+Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz

Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz

2.1. L- ASPSP għandu jiddefinixxi l - indikaturi ewlenin tal - prestazzjoni (KPIs) u l - miri tal - livell tas - servizz, inkluż għas - soluzzjoni tal - problemi, l - appoġġ barra s - sigħat normali, il - monitoraġġ, il - pjanijiet ta’ kontinġenza u l - manutenzjoni għall - interfaċċa ddedikata tiegħu, li jkunu mill - anqas stretti daqs dawk għall - interfaċċa/i magħmulin disponibbli għall - utenti tas - servizzi ta’ pagament (PSUs) tiegħu stess biex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom.

2.2. L- ASPSP għandu jiddefinixxi bħala minimu, il - KPIs li ġejjin tad - disponibbiltà tal - interfaċċa ddedikata:

  • a. l - uptime għal kull jum tal - interfaċċi kollha; u
  • b. id - downtime għal kull jum tal - interfaċċi kollha.

2.3. Minbarra l - KPIs dwar id - disponibbiltà fil - Linja Gwida 2.2, l - ASPSP għandu jiddefinixxi, bħala minimu, il - KPIs li ġejjin għall - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata:

  • a. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament (PISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 66(4)(b) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(b) tal - RTS;
  • b. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 36(1)(a) tal - RTS;
  • c. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - emittent ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard (CBPII) jew lill - PISP b’konferma “iva/le” skont l - Artikolu 65(3) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(c) tal - RTS;
  • d. ir - rata ta’ rispons għall - iżbalji ta’ kuljum – ikkalkulata bħala l - għadd ta’ messaġġi ta’ żbalji li jirrigwardaw żbalji attribwibbli lill - ASPSP mibgħuta mill - ASPSP lill - PISPs, lill - AISPs u lis - CBPIIs skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS kull jum, diviż bl - għadd ta’ talbiet riċevuti mill - ASPSP mingħand l - AISPs, il - PISPs u s - CBPIIs fl - istess jum.

2.4. Sabiex jiġu kkalkulati l - indikaturi tad - disponibbiltà stabbiliti fil - Linja Gwida 2.2 għall - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu:

  • a. jikkalkula l - perċentwal tal - uptime bħala 100% tnaqqas minnu l - perċentwal tad - downtime;
  • b. jikkalkula l - perċentwal ta’ downtime billi juża l - għadd totali ta’ sekondi li l - interfaċċa ddedikata ma kinitx qiegħda taħdem f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jibda u jintemm f’nofsillejl;
  • c. iqis l - interfaċċa bħala “mhux qiegħda taħdem” meta ħames talbiet konsekuttivi għall - aċċess għall - informazzjoni għall - forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet jew konferma tad - disponibbiltà ta’ fondi ma jiġux imwieġba fi żmien totali ta’ 30 sekonda, irrispettivament minn jekk dawn it - talbiet joriġinawx minn PISP, AISP jew CBPII wieħed jew aktar. F’każ bħal dan, l - ASPSP għandu jikkalkula d - downtime mill - mument li jkun irċieva l - ewwel talba fis - sensiela ta’ ħames talbiet konsekuttivi li ma ġewx imwieġba fi żmien 30 sekonda, bil - kundizzjoni li ma jkunx hemm talba bejn dawk il - ħames talbiet li għaliha tkun ġiet ipprovduta tweġiba.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.