+8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital
---+121. L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it …
---+122. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu …
---+123. Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - …
---+124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …
---+125. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon …
---+126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu …

8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital

8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
121. L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it …

L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it - taqsima 8.2 f’konformità mal- kwalità mitluba skont id - dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit - Titolu I, Parti Tnejn u Tlieta tas - CRR. B’mod partikolari, skont l -Artikolu 12(2) tas - CRD, il -kapital inizjali huwa magħmul minn “wieħed jew iżjed mill - elementi imsemmija fl - Artikolu 26(1)(a) sa

  • (e) [tas - CRR]”.
122. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu jkun separat mill - assi tas - sid u jkun disponibbli b’mod sħiħ, immedjat u mingħajr restrizzjonijiet għall - użu uniku tal - istituzzjoni ta’ kreditu.

123. Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - …

Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - awtorizzazzjoni huwa l - ogħla minn dawn li ġejjin:

  • a) il- porzjon tal - kapital iddeterminat skont it - taqsima 8.2 li huwa meħtieġ biex ikopri bis - sħiħ l- ewwel sena ta’ attività (jiġifieri l - fondi proprji meħtieġa biex ikopru konformità sħiħa mar - rekwiżiti prudenzjali matul u fl - aħħar tal - ewwel tnax - il xahar, filwaqt li jitqies it - telf mistenni għal dak il - perjodu ta’ żmien); jew
  • b) il- kapital inizjali flimkien mat -telf tal- ewwel sena.
124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata li l- porzjon tal - kapital imħallas kollu kemm hu skont l - ittri a) jew b) hawn fuq huwa effettivament imħallas kollu, huwa ta’ oriġini leġittima u huwa rreġistrat fir - rekords tal - impriża qabel l - għoti tal - awtorizzazzjoni. Sabiex jiġi vvalutat is - sors leġittimu tal -fondi24 , l-awtoritajiet k ompetenti għandhom japplikaw il - kriterji stabbiliti fil -paragrafi 14.5 u 14.6 tal- Linji Gwida Konġunti tal -ASE dwar il- valutazzjoni prudenzjali tal - akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti25 , relatati mal- attività li ġġenerat il -fondi u l- mezzi li bihom ġew trasferiti, filwaqt li jitqies jekk dawn jistgħux iwasslu għal riskju akbar ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu.


24 “Sors tal - fondi” tfisser l - oriġini tal - fondi involuti f’relazzjoni ta’ negozju jew tranżazzjoni okkażjonali. Dan jinkludi kemm l- attività li ġġenerat il - fondi użati fir - relazzjoni tan - negozju, pereżempju s - salarju tal -klijent, kif ukoll il-me zzi li permezz tagħhom ġew trasferiti l -fondi tal-klijent. Il- fondi jistgħu jiġu wkoll minn “sors ta’ ġid”, jiġifieri l - oriġini tal - ġid totali tal - klijent, pereżempju l -wirt jew it-tfaddil, ara l-paragrafu 12, l-ittri (n) u (o) tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fattur tar - Riskju ta’ ML/TF, EBA/GL/2021/02 tat - 1 ta’ Marzu 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e- money/revised - guidelines -on-ml-tf- risk - factors

25 JC/GL/2016/01 tal - 20 ta’ Diċembru 2016 dwar il - valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwiżizzjonijiet u żidiet ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fis - settur finanzjarju, disponibbli fuq: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/other - topics/joint - guidelines -for- the -prudential- assessment -of- acquisitions -of- qualifying - holdings

125. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon …

Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon tal -kapital indikat fl-ittri a) jew b) tal-paragrafu 123 jrid jitħallas qabel ma jinbdew l - attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu, minflok qabel ma tingħata l - awtorizzazzjoni, l -awtoritajiet kompetenti, għall -fini tal- għoti tal - awtorizzazzjoni, għandhom jirrieżaminaw bir - reqqa l -pjan u l- iskadenza għall - implimentazzjoni ppreżentati mill - applikant skont l -Artikolu 6(2) tal-RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni26 sabiex jiġi żgurat li tali ammont kapitali jitħallas bis - sħiħ qabel ma jinbdew l - attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu u jkun ta’ oriġini leġittima.

L- awtorità kompetenti għandha tinkludi kundizzjoni espressa fl - awtorizzazzjoni, li tissospendi l - effetti tal- awtorizzazzjoni tal - inqas sakemm isir il - ħlas attwali tal - porzjonijiet tal -kapital identifikati fiha.


26 “Fejn il - kapital inizjali ma jkunx tħallas kollu fiż - żmien tas - sottomissjoni tal - applikazzjoni lill -awtorità kompetenti, l-applikazzjoni għandha tistabbilixxi l - pjan previst u l - iskadenza għall - implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l - kapital inizjali jitħallas kollu qabel l - awtorizzazzjoni biex tinbeda l -attività tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu”.

126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għandha pjan ta’ implimentazzjoni tal - kapital fis - seħħ li jindirizza l -ammont pendenti ta’ kapital determinat skont it - taqsima 8.2 , li ma jkunx tħallas fiż - żmien tal - awtorizzazzjoni skont il - paragrafi 123 u 124 li jkun maħsub biex ikopri l -attivitajiet tat-tieni u t- tielet sena. Tali pjan ta’ implimentazzjoni tal - kapital għandu jindika t - tip ta’ sorsi ta’ finanzjament u ż - żmien tal - injezzjonijiet ta’ kapital sabiex jiġi evitat nuqqas potenzjali li jintlaħqu l -objettivi tan- negozju u tiġrib potenzjali ta’ telf li jaffettwa l -konformità mar- rekwiżiti minimi ta’ kapital mill - istituzzjoni ta’ kreditu. It- tip ta’ sorsi ta’ finanzjament – bħar - riżorsi finanzjarji privati tal - azzjonisti, l - istrumenti finanzjarji maħruġa jew li għandhom jinħarġu fis - swieq finanzjarji u kwalunkwe ftehim u kuntratt konklużi fir -rigward tal-fondi proprji – għandhom jiġu rieżaminati bir - reqqa bil- għan li jiġi żgurat li huma ta’ oriġini leġittima u, abbażi tat -termini u l- kundizzjonijiet tagħhom, ser ikunu disponibbli minnufih.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.