+152. L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun …

152. L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun …

L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun limitata għal:

  • a) l- impatt ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi, eż. l - impatt tax - xokkijiet tar -rata tal- imgħax fuq il -flussi tal- flus kontinġenti;
  • b) il-munita tal-assi u l-obbligazzjonijiet inklużi entrati li ma jidhrux fil-karti bilanċjali, s abiex tirrifletti r-riskju ta’ konvertibbiltà u tfixkil possibbli fl- aċċess għal swieq tal-kambju barranin;
  • c) fejn hemm ħtiġijiet ta’ likwidità u fondi disponibbli, it- tranżazzjonijiet ta’ likwidità intragrupp u r-riskju ta’ restrizzjonijiet għat -trasferiment tal-fondi bejn il- ġurisdizzjonijiet jew l-entitajiet tal- grupp;
  • d) l-azzjonijiet li tista’ tieħu l-istituzzjoni sabiex tippreserva r-reputazzjoni jew il- frankiġja tagħha (eż. il- ħlas lura bikri ta’ obbligazzjonijiet eżerċitabbli);
  • e) l-internalizzazzjoni ta’ riskji relatati ma’ attivitajiet speċifiċi, bħal fil- każ ta’ senserija ewlenija fejn tista’ tkun meħtieġa s-simmetrija, sa ċertu punt, bejn in- naħa tal- għoti tas-self u n- naħa tat- teħid tas-self tat-titoli, jiġifieri pożizzjonijiet twal tal-klijenti huma ffinanzjati permezz tar-rikavat mill- kummerċ qasir tal-klijenti. Tali simmetrija hija soġġetta għall - imġiba tal-kontropartijiet u għaldaqstant hija sensittiva għar -riskju tar-reputazzjoni. Fil- każ ta’ tali riskju, tista’ toħloq it- tneħħija ta’ negozji li bla mistenni jħallu lill-istituzzjoni b’titoli fuq il-karta bilanċjali tagħha, flimkien mal- ħtieġa li tiffinanzjahom;
  • f) il-vulnerabbiltajiet fl-istruttura tat-terminu ta’ finanzjament minħabba avvenimenti esterni, interni jew kuntrattwali;
  • g) ir-rati run-off real istiċi taħt kundizzjonijiet normali li jaċċelleraw fi żminijiet taħt stress;
  • h) il- konċentrazzjoni fil- finanzjament; u
  • i) l-estimi ta’ tkabbir futur tal-karta bilanċjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.