+12. Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa …
|
12. Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa …
Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa biex jipprevjeni ksur tal - limiti speċifikati u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra f’dawn il -linji gwida, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - ftehim dwar is - servizzi jistabbilixxi mill - inqas l - elementi li ġejjin: - a. deskrizzjoni ċara tas - servizzi pprovduti mill - aġent ta’ tliet partijiet fir - rigward tal - ġestjoni tal - kollateral inkluż l - għotja tat - titoli;
- b. il- limiti stabbiliti mill - istituzzjoni u applikabbli għal portafoll ta’ titoli fir - rigward ta’ emittent ta’ kollateral partikolari kif ukoll il - kondizzjonijiet għar - reviżjoni tagħhom u l- frekwenza tar - reviżjoni;
- c. dikjarazzjoni li tikkonferma li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa f’konformità mal - paragrafu 13 biex tiġi żgurata konformità mal -limiti speċifikati;
- d. is - sistemi ta’ monitoraġġ tal - aġent ta’ tliet partijiet, inkluża l - komunikazzjoni mill - aġent ta’ tliet partijiet ta’ kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il - SOSTITUZZJONI FIR -RI GWARD TA’ “TRANŻAZZJONIJIET TRIPARTITIĊI” KIF SPEĊIFIKAT FL - ARTIKOLU 403(3) CRR
kapaċità tiegħu li jwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv f’konformità mal - ftehim dwar is - servizzi u, fejn applikabbli, f’konformità mal- liġijiet applikabbli u r - rekwiżiti regolatorji; - e. l- obbligu tal - aġent ta’ tliet partijiet li jissottometti rapporti lill - istituzzjoni, tal - inqas darba fil - ġimgħa, dwar l -ammont u l- kompożizzjoni tal - kollateral riċevut u/jew ġestit mill - aġent ta’ tliet partijiet f’isem l - istituzzjoni;
- f. l- obbligu tal - aġent ta’ tliet partijiet li jirrapporta immedjatament għand l - istituzzjoni meta jkun seħħ ksur tal - limiti speċifikati;
- g. id- dritt tal - istituzzjoni jew ta’ parti terza leġittima (inter alia l - awditur statutorju, l-awtorità kompetenti jew partijiet terzi maħtura minnhom) li jivverifikaw li l - aġent ta’ tliet partijiet ikun stabbilixxa s - salvagwardji f’konformità mal - paragrafu 13 tal-linji gwida;
- h. il- mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l - istituzzjoni u l- aġent ta’ tliet partijiet matul it - twettiq tal - ftehim.
4.2.2 Salvagwardji li għandhom jiġu stabbiliti minn aġent ta’ tliet partijiet biex tiġi żgurata l - konformità mal - limiti speċifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|