+7. Il-kategoriji tar-remunerazzjoni
|
7. Il-kategoriji tar-remunerazzjoni
129.Skont id-Direttiva 2013/36/UE, ir- remunerazzjoni hija remunerazzjoni fissa jew varjabbli; ma hemm l - ebda kategorija oħra ta’ remunerazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal- eżenzjonijiet skont il -paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE, meta r-remunerazzjoni hija varjabbli u titħallas lill - persunal identifikat, għandhom jiġu ssodisfati wkoll ir- rekwiżiti kollha tal -Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE flimkien mar- rekwiżiti ġenerali li jinsabu fl-Artikolu 92 tagħha. Għal dik il -fini, l- istituzzjonijiet għandhom jallokaw f’konformità ma’ dawn il-linji gwida l-komponenti tar- remunerazzjoni għal remunerazzjoni fissa jew varjabbli u l- politiki ta’ remunerazzjoni tagħhom għandhom jistabbilixxu kriterji ċari, oġġettivi, predeterminati u trasparenti sabiex jassenjaw il -komponenti tar- remunerazzjoni kollha għall - kategoriji fissi jew varjabbli skont il-kriterji previsti fl-Artikolu 92(2)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE u dawn il-linji gwida. 130.Meta l-allokazzjoni ċara ta’ komponent għar - remunerazzjoni fissa ma tkunx possibbli fuq il - bażi tal-kriterji provduti f’dawn il- linji gwida, din għandha titqies bħala remunerazzjoni varjabbli. 131.Ir-remunerazzjoni tkun fissa meta l- kundizzjonijiet għall - għoti u għall - ammont tagħha: - a. huma bbażati fuq kriterji predeterminati;
- b. mhumiex diskrezzjonali, u jirriflettu l -livell ta’ esperjenza professjonali u l-anzjanità tal-persunal;
- c. huma trasparenti fir -rigward tal- ammont individwali mogħti lill -membru tal-persunal individwali;
- d. huma permanenti, jiġifieri jinżammu għal perjodu marbut mar - rwol speċifiku u mar - responsabbiltajiet organizzazzjonali;
- e. mhumiex revokabbli; l -ammont permanenti jinbidel biss permezz ta’ negozjar kollettiv jew wara negozjar mill- ġdid f’konformità mal -kriterji nazzjonali dwar l-istabbiliment tal-pagi;
- f. ma jistgħux jitnaqqsu, jiġu sospiżi jew ikkanċellati mill -istituzzjoni;
- g. ma jipprovdux inċentivi għas - suppożizzjoni tar -riskju; u
- h. ma jiddependux mill -prestazzjoni.
132.Il-komponenti tar- remunerazzjoni li huma parti minn politi ka tal- istituzzjoni sħiħa ġenerali meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 131 jew ħlasijiet obbligatorji skont il - liġi nazzjonali, huma meqjusin bħala remunerazzjoni fissa. Dan jinkludi ħlasijiet li jifformaw parti mill-pakketti dwar l-impjiegi ta’ rutina kif definit f’dawn il-linji gwida. 133.Il-komponenti tar- remunerazzjoni li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala fissi, fejn is - sitwazzjonijiet simili kollha jiġu ttrattati b’mod konsistenti: - a. ir- remunerazzjoni mħallsa lill -persunal espatrijat fid-dawl tal- għoli tal - ħajja u r -rati tat-taxxa f’pajjiż differenti;
- b. l- allowances użati sabiex iżidu s - salarju bażiku fiss f’sitwazzjonijiet li fihom il -persunal jaħdem barra minn pajjiżu u jirċievi inqas remunerazzjoni minn dik li jitħallas fis - suq tax - xogħol lokali għal kariga komparabbli meta jkunu ssodisfati l - kundizzjonijiet speċifiċi kollha li ġejjin:
- i. l- allowance titħallas fuq bażi mhux diskriminatorja għall -persunal kollu f’sitwazzjoni simili;
- ii. l- allowance tingħata għaliex il - persunal ħadem barra minn pajjiżu għal xi żmien jew f’kariga differenti b’livell ta’ remunerazzjoni li jeħtieġ aġġustament sabiex jirrifletti l-livelli tal- ħlas fis - suq rilevanti;
- iii. il-livell tal- ħlasijiet addizzjonali huwa bbażat fuq kriterji predeterminati;
- iv. id-durata tal- allowance hija marbuta mad -durata tas- sitwazzjoni msemmija hawn fuq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|