+9 Review of estimates
---+215. Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u …
---+216. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija …
---+217. Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom …
---+218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …
---+219. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet …
---+220. Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+221. Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li …

9 Review of estimates

9 Review of estimates

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
215. Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jintużaw f’sistema ta’ klassifikazzjoni. Jenħtieġ li dawn il-politiki jipprevedu li bidliet fil-mudelli isiru bħala riżultat ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

  • (a) reviżjoni regolari tal-istimi;
  • (b) validazzjoni indipendenti;
  • (c) bidliet fl-ambjent legali;
  • (d) reviżjoni tal-awditjar intern;
  • (e) reviżjoni tal-awtorità kompetenti.
216. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija …

Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 215, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet xierqa skont is-severità tan-nuqqas u japplikaw MoC skont it-taqsima 4.4.3.

217. Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom …

Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom qafas fis-seħħ li mill-inqas jinkludi l-elementi li ġejjin:

  • (a) kamp ta’ applikazzjoni minimu u frekwenza tal-analiżijiet li għandhom isiru, inklużi metriċi definiti minn qabel li jintgħażlu mill-istituzzjoni sabiex tittestja r-rappreżentattività tad-data, il-prestazzjoni tal-mudell, il-kapaċità tat-tbassir u l-istabbiltà tiegħu;
  • (b) standards iddefiniti minn qabel, inklużi limiti u livelli ta’ sinifikat iddefiniti minn qabel għall-metriċi rilevanti;
  • (c) azzjonijiet iddefiniti minn qabel li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ riżultati negattivi tar-reviżjoni, skont is-severità tan-nuqqas.

Fir-reviżjonijiet regolari tal-istimi, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq ir-riżultati tal-validazzjoni indipendenti fejn dawn ir-riżultati jkunu aġġornati.

218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …
Ir-reviżjonijiettal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-

Artikolu 179(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jsiru filwaqt li jikkunsidraw il-metriċi, l-istandards u l-limiti definiti mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 217. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-reviżjonijiet jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

  • (a) analiżi tar-rappreżentattività tad-data, inkluż dan kollu li ġej:
(i) analiżitad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża sabiex jiġu kwantifikati l-

parametru tar-riskju u l-portafoll tal-applikazzjoni, inkluża l-analiżi ta’ kwalunkwe bidla fil-portafoll jew kwalunkwe interruzzjoni strutturali, permezz ta’ analiżi tar-rappreżentattività deskritta fit-taqsima 4.2.4;

  • (ii) analiżi tad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża biex jiġu żviluppati l-mudell u l-portafoll tal-applikazzjoni; għal dan il-għan l-istituzzjonijiet jenħtieġ li:
  •  iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 24, 25, u 26;
  •  jikkunsidraw li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell tkun biżżejjed
rappreżentattiva f’termini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 21, jekk il-prestazzjoni tal-mudell fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun soda;
  •  iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 22 u 23 fejn il-prestazzjoni tal-mudell
fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun qiegħda tiddeterjora;
  • (b) analiżi tal-prestazzjoni tal-mudell u l-istabbiltà tiegħu matul iż-żmien, li jenħtieġ li jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
  • (i) jenħtieġ li l-analiżi tidentifika kwalunkwe deterjorament potenzjali tal-prestazzjoni tal-mudell, inkluża s-setgħa diskriminatorja tal-mudell, permezz ta’ paragun bejn il-prestazzjoni tiegħu waqt l-iżvilupp u l-prestazzjoni tiegħu f’kull perjodu ta’ osservazzjoni sussegwenti tas-sett tad-data estiż kif ukoll mal-livelli limiti definiti minn qabel; jenħtieġ li din l-analiżi ssir fuq subgruppi rilevanti, pereżempju bi u mingħajr stat ta’ delinkwenza fil-każ ta’ stimi tal-PD, jew għal diversi xenarji ta’ rkupru fil-każ ta’ stimi tal-LGD;
  • (ii) jenħtieġ li l-analiżi ssir fir-rigward tal-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, mingħajr ma jsiru aġġustamenti jew esklużjonijiet tad-data fl-iżvilupp tal-mudell; għal skopijiet ta’ paragun, il-prestazzjoni waqt l-iżvilupp jenħtieġ li tinkiseb ukoll għall-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, qabel kwalunkwe aġġustament jew esklużjoni tad-data;
  • (c) analiżi tal-kapaċità ta’ tbassir tal-mudell, li mill-inqas tinkludi:
  • (i) analiżi dwar jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti fis-sett tad-data li jintuża sabiex jiġu stmati l-parametri tar-riskju twassalx għal stimi tar-riskju materjalment differenti u, b’mod partikolari:
  •  għall-PD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla
sinifikanti fir-rata ta’ inadempjenza medja fuq perjodu twil; jenħtieġ li din l-analiżi tikkunsidra d-definizzjoni mill-ġdid xierqa tal-perjodu tal-medda tal-varjabbiltà probabbli tar-rati ta’ inadempjenza u tat-taħlita tas-snin tajbin u dawk ħżiena, jekk ikunu meħtieġa; għal-LGD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla sinifikanti fl-LGD medju fuq perjodu twil jew fl-LGD ta’ tnaqqis;
  • (ii) analiżi ta’ ttestjar retrospettiv, li jenħtieġ litinkludi paragun bejn l-istimi li jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u r-riżultati osservati għal kull grad jew aggregazzjoni; għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv li sar bħala parti mill-validazzjoni interna, skont l-Artikolu 185(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew jistgħu iwettqu testijiet addizzjonali, pereżempju fir-rigward ta’ perjodu ta’ żmien differenti tas-sett tad-data.
219. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet imsemmija fil-paragrafu 218 għandhom isiru b’mod aktar frekwenti milli darba fis-sena, bħal bidliet ewlenin fil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, il-politiki tal-kreditu jew sistemi rilevanti tal-IT. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu r-reviżjoni tal-mudell tal-PD jew tal-LGD kull meta josservaw bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet ekonomiċi li huma bbażati fuq is-sett tad-data li jintuża sabiex jiġi żviluppat il-mudell.

220. Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …

Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddefinixxu ċiklu regolari għar-reviżjoni sħiħa tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, filwaqt li jikkunsidraw il-materjalità tagħhom, u jkopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-mudell, il-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju u, fejn ikun applikabbli, l-istima tal-komponenti tal-mudell. Jenħtieġ li din ir-reviżjoni tinkludi dan kollu li ġej:

  • (a) reviżjoni tal-motivaturi tar-riskju eżistenti u potenzjali u valutazzjoni tas-sinifikat tagħhom ibbażati fuq l-istandards definiti minn qabel tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 217;
  • (b) valutazzjoni tal-approċċ tal-immudellar, is-solidità kunċettwali tiegħu, l-issodisfar tas-suppożizzjonijiet tal-immudellar u approċċi alternattivi.

Fejn ir-riżultati ta din ir-reviżjoni jirrakkomandaw xi bidliet għat-tfassil tal-mudell, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet xierqa wara r-riżultati minn din l-analiżi.

221. Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li …

Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw politiki konsistenti għall-aġġustamenti u għall-esklużjonijiet tad-data u jiżguraw li kwalunkwe differenza fil-politiki applikati għas-settijiet tad-data rilevanti tkun iġġustifikata u li ma xxekkilx ir-riżultati tar-reviżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.