+221. Fl - istima tal - fluss ta’ flus minn likwidazzjoni ta’ kollateral tal - proprjetà, l - …

221. Fl - istima tal - fluss ta’ flus minn likwidazzjoni ta’ kollateral tal - proprjetà, l - …

Fl - istima tal - fluss ta’ flus minn likwidazzjoni ta’ kollateral tal - proprjetà, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw suppożizzjonijiet xierqa u kredibbli. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom joqogħdu attenti għar - rekwiżiti għall - valutazzjoni tal - fluss tal - flus skont l - IFRS 13 dwar il - kejl tal - valur ġust. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonformaw mar - rekwiżiti li ġejjin:

  • a) Għandhom jiddeterminaw il - ħin preżunt tar - rimi filwaqt li jqisu l - kundizzjonijiet attwali u mistennija tas - suq kif ukoll il - qafas legali nazzjonali sottostanti dwar ir - rimi ta’ proprjetajiet ipotekati.
  • b) Għandhom jiżguraw li l - prezz tal - proprjetà użat għad - determinazzjoni tal - valur stmat tas - suq tal - kollateral tal - proprjetà fil - punt ta’ likwidazzjoni ma jkunx ibbażat fuq previżjonijiet/suppożizzjonijiet makroekonomiċi li huma aktar ottimisti mill - projezzjonijiet prodotti mill - awtoritajiet u l - organizzazzjonijiet rilevanti bħall - Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u s - Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)/il - Bord Ewropew dwar ir - Riskju Sistemiku (BERS), u għalhekk ma jassumi l - ebda titjib fil - kundizzjonijiet attwali tas - suq.
  • c) Għandhom jiżguraw li l - introjtu mill - kollateral tal - proprjetà ma jiġix supponut li qed jiżdied mil - livelli attwali sakemm ma jkunx hemm arranġament kuntrattwali eżistenti għal żieda bħal din. Barra minn hekk, id - dħul kurrenti mill - proprjetà għandu jiġi aġġustat meta jiġi kkalkulat il - fluss tal - flus sabiex jiġu riflessi l - kundizzjonijiet ekonomiċi mistennija. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw jekk huwiex xieraq li proġett jiġi pproġettat bi dħul fiss f’ambjent ta’ reċessjoni fejn il - proprjetajiet vakanti qed jiżdiedu u/jew id - domanda għat - trasport qed tonqos, b’hekk titpoġġa pressjoni ‘l isfel fuq id - dħul.
  • d) Strateġija ta’ żamma fuq il - proprjetà bħala kollateral mhijiex aċċettabbli. Strateġija tal - istivi hija definita bħala li żżomm l - assi skont il - valur tas - suq jekk wieħed jassumi li l - assi se jinbiegħ wara li jirkupra s - suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.