+6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
---+26. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …
---+27. Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat …
---+28. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni …
---+29. L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni …
---+30. L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - …
---+31. Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata …
---+32. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - …
---+33. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem …
---+34. Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi …
---+35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …
---+36. Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq …
---+37. Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) …
|
6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
26. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …
|
L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena finanzjarja (jiġifieri l - membri tal - persunal li telqu matul is - sena finanzjarja ma għandhomx jingħaddu, filwaqt li l- membri tal - persunal li ġew irreklutati fis - sena finanzjarja għandhom jingħaddu, filwaqt li jitqiesu l- arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol). - a. Meta jkun irid jiġi sottomess l - għadd ta’ membri tal - persunal f’termini tan - numru ta’ impjegati, għandu jiddaħħal l - għadd ta’ persuni fiżiċi, indipendentement mill - għadd ta’ EBA Public
sigħat tax - xogħol li fuqhom huwa bbażat il - kuntratt tagħhom jew mill - bidliet fl - għadd ta’ persunal matul is - sena u filwaqt li jitqiesu l - ammonti totali ta’ rimunerazzjoni mogħtija għas -sena. - b. Meta jkun irid jiġi sottomess l - għadd ta’ persunal f’termini tal - ekwivalenti għal full - time, l - għadd għandu jkun ibbażat fuq il - perċentwal taż - żmien li membru tal - persunal individwali jkun impjegat meta mqabbel ma’ kuntratt fuq bażi full - time (pereżempju, jiġi rrapportat 0.5 għal membru tal - persunal li qed jaħdem 50 % tal - ħin ta’ kuntratt full - time).
|
|
27. Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat …
|
Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat taħt il - punt (a) fejn id- ditti ta’ investiment jissottomettu data fuq bażi individwali, u taħt il - punt (b) fejn id - ditti ta’ investiment jissottomettu data fuq bażi kkonsolidata f’konformità mal - Artikolu 7 tar - Regolament (UE) 2019/2033, fejn il- membri tal - korp maniġerjali tas -sussidjar ji jiġu rrapportati taħt il - linji ta’ azzjoni minflok taħt il - funzjoni “korp maniġerjali”. - a. Il- persunal identifikat huwa l -persunal li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta ta’ investiment jew fuq l - assi li timmaniġġja fuq bażi individwali.
- b. Il- persunal identifikat huwa l - aggregazzjoni ta’:
- i. persunal identifikat f’ditti ta’ investiment li huma fil - kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal - konsolidazzjoni u li huma stess huma soġġetti għad - dispożizzjonijiet dwar ir - rimunerazzjoni skont l - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, indipendentement mill - fatt li l - membri tal - persunal huma identifikati fuq livell individwali jew ikkonsolidat, u
- ii. persunal identifikat f’entitajiet oħrajn li għalihom japplikaw biss l- Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi kkonsolidata, fir - rigward tal - membri tal - persunal li l- attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta ta’ investiment jew fuq l - assi li timmaniġġja fuq bażi kkonsolidata.
|
|
28. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni …
|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni dwar ir - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja għandha tinkludi r - rimunerazzjoni grossa fissa u varjabbli mogħtija għal dik is -sena, j iġifieri s - sena finanzjarja ta’ qabel is - sena tas - sottomissjoni tal - informazzjoni.
|
|
29. L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni …
|
L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni għandha ssir f’konformità mat - Taqsima 7 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki ta’ rimunerazzjoni tajbin skont id - Direttiva (UE) 2019/2034.3
3 Il- Linji Gwida huma ppubblikati fuq: https://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/investment - firms/guidelines - remuneration - policies - investment - firms
|
|
30. L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - …
|
L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - ekwivalenti monetarji tagħhom u jiġu inklużi bħala “forom oħrajn” ta’ rimunerazzjoni. EBA Public
|
|
31. Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata …
|
Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata li ġew differiti li għandhom jiġu rrapportati taħt il - pożizzjoni “li minnhom: differiti” fl -Anness II. Ir-rimunerazzjoni varjabbli differita għall - perjodi preċedenti għandha tiġi sottomessa taħt l - i nformazzjoni addizzjonali fl -Anness II.
|
|
32. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - …
|
Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - benefiċċji diskrezzjonarji tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi fl - ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli totali fl - Anness II u fis-sub kategorija xierqa. L - ammonti għandhom jiżdiedu wkoll mar - ringieli speċifiċi fit - taqsima dwar informazzjoni addizzjonali fl -Anness II.
|
|
33. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem …
|
Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem is -sena finanzjarja, għandha tiġi sottomessa r - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja, inklużi l - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg u l - forom l - oħrajn kollha ta’ rimunerazzjoni, filwaqt li l - membru tal - persunal ma għandux jingħadd mal - għadd ta’ persunal identifikat sottomess meta l - kuntratt ikun diġà ntemm qabel tmiem is - sena finanzjarja. Il - membri tal - persunal identifikati li jkunu ssieħbu fid - ditta ta’ investiment matul is - sena finanzjarja għandhom jiġu inklużi fl - għadd ta’ membri tal - persunal identifikati, filwaqt li jitqie su l- arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol (pereżempju, il - membri tal - persunal li jaħdmu fuq bażi full - time li jkunu ssieħbu matul is- sena finanzjarja dejjem jingħaddu ma’ “1” fi tmiem is - sena finanzjarja) u għandha tiġi sottomessa r- rimunerazzjoni kollha mogħtija lil dawk il - membri tal - persunal identifikati għas - sena finanzjarja.
|
|
34. Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi …
|
Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi kklassifikat taħt il - funzjoni jew il- linja ta’ azzjoni li fiha jwettaq il - parti predominanti tal - attivitajiet kummerċjali tiegħu. L - ammont sħiħ ta’ rimunerazzjoni mogħtija lil dak il - membru tal - persunal fi ħdan il -grupp jew id-ditta ta’ investiment għandu jiġi inkluż taħt din il - funzjoni jew il - linja ta’ azzjoni.
|
|
35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …
|
Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej: - a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni. Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “persunal identifikat ieħor” u fl -Anness I u fl-Anness III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
- b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi). Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor” u fl -Annessi I u III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
- c. “Maniġment superjuri ieħor” huwa l - persunal definit fil - punt (27) tal - Artikolu 3(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 għajr il - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat.
- d. Il- persunal li la jkun “maniġment superjuri ieħor” u lanqas membru tal - korp maniġerjali għandu jiġi rrapportat taħt “persunal identifikat ieħor”. EBA Public
- e. “Negozjar akkont proprju, sottoskrizzjoni u tqegħid ta’ strumenti” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (3), (6) u (7) tal -Anness I, it - Taqsima A għad - Direttiva 2014/65/UE4 .
- f. “Pariri dwar l - investiment u eżekuzzjoni tal - ordnijiet” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (1), (2) u (5) tal -Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
- g. “Ġestjoni tal - portafoll” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punt (4) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE u l - persunal li jimmaniġġja l -assi f’sussidjarji li huma Impriżi ta’ Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) jew Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFMs) li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi kkonsolidata.
- h. “Tħaddim tal - MTF/OTF” għandu jinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (8) u (9) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
- i. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il-g overnanza interna.5
- j. “Il -persunal l- ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal li ma huwiex inkluż fil - punti minn (a) sa (i).
4 Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is- swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE 5 LG tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva (UE) 2019/2024, it - Taqsima 15
|
|
36. Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq …
|
Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq bażi annwali, jiġifieri meta d- ditti ta’ investiment ma jibdewx perjodu ġdid ta’ dovuti ta’ aktar minn sena kull sena, għandha tiġi allokata bis - sħiħ, għall - finijiet tal -Anness II, għar - rimunerazzjoni varjabbli totali għas - sena finanzjarja li fiha tkun ingħatat, mingħajr kunsiderazzjoni tal - mument meta r - rimunerazzjoni varjabbli titħallas b’mod effettiv jew tat - tul tal - perjodu ta’ prestazzjoni. L - ammont ta’ dik ir - rimunerazzjoni varjabbli għandu jiġi inkluż ukoll fl - informazzjoni addizzjonali fl -Anness II.
|
|
37. Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) …
|
Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 għandhom jissottomettu fl -Anness II ir- rimunerazzjoni fissa u varjabbli tal - persunal identifikat li għalih tapplika d - deroga skont l - Artikolu 32(4)(b) ta’ dik id - Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|