+78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …

78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …

Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il -kompiti li ġejjin:

  • a. l- iżvilupp u l - manutenzjoni ta’ proċessi u ta’ proċeduri ta’ għoti u ta’ monitoraġġ tal - kreditu;
  • b. id- definizzjoni u l- iżvilupp ta’ proċessi, ta’ mekkaniżmi u ta’ metodoloġiji għall -aptit għar - riskju ta’ kreditu, għall - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu u għall -politiki dwar ir- riskju kreditu, inkluż il - proċess kaskata ġenerali tal - proċess għall - politiki u għall - proċeduri, u l- istrateġija tan - negozju;
  • c. it- tfassil u l - implimentazzjoni ta’ qafas xieraq għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu f’konformità ma’ dawn il - linji gwida;
  • d. it- tfassil, id - definizzjoni u t - twettiq tal - monitoraġġ u tar -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, inklużi s - sistemi ta’ twissija bikrija, il - portafoll tal - kreditu u l - monitoraġġ tar - riskju aggregat, inkluż b’rabta mal - ICAAP u ma’ kwalunkwe metrika regolatorja applikabbli, eż. regoli dwar skoperturi kbar;
  • e. it- twettiq ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijiet ta’ evalwazzjoni jew ta’ klassifikazzjoni;
  • f. l- għoti ta’ opinjoni indipendenti/tat - tieni opinjoni dwar il - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u l - analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijie t tat- teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiġi speċifikat f’liema ċirkostanzi, fid -dawl tal- ispeċifiċitajiet tal - faċilità ta’ kreditu, tad - daqs tagħha u tal - profil tar - riskju tal - mutwatarju, din l -opinjoni indipendenti/it - tieni opinjoni tkun rilevanti;
  • g. il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - provvedimenti f’konformità mal - qafas kontabilistiku rilevanti;
  • h. l- iżvilupp ta’ prodotti ta’ kreditu ġodda, b’kont meħud ukoll tar - rekwiżiti għall - proċess ta’ approvazzjoni ġdid tal - prodott, u l - monitoraġġ kontinwu tal - adegwatezza tal - prodotti ta’ kreditu;
  • i. il- ġestjoni ta’ arretrati bikrin u ta’ skoperturi improduttivi, u l - għoti u l - monitoraġġ ta’ miżuri ta’ trażżin, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - ġestjoni ta’ skoperturi improduttivi u mrażżna17 u l -Linji Gwida tal- EBA dwar l - arretrati u l - esklużjoni skont id - Direttiva 2014/17/UE18 , u l - politiki interni tal - istituzzjoni – fir - rigward ta’ self lill - konsumaturi, tali kompiti jistgħu jinkludu wkoll kollegament ma’ servizzi indipendenti ta’ konsulenza u ta’ pariri dwar id - dejn meta rilevanti;
  • j. it- twettiq ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi fuq il - portafoll tal - kreditu aggregat kif ukoll fuq is - subportafolli u s - segmenti ġeografiċi rilevanti;
  • k. il- monitoraġġ ta’ skoperturi individwali permezz ta’ rieżamijiet ta’ kreditu regolari, f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fit - Taqsima 8, inklużi rieżamijiet ta’ kampjuni ta’ linji ta’ kreditu;
  • l. l- iżgurar tal - integrità u tal - affidabbiltà tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet interni, kif deskritt fl - Artikolu 173 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet b’permess li jużaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni, u l - integrità u l - affidabbiltà tal - iskala ta’ klassifikazzjoni u tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni użati mill - istituzzjoni, għall - istituzzjonijiet li jużaw l - approċċ standardizzat;
  • m. it- twettiq ta’ garanzija tal - kwalità tal - valutazzjonijiet tal - kreditu, filwaqt li jitqies daqs xieraq tal - kampjun, u l - iżgurar li r - riskju ta’ kreditu jkun identifikat, imkejjel, immonitorjat u ġestit kif suppost fi ħdan l - attivitajiet tal - organizzazzjoni kummerċjali tal- istituzzjoni, u li jiġi kkomunikat rapportar regolari lill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni.

17 EBA/GL/2018/06.

18 EBA/GL/2015/12.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.