+27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …
|
27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …
Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li ġejjin: - a. Il- kapaċità kumplessiva tal -irkupru tal- opzjonijiet disponibbli: istituzzjonijiet b’kapaċità kumplessiva tal- irkupru aktar limitata għandhom jikkunsidraw ksur aktar bikri tal -indikaturi tal-pjan ta’ rkupru sabiex jimmassimizzaw il-probabbiltà li l-implimentazzjoni tal-opzjonjiet ta’ rkupru aktar limitati tirnexxi.
- b. Il- perjodu ta’ żmien u l -kumplessità tal-implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru, b’kunsiderazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza, l -approvazzjonij iet regolatorji meħtieġa fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u l - impedimenti operattivi potenzjali għall - eżekuzzjoni. L - istituzzjonijiet li jiddependu fuq opzjonijiet li huma aktar kumplessi biex jiġu esegwiti u li possibbilment jieħdu aktar ħin biex jiġu implimentati għandu jkollhom indikaturi kkalibrati kif meħtieġ b’mod aktar konservattiv, sabiex jippermettu twissija biżżejjed minn qabel.
- c. F’liema stadju tal- kriżi l - opzjoni ta’ rkupru tista’ realistikament tintuża b’mod effettiv. Filwaqt li tikkunsidra dan l-aspett, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra l - fatt li għal uħud mit -tipi ta’ opzjonijiet jista’ jkun diffiċli li jinkisbu l - benefiċċji kollha aktar tard fis - sitwazzjoni ta’ stress għall - kuntrarju tal- implimentazzjoni bikrija. Pereżempju, fil - każ tal - opzjoni ta’ rkupru ta’ “ż - żieda tal - kapital fis- suq” istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk u meta dan jista’ realistikament jinkiseb. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li hemm mnejn isir aktar diffiċli li jiżdied il -kapital estern aktar ma l-istitu zzjoni tkun qrib li tikser ir - rekwiżiti tal - kapital tagħha.
- d. Ir-ritmu tad- deterjorament fi kriżi. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li, filwaqt li r -ritmu tad- deterjorament se jiddependi finalment miċ - ċirkostanzi speċifiċi tal - kriżi, il - profili speċifiċi tal - istituzzjonijiet, inklużi iżda mhux limitati għall -istituzzjonijiet b’mudell tan- negozju inqas diversifikat kif ukoll ċirkostanzi individwali oħrajn, jistgħu jirriżultaw f’deterjorament aktar rapidu tal- pożizzjoni finanzjarja tal -istituzzjoni u f ’perjodu ta’ żmien iqsar disponibbli għall - implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru. F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll li jużaw indikaturi li juru d - deterjorament matul iż - żmien sabiex jidentifikaw sitwazzjonijiet li fihom iseħħ deterjorament rapidu u sostanzjali tal - pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni (eż. kapital). Barra minn hekk, il - monitoraġġ tal - bidla f’metrika għandu jiġi meqjus fejn ikun diffiċli li jiġi definit punt uniku fiż - żmien fejn teħtieġ issir eskalazzjo ni.
- e. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni (inkluż l -ICAAP) u l- qafas tal - aptit għar -riskju. Istituzzjoni għandha tiżgura li l -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tkun konsistenti mal- ġestjoni tar -riskju u l- qafas tal - aptit għar -ris kju tagħha (eż. qafas ta’ twissija bikrija, pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan -negozju).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|