+6. Ippr ezzar
---+199. Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - …
---+200. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - …
---+201. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self …
---+202. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - …
---+203. Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar …
---+204. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - …
---+205. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex …

6. Ippr ezzar

6. Ippr ezzar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
199. Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - …

Jenħtieġ li l - oqfsa tal - ipprezzar jirriflettu l - aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - istrateġiji tan - negozju tal - istituzzjonijiet, inklużi l - profittabbiltà u l - perspettiva tar - riskju. Jenħtieġ li l - ipprezzar tas - self ikun marbut ukoll mal - karatteristiċi tal- prodott tas - self u jikkunsidra l - kompetizzjoni u l- kundizzjonijiet prevalenti tas - suq. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu wkoll l - approċċ tagħhom għall - ipprezzar skont it - tip ta’ mutwatarju u l - kwalità tal - kreditu, u l - livell ta’ riskju tal - m utwatarju (fil - każ ta’ pprezzar individwali) meta jkun xieraq. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas tal - ipprezzar ikun dokumentat sew u sostnut minn strutturi ta’ governanza xierqa, bħal kumitat tal - ipprezzar, li jkunu responsabbli mill - manutenzjoni tal - qafas ġenerali tal - ipprezzar u mid - deċiżjonijiet dwar l - ipprezzar individwali meta rilevanti.

200. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw li jagħmlu distinzjoni bejn l - oqfsa tal - ipprezzar tagħhom, skont it - tipi ta’ self u ta’ mutwatarji. Għall - konsumaturi u għall - intrapriżi mikro u żgħar, jenħtieġ li l - ipprezzar ikun aktar ibbażat fuq il - portafoll u l - prodott, filwaqt li għall - intrapriżi ta’ daqs medju u dawk kbar, jenħtieġ li l - ipprezzar ikun aktar speċifiku għat - tranżazzjoni u għas - self.

201. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi speċifiċi għall - ipprezzar tas - self promozzjonali, meta ma jkunux japplikaw bis - sħiħ il - kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir - riskju u l- prestazzjoni speċifikati f’din it - taqsima.

202. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, u jirriflettu fl - ipprezzar tas - self, il - kostijiet rilevanti kollha sad - data ta’ pprezzar mill - ġdid li jmiss jew sal - maturità, inklużi:

  • a. il- kost tal - kapital (b’kunsiderazzjoni kemm tal - kapital regolatorju kif ukoll ta’ dak ekonomiku), li jenħtieġ li jirriżulta mill - allokazzjoni ta’ kapital fis - seħħ, skont it - tqassim stabbilit, eż. il - ġeografija, il - linja operatorja u l - prodott;
  • b. il- kost tal - finanzjament, li jenħtieġ li jaqbel mal - karatteristiċi ewlenin tas - self, eż. id - durata mistennija tas - self, filwaqt li jitqiesu mhux biss it - termini kuntrattwali iżda wkoll is - suppożizzjonijiet dwar l - imġiba, eż. riskju ta’ prepagament;
  • c. il- kostijiet operatorji u amministrattivi, li jenħtieġ li jirriżultaw mill - allokazzjoni tal - kostijiet;
  • d. il- kostijiet tar - riskju ta’ kreditu kkalkolati għal gruppi ta’ riskji omoġenji differenti, filwaqt li titqies l - esperjenza storika tar - rikonoxximent tat - telf ta’ riskju ta’ kreditu u meta rilevanti bl - użu ta’ mudelli ta’ telf mistennija;
  • e. kwalunkwe kost reali ieħor assoċjat mas - self inkwistjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet tat- taxxa, fejn rilevanti;
  • f. il- kompetizzjoni u l - kundizzjonijiet prevalenti tas - suq, b’mod partikolari s - segmenti tas - self u għal prodotti tas - self partikolari.
203. Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar …

Għall - finijiet tal - ipprezzar u tal - kejl tal - profittabbiltà, inkluż is - sussidjar reċiproku bejn self jew unitajiet/linji operatorji, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw u jqisu miżuri tal - prestazzjoni aġġustati għar - riskju b’mod li jkun proporzjonat għad - daqs, għan - natura u għall - kumplessità tas - self u l - profil tar - riskju tal - mutwatarju. Dawn il - miżuri ta’ prestazzjoni jistgħu jinkludu l - valur ekonomiku miżjud (EVA), ir - redditu fuq il - kapital aġġustat għar - riskju (RORAC) u r - redditu aġġustat għar - riskju fuq il - kapital (RAROC), ir - redditu fuq l - assi mwieżna għar - riskju (RORWA), ir - redditu fuq l - assi totali (ROTA) u miżuri oħra li jkunu rilevanti għall - karatteristiċi tas - self. Il - miżuri ta’ prestazzjoni aġġustati għar - riskju jistgħu jiddependu wkoll minn strateġiji u politiki ta’ ppjanar kapitali tal -i stituzzjonijiet.

204. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw u jirrieżaminaw il - qafas sottostanti għall - allokazzjoni tal - kostijiet. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu distribuzzjoni ġusta tal - kostijiet fi ħdan l - organizzazzjoni sabiex jiżguraw l i l- linji operatorji, u kemm jista’ jkun tas - self individwali, jirriflettu r - redditu mistenni korrett li jikkorrispondi għar - riskju assunt.

205. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw għodod ta’ tranżazzjoni ex ante u monitoraġġ ex post regolari, li jgħaqqdu flimkien ir - riskju tat - tranżazzjonijiet, l - ipprezzar u l - profitabilità globali mistennija f’livell xieraq, inklużi l - linji operatorji u l -linji tal- prodotti. Jenħtieġ li t - tranżazzjonijiet materjali kollha anqas mill - kostijiet jiġu rrapportati u ġġustifikati kif xieraq, f’konformità mal - politiki u mal - proċeduri stabbiliti mill - istituzzjoni. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ jipprovdi input għar - rieżami tal - adegwatezza tal - ipprezzar ġenerali minn perspettiva tan - negozju u tar - riskju. Jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet sabiex jiżguraw il - konformità mal - miri u mal - aptit għar - riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.