+5.1 Modalitajiet prattiċi għall - kooperazzjoni u l- iskambju ta’ informazzjoni
---+14. Għandu jkun hemm mezzi effettivi u effiċjenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ …
---+15. L- informazzjoni għandha tingħata bil - miktub, irrispettivament mill - format tagħha, sew jekk …
---+16. Fejn ikun meħtieġ, bħal f’każ ta’ urġenza jew emerġenza, l - informazzjoni għandha tintalab …
---+17. Fejn is - superviżur prudenzjali u s - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT ikunu l- istess …
---+18. Is- superviżuri prudenzjali għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti għall - eżerċizzju …
---+19. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti …
---+20. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - …
---+21. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: a) lis- superviżuri …
---+22. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jinfurmaw lil kull superviżur fil - qasam tal -AML/CFT li …
---+23. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/ CFT għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: a) …
---+24. Is- superviżuri f il- qasam tal - AML/CFT għandhom jinfurmaw lil kull superviżur prudenzjali li …
---+25. Is- superviżuri prudenzjali u tal - qasam tal - AML/CFT għandhom jagħmlu talba għall - …
---+26. Fejn l - awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tipprovdi l - informazzjoni jew il - kooperazzjoni …
---+27. Fejn talba għal kooperazzjoni jew informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata b’mod parzjali …
---+28. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fejn …
---+29. Informazzjoni meqjusa rilevanti għal awtorità oħra għandha tiġi trażmessa fuq inizjattiva …
---+30. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jaqblu li …
---+31. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jinnotifikaw …
---+32. Fejn ikun hemm fis - seħħ arranġamenti eżistenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ in …
---+33. Fej n il- kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni diġà jkunu qegħdin fis - seħħ …
---+34. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence finanzjarja …
---+35. Fejn xieraq, is - superviżuri prudenzjali għandhom ifittxu mill - unità tal - intelligence …
---+36. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence …
---+37. Fejn xieraq, is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom ifittxu mill - unità tal - …
|
5.1 Modalitajiet prattiċi għall - kooperazzjoni u l- iskambju ta’ informazzjoni
5.1 Modalitajiet prattiċi għall - kooperazzjoni u l- iskambju ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. Għandu jkun hemm mezzi effettivi u effiċjenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ …
|
Għandu jkun hemm mezzi effettivi u effiċjenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni biex jappoġġjaw il - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni skont dawn il - linji gwida kemm fil- kuntest domestiku kif ukoll transkonfinali. Tali mezzi għandhom jiżguraw li informazzjoni kunfidenzjali tkun skambjata permezz ta’ mezzi sikuri.
|
|
15. L- informazzjoni għandha tingħata bil - miktub, irrispettivament mill - format tagħha, sew jekk …
|
L- informazzjoni għandha tingħata bil - miktub, irrispettivament mill - format tagħha, sew jekk tkun stampata, komunikazzjoni elettronika jew kwalunkwe format ieħor. L- iskambji ta’ informazzjoni jew talbiet għall - kooperazzjoni għandhom jinkludu identifikazzjoni ċara tal - istituzzjoni jew fergħa kkonċernata li tinkludi l - kodiċi tal - Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI)5 fejn disponibbli (għal fergħa: l -LEI tal- impriża prinċipali).
5 LEI ifisser kodiċi alfanumeriku uniku ta’ referenza bbażat fuq l - istandard ISO 17442 assenjat lil entità ġuridika.
|
|
16. Fejn ikun meħtieġ, bħal f’każ ta’ urġenza jew emerġenza, l - informazzjoni għandha tintalab …
|
Fejn ikun meħtieġ, bħal f’każ ta’ urġenza jew emerġenza, l - informazzjoni għandha tintalab, jew tingħata fuq inizjattiva proprja, b’mod verbali, bit - telefon jew matul laqgħa bejn is - superviżuri rilevanti. Tali skambju verbali għandu jkun appoġġjat bil - miktub malli jkun fattibbli minn hemm ‘il quddiem.
|
|
17. Fejn is - superviżur prudenzjali u s - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT ikunu l- istess …
|
Fejn is - superviżur prudenzjali u s - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT ikunu l- istess awtorità jew fejn is - superviżur fil - qasam tal -AML/CFT u l- unità tal - intelligence finanzjarja jkunu l- istess awtorità, jistgħu jiġu stabbiliti proċessi oħrajn minbarra dawk identifikati f’din it - taqsima, kif xieraq, li jiżguraw mill -inqas l- istess grad ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni skont din it- taqsima. Kriterji ta’ rilevanza għal informazzjoni li se tiġi skambjata
|
|
18. Is- superviżuri prudenzjali għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti għall - eżerċizzju …
|
Is- superviżuri prudenzjali għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti għall - eżerċizzju tal - kompiti superviżorji fil - qasam tal - AML/CFT mill - inqas f’sitwazzjonijiet fejn l - informazzjoni: - a) tagħti lis - superviżur prudenzjali bażi raġonevoli biex jissusspetta li f’konnessjoni ma’ istituzzjoni, ikun sar jew qed isir ML jew TF jew ikun sar attentat jew hemm riskju akbar tiegħu;
- b) tindika li l- attività kummerċjali jew il - mudell tan - negozju ta’ istituzzjoni, jew bidliet fih jissuġġerixxu li l - istituzzjoni tista’ tkun esposta għal riskju akbar ta’ ML/TF;
- c) tkun relatata ma’ nuqqasijiet fil - konformità ta’ istituzzjoni mar - rekwiżiti prudenzjali li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l - arranġamenti ta’ governanza tal -AML/CFT u l-qafas tas- sistemi interni u l - kontrolli; jew
- d) tkun relatata mal - konformità ta’ istituzzjoni mar - rekwiżiti stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/849.
|
|
19. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti għall - eżerċizzju tal - kompiti superviżorji prudenzjali mill - inqas, fejn l - informazzjoni jista’ jkollha impatt fuq il - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni, l - arranġamenti ta’ governanza interna, il -qafas ta’ ġestjoni tar - riskji, ir - riskju operazzjonali, l - adegwatezza tal - likwidità, is - sistemi u l - kontrolli tal- istituzzjoni kollha, fejn tikkonċerna l - konformità tal - istituzzjoni mar - rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fid- Direttiva 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fejn tista’ taffettwa s- solidità jew il - vijabbiltà finanzjarja tal - istituzzjoni.
|
|
20. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - …
|
Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom iqisu l - informazzjoni bħala rilevanti għall - eżerċizz ju tal- kompiti ta’ unità tal - intelligence finanzjarja meta dik l - informazzjoni tista’ tindika l - possibbiltà ta’ ML jew TF u meta tista’ tgħin biex jiġu identifikati riskji, tendenzi, mudelli jew tipoloġiji ta’ ML/TF.
|
|
21. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: a) lis- superviżuri …
|
Is- superviżuri prudenzjali għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: - a) lis- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT responsabbli mis - superviżjoni tal - istituzzjoni fl - Istat Membru fejn l - istituzzjoni hija stabbilita jew hija intiża li tkun stabbilita, u
- b) lis- superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT fl-Ista t Membru fejn l - impriża prinċipali tal -UE tkun stabbilita jekk l - istituzzjoni tappartjeni għal grupp transkonfinali jew, fil - każ ta’ istituzzjoni unika b’fergħat fi Stati Membri oħrajn, fejn ikun jinsab l - uffiċċju prinċipali tal- istituzzjoni, jew fejn ikun ġie stabbilit kulleġġ tal - AML/CFT, lis - superviżur prinċipali.
|
|
22. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jinfurmaw lil kull superviżur fil - qasam tal -AML/CFT li …
|
Is- superviżuri prudenzjali għandhom jinfurmaw lil kull superviżur fil - qasam tal -AML/CFT li jkun qed jirċievi dwar is - superviżuri l - oħrajn fil - qasam tal - AML/CFT li lilhom qed jagħtu jew ikunu t aw informazzjoni, fejn rilevanti.
|
|
23. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/ CFT għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: a) …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/ CFT għandhom jipprovdu l - informazzjoni rilevanti: - a) lis- superviżuri prudenzjali responsabbli mis - superviżjoni tal - istituzzjoni fl -Istat Membru fejn l - istituzzjoni hija stabbilita jew hija intiża li tkun stabbilita, u
- b) lis- superviżur konsolidanti jekk l - istituzzjoni tkun tappartjeni għal grupp transkonfinali, jew fil - każ ta’ istituzzjoni unika b’fergħat fi Stati Membri oħrajn, lis - superviżur prudenzjali tal - uffiċċju prinċipali.
|
|
24. Is- superviżuri f il- qasam tal - AML/CFT għandhom jinfurmaw lil kull superviżur prudenzjali li …
|
Is- superviżuri f il- qasam tal - AML/CFT għandhom jinfurmaw lil kull superviżur prudenzjali li jkun qed jirċievi dwar is - superviżuri prudenzjali l - oħrajn li lilhom qed jagħtu jew ikunu taw informazzjoni, fejn rilevanti. Talbiet għal kooperazzjoni u informazzjoni
|
|
25. Is- superviżuri prudenzjali u tal - qasam tal - AML/CFT għandhom jagħmlu talba għall - …
|
Is- superviżuri prudenzjali u tal - qasam tal - AML/CFT għandhom jagħmlu talba għall - informazzjoni u għall - kooperazzjoni bil - miktub, li fiha jispeċifikaw mill - inqas dan li ġej: - a. it- tip ta’ informazzjoni jew kooperazzjoni mitluba;
- b. l- għan li għalih l- informazzjoni jew il -koop erazzjoni qed jintalbu, inkluża l - ispeċifikazzjoni tad - dispożizzjonijiet legali li jiddefinixxu l - kompiti superviżorji li għalihom l - informazzjoni mitluba hija meqjusa rilevanti; u
- c. għal talbiet sensittivi għall - ħin, id - data sa meta hija mistennija tweġiba, inkluż il - kuntest u l- urġenza tat - talba, jekk ikun il - każ.
|
|
26. Fejn l - awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tipprovdi l - informazzjoni jew il - kooperazzjoni …
|
Fejn l - awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tipprovdi l - informazzjoni jew il - kooperazzjoni mitluba sad- data stabbilita mill - awtorità rikjedenti, għandu jkun hemm qbil dwar data alternattiva. F’każ li l- awtorità rikjesta tkun tista’ tipprovdi tweġiba parzjali sad - data indikata mill - awtorità rikjedenti, l - awtorità rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tista’ b’hekk tipprovdi u taqbel dwar data oħra għall - għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni pendenti.
|
|
27. Fejn talba għal kooperazzjoni jew informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata b’mod parzjali …
|
Fejn talba għal kooperazzjoni jew informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata b’mod parzjali jew bis - sħiħ, l - awtorità rikjesta għandha tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil - miktub bir - raġunijiet għalfejn mhuwiex possibbli jew fattibbli li tikkonforma mat -talba.
|
|
28. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fejn …
|
Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom, fejn possibbli, jitolbu l- informazzjoni meħtieġa mill - awtorità li oriġinarjament tkun ġabret jew ħolqot l - informazzjoni, jekk tkun magħrufa. Għoti ta’ informazzjoni fuq inizjattiva proprja
|
|
29. Informazzjoni meqjusa rilevanti għal awtorità oħra għandha tiġi trażmessa fuq inizjattiva …
|
Informazzjoni meqjusa rilevanti għal awtorità oħra għandha tiġi trażmessa fuq inizjattiva proprja u mingħajr dewmien żejjed, sakemm ma jkunx ovvju għal sid l - informazzjoni li l - awtorità rikjedenti potenzjali diġà għandha din l -i nformazzjoni. Kooperazzjoni bejn is - superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT
|
|
30. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jaqblu li …
|
Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jaqblu li jistabbilixxu skambju regolari ta’ informazzjoni fejn ikun meqjus xieraq għas - superviżjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ gruppi transkonfinali jew istituzzjonijiet b’fergħat stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet oħrajn. Fejn ikun hemm qbil dwar l - istabbilment ta’ skambju regolari ta’ informazzjoni, is - superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil- qasam tal - AML/CFT għandhom jikkondividu f’intervalli regolari informazzjoni meqjusa rilevanti għall - prestazzjoni tal - kompiti tas - superviżur l - ieħor.
|
|
31. Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jinnotifikaw …
|
Is- superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar punti deżinjati ta’ kuntatt biex jifffaċilitaw it - trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti u għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu kaxxa postali funzjonali.
|
|
32. Fejn ikun hemm fis - seħħ arranġamenti eżistenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ in …
|
Fejn ikun hemm fis - seħħ arranġamenti eżistenti għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ in formazzjoni, is - superviżuri prudenzjali u s - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT rilevanti għandhom jiddeċiedu dwar jekk l - arranġamenti eżistenti għall - iskambju ta’ informazzjoni humiex biżżejjed biex jikkonformaw mad - dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn il -li nji gwida jew jekk l- awtoritajiet ikunux jeħtieġu jaġġornaw dawn l - arranġamenti jew inkella jissupplimentawhom b’arranġamenti alternattivi fid -dawl tal- modalitajiet għall - kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni kif stabbilit f’dawn il -linji gwida.
|
|
33. Fej n il- kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni diġà jkunu qegħdin fis - seħħ …
|
Fej n il- kooperazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni diġà jkunu qegħdin fis - seħħ f’kulleġġi prudenzjali u/jew f’kulleġġi tal - AML/CFT, is - superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT u s- superviżuri prudenzjali għandhom jużaw il -qafas tal- kulleġġi għall - finijiet tal -koop erazzjoni u l - iskambju ta’ informazzjoni kif stabbilit f’dawn il - linji gwida, fejn ikun meqjus xieraq fid -dawl tan- natura tal - kooperazzjoni u t - tip ta’ informazzjoni li se tiġi skambjata. Kooperazzjoni bejn is - superviżuri prudenzjali u l - unità tal-intelligence finanzjarja
|
|
34. Is- superviżuri prudenzjali għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence finanzjarja …
|
Is- superviżuri prudenzjali għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence finanzjarja informazzjoni miġbura jew maħluqa fil - prestazzjoni tal - attivitajiet superviżorji tagħhom li tkun rilevanti għall - kompiti tal - unità tal - intelligence finanzjarja f’konformità mal - paragrafu 20.
|
|
35. Fejn xieraq, is - superviżuri prudenzjali għandhom ifittxu mill - unità tal - intelligence …
|
Fejn xieraq, is - superviżuri prudenzjali għandhom ifittxu mill - unità tal - intelligence finanzjarja informazzjoni kif stabbilit f’dawn il - linji gwida li tkun rilevanti għall - prestazzjoni tal - kompiti superviżorji tagħhom. Kooperazzjoni bejn is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT u l - unità tal -intelligence finanzjarja
|
|
36. Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence …
|
Is- superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom jikkondividu mal - unità tal - intelligence finanzjarja informazzjoni miġbura jew maħluqa fil - prestazzjo ni tal- kompiti superviżorji tagħhom li tkun rilevanti għall - kompiti tal - unità tal - intelligence finanzjarja f’konformità mal - paragrafu 20.
|
|
37. Fejn xieraq, is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom ifittxu mill - unità tal - …
|
Fejn xieraq, is - superviżuri fil - qasam tal - AML/CFT għandhom ifittxu mill - unità tal - intelligence finanzjarja informazzj oni kif stabbilit f’dawn il- linji gwida li tkun rilevanti għall - prestazzjoni tal - kompiti superviżorji tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|