+Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru
---+27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …
---+28. Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - …
---+29. L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun …
---+30. L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ …
---+31. L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi …
|
Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru
Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …
|
Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li ġejjin: - a. Il- kapaċità kumplessiva tal -irkupru tal- opzjonijiet disponibbli: istituzzjonijiet b’kapaċità kumplessiva tal- irkupru aktar limitata għandhom jikkunsidraw ksur aktar bikri tal -indikaturi tal-pjan ta’ rkupru sabiex jimmassimizzaw il-probabbiltà li l-implimentazzjoni tal-opzjonjiet ta’ rkupru aktar limitati tirnexxi.
- b. Il- perjodu ta’ żmien u l -kumplessità tal-implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru, b’kunsiderazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza, l -approvazzjonij iet regolatorji meħtieġa fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u l - impedimenti operattivi potenzjali għall - eżekuzzjoni. L - istituzzjonijiet li jiddependu fuq opzjonijiet li huma aktar kumplessi biex jiġu esegwiti u li possibbilment jieħdu aktar ħin biex jiġu implimentati għandu jkollhom indikaturi kkalibrati kif meħtieġ b’mod aktar konservattiv, sabiex jippermettu twissija biżżejjed minn qabel.
- c. F’liema stadju tal- kriżi l - opzjoni ta’ rkupru tista’ realistikament tintuża b’mod effettiv. Filwaqt li tikkunsidra dan l-aspett, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra l - fatt li għal uħud mit -tipi ta’ opzjonijiet jista’ jkun diffiċli li jinkisbu l - benefiċċji kollha aktar tard fis - sitwazzjoni ta’ stress għall - kuntrarju tal- implimentazzjoni bikrija. Pereżempju, fil - każ tal - opzjoni ta’ rkupru ta’ “ż - żieda tal - kapital fis- suq” istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk u meta dan jista’ realistikament jinkiseb. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li hemm mnejn isir aktar diffiċli li jiżdied il -kapital estern aktar ma l-istitu zzjoni tkun qrib li tikser ir - rekwiżiti tal - kapital tagħha.
- d. Ir-ritmu tad- deterjorament fi kriżi. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li, filwaqt li r -ritmu tad- deterjorament se jiddependi finalment miċ - ċirkostanzi speċifiċi tal - kriżi, il - profili speċifiċi tal - istituzzjonijiet, inklużi iżda mhux limitati għall -istituzzjonijiet b’mudell tan- negozju inqas diversifikat kif ukoll ċirkostanzi individwali oħrajn, jistgħu jirriżultaw f’deterjorament aktar rapidu tal- pożizzjoni finanzjarja tal -istituzzjoni u f ’perjodu ta’ żmien iqsar disponibbli għall - implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru. F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll li jużaw indikaturi li juru d - deterjorament matul iż - żmien sabiex jidentifikaw sitwazzjonijiet li fihom iseħħ deterjorament rapidu u sostanzjali tal - pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni (eż. kapital). Barra minn hekk, il - monitoraġġ tal - bidla f’metrika għandu jiġi meqjus fejn ikun diffiċli li jiġi definit punt uniku fiż - żmien fejn teħtieġ issir eskalazzjo ni.
- e. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni (inkluż l -ICAAP) u l- qafas tal - aptit għar -riskju. Istituzzjoni għandha tiżgura li l -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tkun konsistenti mal- ġestjoni tar -riskju u l- qafas tal - aptit għar -ris kju tagħha (eż. qafas ta’ twissija bikrija, pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan -negozju).
|
|
28. Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - …
|
Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru u turi li l- livelli limiti jintlaħqu kmieni biżżejjed biex ikunu effettivi.
|
|
29. L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun …
|
L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun immonitorjata regolarment u, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, aġġornata mill - inqas kull sena jew aktar frekwenti fejn l- aġġornament, kif propost mill - istituzzjoni, ikun meħtieġ minħabba bidla fis - sitwazzjoni finanzjarja u kummerċjali tal - istituzzjoni. Kwalunkwe aġġornament fil -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandu jkun notifikat, spjegat u ġustifikat fil -pront u kif dovut lill-awtorità kompetenti. Tali aġġornament għandu jiġi maqbul mill - awtoritajiet kompetenti waqt li jagħmlu l - valutazzjoni tagħhom tal -pjan ta’ rkupru.
|
|
30. L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ salvataġġ temporanji fil- każ ta’ kriżi sistematika bil - għan li jtaffu l - piżijiet regolatorji li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il - kapaċità tal -istituzzjonijiet li jkomplu jsostnu l-ekonomija reali. B’kunsiderazzjoni tan-natura temporanja u l- għan speċifiku ta’ dawk il - miżuri ta’ salvataġġ superviżorji u ta’ riżoluzzjoni, l - għoti tagħhom m’għandu jirriżulta fl - ebda bidla awtomatika għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjonijiet.
|
|
31. L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi …
|
L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru f’każijiet ġustifikati kif dovut bħal dawn li ġejjin: - a. L-indikaturi kkalibrati mill- ġdid jikkonformaw mar - rekwiżiti ġenerali għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru kif spjegat fil-paragrafu 27.
- b. Dawk il-bidliet jirriflettu bidliet fil- profil kummerċjali u finanzjarju tal -istituzzjoni u huma allinjati mal- ġestjoni tar -riskju intern u l- qafas tal - aptit għar -riskju tal-istituzzjoni.
- c. Il-kalibrazzjoni mill- ġdid ma tmurx kontra l - għanijiet tal - miżuri ta’ salvataġġ superviżorji.
- d. L-indikaturi tal- kapital huma f’kull ħin ikkalibrati f’livelli li jaqbżu l -ammont rilevanti ta’ fondi proprji meħtieġa skont il - Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar -Regolament (UE) Nru 575/2013, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 u punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE kif rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|