+7. Eżaminazzjoni tal -merti – il-valutazzjoni tan-natura strutturali tal-pożizzjonijiet u tal -intenzjoni li jsir hedging tal -proporzjon
---+27. Il- pożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjonijiet ta’ natura …
---+28. Il- pożizzjonijiet l - oħra li ma jissodisfawx il -kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 27 …
---+29. Sabiex l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jistabbilixxu li l - pożizzjoni fil -munita …

7. Eżaminazzjoni tal -merti – il-valutazzjoni tan-natura strutturali tal-pożizzjonijiet u tal -intenzjoni li jsir hedging tal -proporzjon

Valutazzjoni tan-natur a strutturali ta’ pożizzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
27. Il- pożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjonijiet ta’ natura …

Il- pożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjonijiet ta’ natura strutturali:

  • (a) meta l- istituzzjoni li qed titlob il -permess imsemmi fl-Artikolu 352(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika r- rekwiżiti ta ’ dak ir- Regolament fuq bażi individwali, pożizzjoni fil - munita rilevanti li tikkorrispondi għall - investimenti f’sussidjarji li jiġu inklużi fl -istess kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni bħall - istituzzjoni li qed titlob il-permess;
  • (b) meta l-istituzzjo ni li qed titlob il -permess imsemmi fl-Artikolu 352(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika r- rekwiżiti ta’ dak ir - Regolament fuq bażi konsolidata, pożizzjoni li għaliha jiġu ssodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

7

  • (i) tkun ġejja minn investiment f’sussidjarja li tkun ġiet inkluża fil -konsolidazzjoni;
  • (ii) il-munita tal- pożizzjoni tikkoinċidi mal -munita tar- rapportar użata mis - sussidjarja li żżomm l - element li għalih tikkorrispondi din il - pożizzjoni.
28. Il- pożizzjonijiet l - oħra li ma jissodisfawx il -kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 27 …

Il- pożizzjonijiet l - oħra li ma jissodisfawx il -kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 27 jistgħu jitqiesu ta’ natura strutturali fejn hemm ġustifikazzjoni adegwata li għandha tinbena meta jitqies dan li ġej:

  • (a) jekk dawk il- pożizzjonijiet ikunux relatati man -natura transkonfinali tal-istituzzjoni;
  • (b) jekk dawk il-po żizzjonijiet ikunux relatati ma’ negozju tal -istituzzjoni li jkun konsolidat u stabbli maż - żmien;
  • (c) kif l- istituzzjoni tippjana li tiġġestixxi dawk il - pożizzjonijiet maż - żmien.

Valutazzjoni tal- intenzjoni li jsir hedging tal -proporzjon – il-governanza u l-i strateġija tal- ġestjoni tar -riskju tal- pożizzjonijiet strutturali

29. Sabiex l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jistabbilixxu li l - pożizzjoni fil -munita …

Sabiex l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jistabbilixxu li l - pożizzjoni fil -munita rilevanti tkun ittieħdet jew tinżamm għall - fini ta’ hedging tal - proporzjon rilevanti, għandhom jiġu ss odisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) l-istituzzjoni topera u tiddokumenta l- qafas tal - ġestjoni tar - riskju għall - ġestjoni ta’ dawn il- pożizzjonijiet;
  • (b) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) jistabbilixxi l - objettiv li jsir hedging tal-proporzjon mill-movimenti fir-rata tal- kambju maż - żmien u jipprevedi l -valutazzjoni tiegħu permezz ta’ kemm miżuri kwantitattivi kif ukoll kriterji kwalitattivi;
  • (c) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) jispeċifika livell massimu aċċettabbl i ta’ tolleranza għas -sensittività tal-proporzjon fir-rigward tat-tibdil fir-rata tal-kambju u jispeċifika fid -dettall il-kriterji u l- metodoloġija għall -iffissar ta’ tali livell ta’ tolleranza. Il- kriterji għall -iffissar tal- livell ta’ tolleranza għandhom jinkludu l- komponenti kollha li jistgħu jwasslu għal tibdil fil - valur meħud mis - sensittività u kwalunkwe speċifiċità tal - munita;
  • (d) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) jinkludi limitu tat-telf massimu li jkun meqjus aċċettabbli biex jiġġarra b mill- istituzzjoni minħabba l - għażla li żżomm il - pożizzjonijiet li għalihom ikun intalab il -permess imsemmi fl-Artikolu 352(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
8
  • (e) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) ikun marbut mal- qafas tal - aptit għar - riskju tal-istituzzjoni u l- ġestjoni tar - riskju ġenerali tal -istituzzjoni u kwalunkwe dokument rilevanti li jkun ġie approvat mill - maniġment superjuri jew mill -bord tal-istituzzjoni;
  • (f) fil- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) hemm twissija espliċita li l- pożizzjoni miftuħa li tinżamm għall - hadging tal - proporzjon twassal għal telf malli jkun hemm deprezzament tal-munita rilevanti, u li l- hedging tal - proporzjon iwassal għal żieda fil - volatilità tal- fondi proprji minħabba t -tibdil fir-rata tal-kambju rilevanti;
  • (g) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) u d- dokumentazzjoni li tiddeskrivih, jiġu approvati mill -bord tal-amministrazzjoni tal-istituzzjoni;
  • (h) il- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) jispeċifika strateġija għall -kisba tal-objettiv imsemmi fil-punt (b), li tinkludi tal- anqas dan li ġej:
  • (i) tiddeskrivi d-definizzjoni tal-konfini bejn il- pożizzjonijiet li l -istituzzjoni tikkategorizza bħala strutturali u li jittieħdu bl -iskop tal- hedging tal -proporzjon u dawk li mhumiex, u teħtieġ li tali konfini jintużaw mill - istituzzjoni meta qed tieħu pożizzjoni ġdida fil -munita rilevanti;
  • (ii) tiddikjara l- pożizzjonijiet li l - istituzzjoni biħsiebha tiftaħ jew tagħlaq bl -iskop li tissodisfa l-objettiv imsemmi fil-punt (b);
  • (iii) teħtieġ id -dokumentazzjoni ta’ evidenza għal dawn it - tnejn li ġejjin:
  • - li l- ftuħ jew l - għeluq ta’ dawk il - pożizzjonijiet ma jwassal għall -ebda
-inkonsistenza fil- ġestjoni tar - riskju ġenerali tal -istituzzjoni jew fil- ġestjoni tar-riskju li kwalunkwe entità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni tista’ tapplika fuq bażi individwali; li l- ftuħ jew l - għeluq ta’ dawk il - pożizzjonijiet ikun konsistenti mal - oqfsa tal ġ estjoni tar-riskju li kwalunkwe entità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni jista’ jkollha meta qed tapplika d- dispożizzjoni tal -Artikolu 352(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall -iskop tal- hedging ta’ proporzjonijiet fuq livell ieħor ta’ konsolidazzjoni;-
  • (iv) fejn applikabbli, din tiddeskrivi kif il- pożizzjonijiet li jkunu ttieħdu bl -uniku skop ta’ hedging tal -proporzjon f’konformità mal-paragrafi 2 5 u 2 6 jiġu ġestit isabiex ikun sodisfat l-objettiv imsemmi fil-punt (b);
  • (i) l- istrateġija msemmija fil -punt ( h ) għandha firxa ta’ żmien ta’ mill - anqas sitt xhur;
9
  • (j) id-dokumentazzjoni li tiddeskrivi l- qafas tal - ġestjoni tar -riskju msemmi fil-punt (a) tinkludi dan kollu li ġej:
  • (i) tiddeskrivi d- data u ċ - ċifri tal - kapital li jintużaw għall -komputazzjoni tal- miżuri kwantitattivi msemmija fil-punt (b) u l- pożizzjoni netta miftuħa massima msemmija fil-paragrafu 31;
  • (ii) fejn l- istituzzjoni ħadet xi pożizzjonijiet bl - uniku skop ta’ hedging tal -proporzjon f’konformità mal-paragrafi 25 u 26, din tinkludi l-evidenza li dawk il-pożizzjonijiet ittieħdu biss għal dak il - għan;
  • (iii) tiddeskrivi s- simplifikazzjonijiet li jsiru għall -iskop tal-komputazzjoni tal-pożizzjoni netta miftuħa massima u l - analiżi tal -effett ta’ dawn is-simplifikazzjonijiet fuq il - valur meħud minn dik il - pożizzjoni netta miftuħa massima f’konformità mal-paragrafu 31, billi tipprovdi tal- anqas analiżi tad - distakk li turi li s- simplifikazzjonijiet imwettqa ma jwasslux għal sovrastima tal - pożizzjoni netta miftuħa massima.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.