+5.5 Qafas u funzjonijiet ta’ kontroll intern
---+115. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+116. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+117. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - …

5.5 Qafas u funzjonijiet ta’ kontroll intern

5.5.1 Qafas ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
115. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas ta’ kontroll intern xieraq għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditti tal - investiment, f’konformità mad - dispożizzjonijiet stabbiliti fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il-governanza interna. Din il - valutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi jekk:

  • a. id-d itti tal - investiment jimplimentawx il - qafas ta’ kontroll intern li jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r - responsabbiltajiet u l - kompiti tal - korp maniġerjali, u l- attivitajiet tal - linji operatorji u tal - unitajiet interni kollha, inkluż il - funzjonijiet ta’ kontroll intern, l - attivitajiet esternalizzati u l - kanali ta’ distribuzzjoni;
  • b. id- ditti tal - investiment jistabbilixxux, iżommux u jaġġornaw regolarment il - politiki, il- mekkaniżmi u l - proċeduri adegwati ta’ kontroll intern bil - miktub, li għandhom ikunu approvati mill - korp maniġerjali;
  • c. il- linji operatorji tad - ditti tal - investiment humiex responsabbli mill - ġestjoni tar - riskji li jiffaċċjaw fit - twettiq tal - attivitajiet tagħhom u jekk ikollhomx kontrolli stabbiliti li għandhom l - għan li jiżguraw konformità mar - rekwiżiti interni u esterni;
  • d. il- korp maniġerjali huwiex responsabbli għall - istabbiliment u għall - monitoraġġ tal - adegwatezza u tal - effettività tal - qafas, tal - proċessi u tal - mekkaniżmi ta’ kontroll intern, u għas - sorveljanza tal - linji operatorji u tal - unitajiet interni kollha, inklużi l - funzjonijiet ta’ kontroll intern;
  • e. meta applikabbli, il - qafas ta’ kontroll intern tad - ditta tal - investiment huwiex adattat fuq bażi individwali għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħha, għall - kumplessità tagħha u għar - riskji assoċjati, filwaqt li jitqies il - kuntest tal - grupp;
  • f. hemmx proċess ċar, trasparenti u dokumentat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u allokazzjoni ċara ta’ responsabbiltajiet u ta’ awtorità fi ħdan il - qafas ta’ kontroll intern tagħha, inkluż il - linji operatorji, l - unitajiet interni u l - funzjonijiet ta’ kontroll intern tagħha;
  • g. hemmx skambju tal - informazzjoni meħtieġa, inklużi politiki, mekkaniżmi u proċeduri u l - aġġornamenti tagħhom, b’mod f’waqtu li jiżgura li l - korp maniġerjali, kull linja operatorja u unità interna, inkluż kull funzjoni ta’ kontroll intern indipendenti, humiex kapaċi jwettqu d - dmirijiet tagħhom;
  • h. il- funzjonijiet ta’ kontroll intern jissottomettux b’mod regolari lill - korp maniġerjali rapporti bil - miktub f’waqthom, preċiżi, konċiżi, komprensivi, ċari u utli dwar nuqqasijiet identifikati ewlenin u tali rapport jinkludi, għal kull nuqqas maġġuri identifikat ġdid, ir - riskji rilevanti involuti, valutazzjoni tal - impatt, rakkomandazzjonijiet u miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu;

37

  • i. il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhomx aċċess u jistgħux jirrapportaw direttament lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu, biex iqajmu tħassib jekk ikun meħtieġ;
  • j. il- korp maniġerjali jsegwix is - sejbiet tal - funzjonijiet ta’ kontroll intern b’mod f’waqtu u effettiv u jeħtieġx azzjonijiet korrettivi adegwati u proċeduri ta’ segwitu formali dwar is - sejbiet u l - miżuri korrettivi meħuda.

5.5.2 Funzjonijiet ta’ kontroll intern

116. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex funzjoni effettiva u permanenti interna ta’ verifika tal - konformità u, meta xieraq u proporzjonat, funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju u funzjoni tal - awditu intern, b’awtorità, statura, riżorsi suffiċjenti u, meta meħtieġ, aċċess dirett għall - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u għall - kumitati tiegħu, meta stabbilit, inkluż b’mod partikolari l - kumitat tar - riskju.

117. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - konformità tad - ditta tal - investiment, u, meta stabbilita, il - funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju u l - funzjoni tal - awditu intern jikkonformawx mad - dispożizzjonijiet tat - Titolu 5 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il-governanza interna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.