+2.4 Proporzjonalità u inkarigu superviżorju
---+47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - prinċipju ta’ proporzjonalità fil - kamp ta’ …
---+48. Għall - frekwenza tal - aspett tal - proporzjonalità tal - inkarigu superviżorju, meta …
---+49. Meta l - awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li d - ditti tal - investiment għandhom profili …
---+50. Għad - ditti tal - investiment b’punteġġ ġenerali tal - SREP ta’ 4 u, meta meħtieġ, għad - …
---+51. Irrispettivament mill - ħin mill - aħħar SREP, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu …
---+52. Meta jippjanaw l - attivitajiet tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
---+53. Għall - kamp ta’ applikazzjoni tal - proporzjonalità, meta jwettqu l - SREP billi japplikaw …
---+54. Fl- aħħar ta’ kull valutazzjoni tal - elementi kollha tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti …
---+55. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - …
---+56. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal -SREP għad - …
---+57. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - …
---+58. Għal ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi li jissodisfaw il - kriterji tal - …
|
2.4 Proporzjonalità u inkarigu superviżorju
2.4 Proporzjonalità u inkarigu superviżorju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - prinċipju ta’ proporzjonalità fil - kamp ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - prinċipju ta’ proporzjonalità fil - kamp ta’ applikazzjoni, il - frekwenza u l - intensità tal - inkarigu superviżorju u d - djalogu ma’ ditta tal - investiment, u l - aspettattivi superviżorji tal - istandards li għandha tilħaq id - ditta tal - investiment, f’konformità mal - kategorija tad - ditta tal - investiment kif deskritt fit - Tabella 2 hawn taħt.
|
|
48. Għall - frekwenza tal - aspett tal - proporzjonalità tal - inkarigu superviżorju, meta …
|
Għall - frekwenza tal - aspett tal - proporzjonalità tal - inkarigu superviżorju, meta jippjanaw l - attivitajiet SREP, l - awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu livell minimu tal - mudell ta’ inkarigu, kif ġej fis - sottokapitolu li jmiss u fit - Tabella 2.
|
|
49. Meta l - awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li d - ditti tal - investiment għandhom profili …
|
Meta l - awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li d - ditti tal - investiment għandhom profili ta’ riskju simili, jistgħu jwettqu valutazzjonijiet SREP tematiċi dwar ditti ta’ investimenti multipli bħala valutazzjoni waħda (b’mod partikolari tista’ ssir BMA fuq id - ditti żgħar tal - investiment kollha li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet fuq ftit klassijiet ta’ assi, peress li x’aktarx tidentifika l - istess kwistjonijiet ta’ vijabbiltà tan - negozju għal dawn id - ditti tal - investiment kollha). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ukoll metodoloġiji mfassla apposta għall - applikazzjoni tal - SREP għal ditti tal - investiment bi profili ta’ riskju simili.
|
|
50. Għad - ditti tal - investiment b’punteġġ ġenerali tal - SREP ta’ 4 u, meta meħtieġ, għad - …
|
Għad - ditti tal - investiment b’punteġġ ġenerali tal - SREP ta’ 4 u, meta meħtieġ, għad - ditti tal - i nvestiment b’punteġġ ġenerali tal - SREP ta’ 3, abbażi tas - sejbiet minn valutazzjonijiet preċedenti tal - elementi tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw livell addizzjonali ta’ inkarigu, fejn għandhom ikunu meħtieġa riżorsi superviżorji aktar estensivi u frekwenza ogħla ta’ valutazzjoni (tal - inqas fuq bażi temporanja), irrispettivament mill - kategorija tad - ditta tal - investiment. Wara li titqies il - frekwenza minima tal - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP speċifikati fis - sottokapitoli li jmiss u fit - Tabella 2, il- valutazzjonijiet aktar frekwenti jistgħu jkopru elementi speċifiċi tal - SREP meta tkun meħtieġa attenzjoni partikolari minħabba riskju ogħla, jew il - valutazzjoni sħiħa tal -SREP.
|
|
51. Irrispettivament mill - ħin mill - aħħar SREP, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu …
|
Irrispettivament mill - ħin mill - aħħar SREP, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni ġdida jekk tkun seħħet mill - inqas waħda mis - sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. fil - monitoraġġ ta’ indikaturi ewlenin, tiġi osservata bidla sinifikanti meta mqabbla mad- data ta’ referenza tal - aħħar valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP;
10 Ir- Regolament (UE) Nru 596/2014 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -16 ta’ April 2014 dwar l- abbuż tas - suq (Regolament dwar l - abbuż tas - suq) u li jħassar id - Direttiva 2003/6/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill u d - Direttivi tal - Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1). 11 Id- Direttiva 2014/57/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas - suq (direttiva dwar l - abbuż tas - suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179). 12 Id- Direttiva 2004/109/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Diċembru 2004 dwar l- armonizzazzjoni tar - rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t - titoli tagħhom huma ammessi għall - kummerċ f’suq regolat u li temenda d - Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38). 14 - b. ikun hemm informazzjoni pubblika negattiva dwar id - ditta tal - investiment li tindika riskju sinifikanti potenzjali (fil - kuntest ta’ riskju reputazzjonali, riskju ta’ kondotta, sigurtà tal - IT);
- c. l- awtoritajiet kompetenti għandhom raġunijiet oħrajn biex jemmnu li l - mudell tan - negozju jew il - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment inbidel b’mod sinifikanti mid- data ta’ referenza tal - aħħar valutazzjoni tal - elementi kollha tal -SREP.
|
|
52. Meta jippjanaw l - attivitajiet tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
|
Meta jippjanaw l - attivitajiet tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill - koordinazzjoni ta’ attivitajiet ma’ partijiet oħrajn involuti direttament jew indirettament fil - valutazzjoni, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ input mid - ditta tal - investiment u/jew awtoritajiet kompetenti oħrajn involuti fis - superviżjoni ta’ gruppi transfruntiera kif speċifikat fit - Titolu 11.
|
|
53. Għall - kamp ta’ applikazzjoni tal - proporzjonalità, meta jwettqu l - SREP billi japplikaw …
|
Għall - kamp ta’ applikazzjoni tal - proporzjonalità, meta jwettqu l - SREP billi japplikaw dawn il -linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu li elementi differenti, aspetti metodoloġiċi u komponenti ta’ valutazzjoni kif ipprovduti fit - Titoli 4, 5, 6 u 8 ma għandhomx l - istess rilevanza għad - ditti kollha tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, japplikaw gradi differenti ta’ granularità għall - valutazzjoni skont il - kategorija li għaliha tiġi assenjata d - ditta tal - investiment u sa fejn ikun xieraq għad - daqs u l - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment, u n - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħha.
|
|
54. Fl- aħħar ta’ kull valutazzjoni tal - elementi kollha tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti …
|
Fl- aħħar ta’ kull valutazzjoni tal - elementi kollha tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jinformaw lid - ditta tal - investiment bl - eżitu tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP u għandhom jipprovdu: - a. dikjarazzjoni dwar il - kwantità u l - kompożizzjoni tal - fondi proprji li d - ditta tal - investiment hija meħtieġa żżomm b’eċċess tar - rekwiżiti speċifikati fil - Parti Tnejn, Tlieta u Erbgħa tar - Regolament (UE) 2019/2033 f’konformità mal - Artikolu 39(2)(a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034;
- b. dikjarazzjoni dwar il - kwantità u l- kompożizzjoni tal - fondi proprji li d - ditta tal - investiment tkun iggwidata li żżomm f’konformità mal - Artikolu 41 tad - Direttiva (UE) 2019/2034;
- c. dikjarazzjoni dwar il - likwidità miżmuma u kwalunkwe rekwiżit ta’ likwidità speċifiku stabbilit mill - awtoritajiet kompetenti f’konformità mal - Artikolu 42 tad - Direttiva (UE) 2019/2034;
- d. dikjarazzjoni dwar miżuri superviżorji oħrajn li l - awtorità kompetenti beħsiebha twettaq.
2.4.1 Ditti tal-investiment tal-Kategorija 1
|
|
55. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - …
|
Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - ditti tal - investiment tal - kategorija 1, l - awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jimmonitorjaw indikaturi ewlenin fuq bażi trimestrali;
15 - b. jaġġornaw il - valutazzjonijiet tal - elementi individwali kollha tal - SREP tal - inqas kull sentejn;
- c. ikollhom inkarigu u djalogu kontinwu mal - korp maniġerjali u mal - maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment.
2.4.2 Ditti tal-investiment tal-Kategorija 2
|
|
56. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal -SREP għad - …
|
Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal -SREP għad - ditti tal - investiment tal - kategorija 2, l - awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jimmonitorjaw indikaturi ewlenin fuq bażi trimestrali;
- b. jaġġornaw il - valutazzjonijiet tal - elementi individwali kollha tal - SREP tal - inqas kull sentejn;
- c. ikollhom inkarigu mal - korp maniġerjali u mal - maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment tal - inqas bl - istess frekwenza bħall - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP.
2.4.3 Ditti tal-investiment tal-Kategorija 3
|
|
57. Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - …
|
Sabiex tiġi żgurata frekwenza xierqa ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal - SREP għad - ditti tal - investiment tal - kategorija 3, l - awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jimmonitorjaw indikaturi ewlenin fuq bażi trimestrali;
- b. iwettqu l - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP fid - dawl ta’ informazzjoni materjali ġdida li tirriżult a dwar ir- riskju ppreżentat, bil - kamp ta’ applikazzjoni u l - profondità tar - reviżjoni mfassla għall - profil tar - riskju speċifiku tad - ditta tal - investiment;
- c. ikollhom inkarigu mal - korp maniġerjali u mal - maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment tal - inqas b l- istess frekwenza bħall - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP.
Meta jitqies xieraq, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddefinixxu frekwenzi minimi regolari għall - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP għad - ditti tal - investiment tal - kategorija 3 kollha jew għal subsett tagħhom. 2.4.4 Ditti tal- investiment żgħar u mhux interkonnessi
|
|
58. Għal ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi li jissodisfaw il - kriterji tal - …
|
Għal ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi li jissodisfaw il - kriterji tal - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033, l- awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jimmonitorjaw indikaturi ewlenin tal - inqas fuq bażi annwali;
- b. iwettqu l - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP fid - dawl ta’ informazzjoni materjali ġdida li tirriżulta dwar ir - riskju ppreżentat, bil - kamp ta’ applikazzjoni u l -
profondità tar - reviżjoni mfassla għall - profil tar - riskju speċifiku tad - ditta tal - investiment; - c. ikollhom inkarigu u djalogu mal - korp maniġerjali u mal - maniġment superjuri tad - ditta tal - investiment meta jitqiesu meħtieġa u b’mod partikolari fil - kuntest tal - valutazzjoni tal - elementi tal - SREP fejn imwettqa.
Tabella 2. Applikazzjoni tal - SREP għal kategoriji ta’ ditti tal - investiment differenti Monitoraġ | ġ tal - Kategorija indikaturi ewlenin | Valutazzjoni tal-elementi kollha tal - SREP | Livell minimu ta’ inkarigu / djalogu Djalogu kontinwu mal - | korp | | 1 Trimestrali | sentejn | maniġerjali u mal - maniġment superjuri. Inkarigu bbażat fuq l - avvenimenti mal- korp maniġerjali u | mal - | | 2 Trimestrali | 3 snin Ibbażat fuq l - avvenimenti (bil - kamp ta’ applikazzjoni u l - | maniġment superjuri, tal - inqas frekwenza tal - valutazzjoni tal -SREP. Inkarigu bbażat fuq l - avvenimenti mal- korp maniġerjali u | bil - mal - | | 3 Trimestrali | profondità tar - reviżjoni mfassla għall - profil tar - riskju speċifiku tad - ditta tal - investiment) | maniġment superjuri, tal - inqas frekwenza tal - valutazzjoni tal -SREP. | bil- | | Ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi kif stabbilit fl - Annwali Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033 | Ibbażat fuq l - avvenimenti (bil - kamp ta’ applikazzjoni u l - profondità tar - reviżjoni mfassla għal l- profil tar - riskju speċifiku tad - ditta tal - investiment) | Inkarigu bbażat fuq l - avvenimenti mal- korp maniġerjali u maniġment superjuri, tal - inqas frekwenza tal - valutazzjoni tal -SREP. | mal - bil - 17 |
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|