+2. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjon i
---+29. Biex jissodisfaw l - obbligu stabbilit fl -Artikolu 91(7) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - …
---+30. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jew jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-korp ta’ …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-membri tal- korp ta’ …
---+32. Fejn jitwettqu rivalutazzjonijiet tal -idoneità koll ettiva, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+33. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …
---+34. Il-valutazzjoni tal-idoneità kollettiva inizjali u kontinwa tal- korp ta’ ġestjoni hija r - …

2. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjon i

2. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjon i

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
29. Biex jissodisfaw l - obbligu stabbilit fl -Artikolu 91(7) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - …

Biex jissodisfaw l - obbligu stabbilit fl -Artikolu 91(7) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li, f’kull ħin, il - korp ta’ ġestjoni jipposjedi b’mod kollettiv għarfien, ħiliet u esperjenza adegwati biex ikun jista’ jifhem l -attivitajiet tal- istituzzjoni, inklużi r - riskji ewlenin. Minkejja l- esperjenza, l - għarfien u r - rekwiżit tal - ħiliet għal kull membru tal - korp ta’ ġestjoni, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - kompożizzjoni ġenerali tal - korp ta’ ġestjoni tirrifletti firxa wiesgħa biżżejjed ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza biex wieħed jifhem l -attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r - riskji ewlenin.

30. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jew jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-korp ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jew jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjoni, b’mod partikolari:

  • a. meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex wieħed jibda negozju, inklużi sitwazzjonijiet fejn attivitajiet addizzjonali huma awtorizzati;
  • b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni, inklużi:
  • i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni, inkluż bħala riżultat ta’ akwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni9 ;
  • ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp ta’ ġestjoni, jekk ir - rekwiżiti tal - pożizzjoni jkunu nbidlu jew jekk il - membri jinħatru f’pożizzjoni differenti fil - korp ta’ ġestjoni;
  • iii. meta membri maħtura jew maħtura mill - ġdid ma jibqgħux membri tal -korp ta’ ġestjoni;
  • c. fuq bażi kontinwa, skont il -paragrafu 31.

9 Ara n- nota 17 f’qiegħ il - paġna.

31. L- istituzzjonijiet għandhom jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-membri tal- korp ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jirrivalutaw l -idoneità kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, b’mod partikolari, fil - każijiet li ġejjin:

  • a. meta jkun hemm bidla materjali fil - mudell kummerċjali, fil - predispożizzjoni għar - riskju jew fl - istrateġija jew fl - istruttura tal - istituzzjoni fil -livell individwali jew fil-livell tal- grupp;
  • b. bħala parti mir - rieżami tal - arranġamenti interni ta’ governanza mill - korp ta’ ġestjoni;
  • c. fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l- istituzzjoni u b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l - informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l- istituzzjoni
  • i. ma tkunx implimentat kontrolli interni xierqa jew mekkaniżmi ta’ sorveljanza biex tissorvelja u timmitiga r - riskji tal - ML/TF (eż. identifikati minn sejbiet superviżorji minn spezzjonijiet fuq il - post jew spezzjonijiet mhux fuq il - post, dj alogu superviżorju jew fil - kuntest ta’ sanzjonijiet);
  • ii. instab li kienet qed tikser l -obbligi tal- AML/CFT tagħha fl - Istat Membru tad - domiċilju jew dak ospitanti jew f’pajjiż terz;
  • iii. tkun bidlet materjalment l-attività tan-negozju jew il-mudell tan-negozju ta għha b’mod li jissuġġerixxi li l - esponiment tagħha għar - riskju tal - ML/TF żdied b’mod sinifikanti;
  • d. fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l -idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjoni.
32. Fejn jitwettqu rivalutazzjonijiet tal -idoneità koll ettiva, l - istituzzjonijiet għandhom …

Fejn jitwettqu rivalutazzjonijiet tal -idoneità koll ettiva, l - istituzzjonijiet għandhom jiffukaw il - valutazzjoni tagħhom fuq il -bidliet rilevanti fl- attivitajiet kummerċjali, l - istrateġiji u l -profil tar-riskju tal - istituzzjoni u fid - distribuzzjoni tal - kompiti fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni u l -effett tagħhom fuq l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenzi kollettivi meħtieġa tal - korp ta’ ġestjoni.

33. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …

L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - kunċetti definiti fit-Titolu III u għandhom jimplimentaw politiki u proċessi ta’ idoneità kif stabbilit fit - Titoli VI u VII.

34. Il-valutazzjoni tal-idoneità kollettiva inizjali u kontinwa tal- korp ta’ ġestjoni hija r - …

Il-valutazzjoni tal-idoneità kollettiva inizjali u kontinwa tal- korp ta’ ġestjoni hija r - responsabbiltà tal - istituzzjonijiet. Fejn il - valutazzjoni titwettaq ukoll minn awtoritajiet kompetenti għall - finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li tivvaluta u tiżgura l -idoneità kollettiva tal- korp ta’ ġestjoni tibqa’ f’idejn l - istituzzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.