tagħha, biex tadotta l-emendi meħtieġa;
▼M5
L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet sinifikattivi ta' rosters għal intrapriżi li l-mudelli operattivi tagħhom ikunu esklussivament ibbażati fuq operazzjoni matul il-lejl. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' evidenza pprovduta mill-partijiet konċernati, tagħmel evalwazzjoni u tipproponi aġġustament tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz sabiex jittieħed kont ta' dawn il-mudelli speċjali ta' operazzjoni;
▼B
Billi hu mixtieq li finanzjament mill-Istati Membri għal riċerka biex tiġi mtejba s-sigurtà ta' l-avjazzjoni jiġi kkoordinat biex jiġi assigurat l-aħjar użu ta' riżorsi u biex ikun possibbli li jinkiseb benefiċċju massimu;
▼M5
Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tlesti evalwazzjoni xjentifika u medika tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni, u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tfassal u tippreżenta bla dewmien proposti sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tekniċi relevanti;
Fir-reviżjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a għandha tinżamm id-direzzjoni lejn aktar armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li s'issa ġew adottati, sabiex ikun iffaċilitat il-moviment liberu tal-persunal ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-Komunità. F'dan il-kuntest, għandha tiġi eżaminata mill-ġdid il-possibbiltà ta' aktar armonizzazzjoni tal-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ tal-kabina;
▼M5
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (
4
),
▼B
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
▼M5
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armonizzazzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili relatati ma' l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru u ma' persuni u organizzazzjonijiet involuti f'tali xogħlijiet.
▼B
2. Il-ħtiġijiet tekniċi armonizzati u proċeduri amministrattivi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-inġenji ta' l-ajru kollha mħaddma minn operaturi kif imfissra fl-Artikolu 2(a), kemm jekk irreġistrati fi Stat Membru kemm jekk f'pajjiż terz.
▼M5
3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà tinftiehem bħala mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport. 4. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport tal-Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom javżaw lill-Kunsill dwar tali data ta' dħul fis-seħħ.
▼B
L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) “operatur” tfisser persuna naturali li toqgħod fi Stat Membru jew persuna legali stabbilita fi Stat Membru li tuża xi inġenji ta' l-ajru jew aktar b'mod konformi mar-regolamenti applikabbli f'dak l-Istat Membru, jew trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità kif imfisser fil-leġislazzjoni tal-Komunità;
(b) “prodott” tfisser inġenji ta' l-ajru ċivili, magna, skrun jew tagħmir;
(ċ) “apparat” tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparatus jew aċċessorju użat jew maħsub li jintuża biex jiġu mħaddma inġenji ta' l-ajru f'titjira, kemm jekk installat fi, maħsub li jkun installat fi, jew imwaħħal ma', inġenji ta' l-ajru ċivili, iżda li ma jagħmilx parti minn airframe, magna jew skrun;
(d) “komponent” tfisser materjal, parti jew sub-assembly mhux kopert bit-tifsira f'(b) jew (ċ) għall-użu fl-inġenji ta' l-ajru ċivili, magni, skrejjen jew tagħmir;
(e) “attestazzjoni” (ta' kull prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna) tfisser kull forma ta' rikonoxximent legali li kull prodott, servizz, korp jew persuna tikkonforma mal-ħtiġijiet applikabbli. Dik l-attestazzjoni tinkludi żewġ atti:
(i) l-att ta' ċċekkjar li teknikament il-prodott, servizz, organizzazzjoni jew persuna jikkonformaw mal-ħtiġijiet applikabbli; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet tekniċi”;
(ii) l-att ta' rikonoxximent formali ta' dik il-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat, liċenza, approvazzjoni jew dokument ieħor bil-mod meħtieġ minn liġijiet u proċeduri nazzjonali; dan l-att hu magħruf bħala “tiftix tas-sejbiet legali”;
(f) “manutenzjoni” tfisser l-ispezzjonijiet, servicing, modifiki u kull tiswija tul il-ħajja ta' inġenji ta' l-ajru meħtieġ biex jiġi assigurat li l-inġenji ta' l-ajru jibqgħu jikkonformaw maċ-ċertifikazzjoni tat-tip u joffri livell għoli ta' sigurtà fiċ-ċirkostanzi kollha; dan għandu jinkludi b'mod partikolari modifiki imposti mill-awtoritajiet li jkunu parti mill-arranġamenti li għalihom saret referenza f'(h) skond il-kunċetti ta' ċċekkjar għal airworthiness;
(g) “national variant” tfisser kull ħtieġa nazzjonali jew regolament impost minn pajjiż b'żieda ma' jew minflok JAR;
(h) “arranġamenti” tfisser arranġamenti żviluppati taħt l-awspiċi tal-Konferenza ta' l-Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC) dwar kooperazzjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' ħtiġijiet konġunti f'kull qasam li jirrerferu għas-sigurtà u operazzjoni bla periklu ta' inġenji ta' l-ajru. Dawn l-arranġamenti huma speċifikati fl-Anness I;
▼M5
(i) “l-Awtorità” fl-Anness III tfisser l-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta' operatur ta' l-ajru (AOC).
▼M5
|
|
Article 1
|
Article 1
▼M5
1. This Regulation shall apply to the harmonisation of technical requirements and administrative procedures in the field of civil aviation safety related to the operation and maintenance of aircraft and persons and organisations involved in such tasks.
▼B
2. The harmonized technical requirements and administrative procedures referred to in paragraph 1 shall apply to all aircraft operated by operators as defined in Article 2 (a), whether registered in a Member State or in a third country.
▼M5
3. The application of this Regulation to the airport of Gibraltar is understood to be without prejudice to the respective legal positions of the Kingdom of Spain and the United Kingdom with regard to the dispute over sovereignty over the territory in which the airport is situated. 4. Application of this Regulation to Gibraltar airport shall be suspended until the arrangements included in the Joint Declaration made by the Foreign Ministers of the Kingdom of Spain and the United Kingdom on 2 December 1987 enter into operation. The Governments of Spain and the United Kingdom shall inform the Council of such date of entry into operation.
▼B
|
|
Article 2
|
Article 2 For the purpose of this Regulation:
(a) ‘operator’ means a natural person residing in a Member State or a legal person established in a Member State using one or more aircraft in accordance with the regulations applicable in that Member State, or a Community air carrier as defined in Community legislation;
(b) ‘product’ means a civil aircraft, engine, propeller or appliance;
(c) ‘appliance’ means any instrument, equipment, mechanism, apparatus or accessory used or intended to be used in operating an aircraft in flight, whether installed in, intended to be installed in, or attached to, a civil aircraft, but not forming part of an airframe, engine or propeller;
(d) ‘component’ means a material, part or sub-assembly not covered by the definitions in (b) or (c) for use on civil aircraft, engines, propellers or appliances;
(e) ‘certification’ (of a product, service, organization or person) means any form of legal recognition that such a product, service, body or person complies with the applicable requirements. Such certification comprises two acts:
(i) the act of checking that technically the product, service, organization or person complies with the applicable requirements; this act is referred to as ‘making the technical findings’;
(ii) the act of formal recognition of such compliance with the applicable requirements by the issue of a certificate, licence, approval or other document in the manner required by national laws and procedures; this act is referred to as ‘making the legal findings’;
(f) ‘maintenance’ means all inspections, servicing, modification and repair throughout the life of an aircraft needed to ensure that the aircraft remains in compliance with the type certification and offers a high level of safety in all circumstances; this shall include in particular modifications imposed by the authorities party to the arrangements referred to in (h) in accordance with airworthiness checking concepts;
(g) ‘national variant’ means a national requirement or regulation imposed by a country in addition to or instead of a JAR;
(h) ‘arrangements’ means arrangements developed under the auspices of the European Civil Aviation Conference (ECAC) for cooperation in the development and implementation of joint requirements in all fields relating to the safety and safe operation of aircraft. These arrangements are specified in Annex I;
▼M5
(i) ‘the Authority’ in Annex III means the competent authority that has granted the air operator's certificate (AOC).
▼M5
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi applikabbli fil-Komunità fir-rigward ta' trasport kummerċjali permezz ta' l-ajruplan għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness III. 2. Ir-referenzi li jsiru għas-Sub-parti M ta' l-Anness III jew għal xi waħda mid-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jirriferu għall-Parti M tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (
5
) jew għad-dispożizzjonijiet relevanti tiegħu.
▼B
L-Artikolu 4
▼M5
1. Fir-rigward ta' l-oqsma mhux koperti mill-Anness III, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 80(2) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u mill-aktar fis possibbli, tressaq proposti adegwati f'dawn l-oqsma.
▼B
2. Sakemm dawn il-proposti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jiġu adottati Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tar-regolamenti nazzjonali eżistenti tagħhom. L-Artikolu 5 Stati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili tagħhom jonoraw il-kondizzjonijiet għal sħubija tal-JAA speċifikati fl-arranġamenti u għandhom jiffirmaw dawk l-arranġamenti mingħajr riserva qabel l-1 ta' Jannar 1992.
▼M5
|
|
Article 4
|
Article 4
▼M5
1. With regard to the fields not covered by Annex III, common technical requirements and administrative procedures shall be adopted on the basis of Article 80(2) of the Treaty. The Commission shall, where appropriate and as soon as possible, submit suitable proposals in these fields.
▼B
2. Pending adoption of the proposals referred to in paragraph 1 member States may apply the relevant provisions of their existing national regulations.
|
|
Article 5
|
Article 5 Member States shall ensure that their responsible civil aviation authorities meet the conditions for membership of the JAA specified in the arrangements and shall sign such arrangements without reservation before 1 January 1992.
▼M5
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 6 Ajruplani mħaddma taħt awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jistgħu jiġu mħaddma taħt l-istess kondizzjonijiet fl-Istati Membri oħra, mingħajr ħtiġijiet jew valutazzjonijiet tekniċi oħrajn minn dawk l-Istati Membri l-oħra.
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikazzjoni mogħtija skond dan ir-Regolament minn Stat Membru ieħor jew minn korp li jaġixxi f'ismu, lil korpi jew persuni mqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jew taħt l-awtorità tiegħu, li jkunu kkonċernati bil-manutenzjoni ta' prodotti bl-operat ta' inġenji ta' l-ajru.
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8 1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 7 m'għandhomx jimpedixxu Stat Membru milli jirreaġixxi fil-pront f'każ ta' problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament. Jekk il-problema ta' sigurtà tirriżulta minn livell mhux adegwat ta' sigurtà previst mill-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi, jew nuqqasijiet f'dawn il-ħtiġijiet u proċeduri, l-Istat Membru għandu javża minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li ttieħdu u r-raġunijiet għalihom. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), jekk livell mhux adegwat ta' sigurtà jew nuqqas fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jiġġustifikawx il-kontinwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-miżuri adottati skond l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-passi neċessarji sabiex temenda l-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi kkonċernati skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 11. Jekk jinstab li l-miżuri ta' l-Istat Membru mhumiex ġustifikati, l-Istat Membru għandu jħassar dawn il-miżuri. 2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-proċeduri amministrattivi speċifikati minn dan ir-Regolament fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti u mhux mistennija jew bżonnijiet operattivi għal tul limitat. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati dwar kwalunkwe eżenzjoni mogħtija b'mod ripetut, jew għal perjodu itwal minn xahrejn. Meta l-Kummissjoni u Stati Membri oħra jiġu avżati dwar l-eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru skond it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ma' kull regola oħra relevanti tal-liġi Komunitarja. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola oħra relevanti tal-leġislazzjoni Komunitarja, hija għandha tiddeċiedi dwar miżuri ta' salvagwardja skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12a. F'tali każ, l-Istat Membru għandu jħassar l-eżenzjoni. 3. F'każijiet fejn jista' jintlaħaq, permezz ta' mezzi oħra, livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak milħuq permezz ta' l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità ta' l-applikanti u b'kont meħud tal-bżonn li ma tiġix distorta l-kompetizzjoni, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti din l-approvazzjoni, ir-raġunijiet għaliha u l-kondizzjonijiet stipulati sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk l-approvazzjoni proposta tistax tingħata.
▼M6
F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.
▼M5
L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura. 4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet relatati ma' OPS 1.1105 punt 6, OPS 1.1110 punti 1.3 u 1.4.1, OPS 1.1115 u ma' OPS 1.1125 punt 2.1 tas-Sub-parti Q fl-Anness III sakemm jiġu stabbiliti r-regoli Komunitarji bbażati fuq għarfien xjentifiku u l-aħjar prattika. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet li huma jiddeċiedu li jżommu. Għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1 imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu, li l-Istati Membri jkollhom il-ħsieb li jadottaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' l-Anness III, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk dawn id-dispożizzjonijiet jaqblux ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament u ta' regoli oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja, u jekk dawn jistgħux isiru applikabbli.
▼M6
F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.
▼M5
L- Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.
▼M5
|
|
Artikolu 8a
|
Artikolu 8a 1. Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tikkonkludi evalwazzjoni xjentifika u medika tad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (
6
) għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti għall-modifika tad-dispożizzjonijiet tekniċi applikabbli tas-Sub-parti O u tas-Sub-parti Q ta' l-Anness III.
▼B
L-Artikolu 9 Stati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkoordinaw il-programmi ta' riċerka tagħhom biex itejbu s-sigurtà ta' inġenji ta' l-ajru ċivili u l-operat tagħhom u biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva relevanti biex tinkoraġġixxi dawk il-programmi ta' riċerka nazzjonali. L-Artikolu 10 Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) b'kull ħtieġa jew proċedura emendata ġdida żviluppata jew adottata b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Arranġamenti; u
(b) b'kull modifika ta' l-Arranġamenti; u
(ċ) bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ma' l-industrija u korpi oħra interessati.
L-Artikolu 11
▼M6
1. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li saru neċessarji minħabba progress xjentifiku u tekniku u li jemendaw ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi komuni msemmija fl-Anness III, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattivi, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4).
▼B
2. Meta l-emendi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jinkludu l-varjant nazzjonali għal Stat Membru il-Kummissjoni, li taġixxi mal-proċedura stabbilita
►M6
fl-Artikolu 12(3) ◄ , għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew le tinkludi dak il-varjant fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi.
▼M6
|
|
Article 9
|
Article 9 Member States shall take the necessary steps to coordinate their research programmes to improve the safety of civil aircraft and their operation and to inform the Commission thereof. After consulting the Member States, the Commission may take any relevant initiative to promote such national research programmes.
|
|
Article 10
|
Article 10 Member States shall notify the Commission of:
(a) any new or amended requirement or procedure developed or adopted in accordance with procedures laid down in the Arrangements; and
(b) any modification of the Arrangements; and
(c) the results of consultations with industry and other interested bodies.
|
|
Article 11
|
Article 11
▼M6
1. The measures, designed to amend non-essential elements of this Regulation by supplementing it, which are necessitated by scientific and technical progress and which amend the common technical requirements and administrative procedures listed in Annex III, shall be adopted in accordance with the regulatory procedure with scrutiny referred to in Article 12(3). On imperative grounds of urgency, the Commission may follow the urgency procedure referred to in Article 12(4).
▼B
2. Where the amendments referred to in paragraph 1 contain a national variant for a Member State the Commission, following the procedure laid down
►M6
in Article 12(3) ◄ , shall decide whether or not to include that variant in the common technical requirements and administrative procedures.
▼M6
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 12 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sigurtà ta' l-Ajru (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 4. F'każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1), (2), (4) u (6), kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
▼M5
|
|
Artikolu 12a
|
Artikolu 12a Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura ta' salvagwardja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Qabel tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat. Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. Meta ssir referenza lill-Kunsill minn Stat Membru ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien tliet xhur.
▼B
L-Artikolu 13 1. Stati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex issir sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tiegħu. 2. Bħala parti mill-assistenza reċiproka li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jaqsmu b'mod regolari kull informazzjoni disponibbli dwar:
— ksur ta' dan ir-Regolament minn dawk mhux residenti u penali imposti f'dan ir-rigward,
— penali imposti fuq ir-residenti tiegħu minn kull Stat Membru għar-rigward ta' dawk il-ksur magħmula fi Stati Membri oħra.
L-Artikolu 14 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
|
Article 13
|
Article 13 1. Member States shall assist one another in implementing this Regulation and in monitoring its implementation. 2. As part of the mutual assistance referred to in paragraph 1 the Member States' competent authorities shall regularly exchange all available information on:
— infringements of this Regulation by non-residents and penalties imposed in respect thereof,
— penalties imposed on its residents by a Member State in respect of such infringements committed in other Member States.
|
|
Article 14
|
Article 14 This Regulation shall enter into force on 1 January 1992. This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.
|
|
ANNEX I Arrangements referred to in Article 2 (1) (h)
|
ANNEX I Arrangements referred to in Article 2 (1) (h) ‘Arrangements concerning the Development, the Acceptance and the Implementation of Joint Aviation Requirements (JAR)’, concluded in Cyprus on 11 September 1990.
▼M4 —————
▼M8 —————
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991R3922
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|