+4.2 L- identifikazzjoni u l - ġestjoni tal - IRRBB
---+19. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - …
---+20. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …
---+21. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …
---+22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
---+24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - …
---+25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
---+26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
---+27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
---+28. Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - …
---+29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
---+30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - …
---+32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
---+33. Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
---+34. L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa …
---+35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew …
---+36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - …
---+37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - …
---+38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
---+40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
---+41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
---+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
---+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
---+45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ …
---+Politiki u proċessi tar - riskju
------+46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l - IRRBB, il - korp maniġerjali għandu …
------+47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
------+48. Il - politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - anqas darba …
------+49. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
------+50. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
---+Kontrolli interni
------+51. Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet …
------+52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
------+53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
---+Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB
------+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
------+55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
------+56. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
------+57. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT sabiex …
------+58. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …
------+59. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
------+60. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
------+61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u għall - …
------+62. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa sabiex jiżguraw li d - data użata …
---+Rapportar intern
------+63. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
------+64. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
------+65. Ir - rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
------+66. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
------+67. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
------+68. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
------+69. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …
---+Governanza mudell
------+70. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB — …
------+71. Il - qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - ħames elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
------+72. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
------+73. Il - ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB għandhom isegwu approċċ …
------+74. Ir - riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l - użu tal …
------+75. Il - proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
------+76. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
------+77. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi sabiex …
------+78. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …
|
4.2 L- identifikazzjoni u l - ġestjoni tal - IRRBB
4.2.1 Perimetru tal-IRRBB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
19. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - istrumenti kollha sensittivi għar - rata tal - imgħax fil - portafoll bankarju fil - kuntest tal - valutazzjoni u l - ġestjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, inklużi l - assi, l - obbligazzjonijiet, id - derivattivi tar - rata tal - imgħax, id - derivattivi mhux tar - rata tal - imgħax li jirreferenzjaw rata tal - imgħax u entrati oħrajn li ma jidhrux fil - karta bilanċjali (bħal impenji ta’ self).
|
|
20. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi6 (bl - esklużjoni tad - dispożizzjonijiet) bħala strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax li jirriflettu l - flussi tal - flus mistennija u t - twaqqit tagħhom.
6 Skoperturi li ma jrendux kif definiti fl - Anness V tar - Regolament (UE) Nru 680/2014.
|
|
21. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …
|
Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 10, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif definit mill - paragrafu 1 tal - Artikolu 94 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi inkluż sakemm ir - riskju tar - rata tal - imgħax tiegħu ma jkunx kopert f’kejl ieħor ta’ riskju. 4.2.2 L- identifikazzjoni, il - kalkolu u l - allokazzjoni tal - kapital għall - fini tal -IRRBB
|
|
22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
|
Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - Artikolu 73 tad - Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il - kontribut tal - IRRBB għall - valutazzjoni globali tal - kapital intern fuq l - outputs tas - sistemi ta’ kejl interni tal - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu kont tas - suppożizzjonijiet ewlenin u tal - limiti tar - riskju. Il - livell globali ta’ kapital għandu jkun proporzjonali kemm mal - livell reali mkejjel tar - riskju (inkluż għall - IRRBB) kif ukoll mal - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju, u għandu jiġi ddokumentat kif xieraq fir - rapport tagħha dwar il - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal - Kapital (rapport tal - ICAAP).
|
|
23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
|
L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell tal - IRRBB, b’kont meħud tal - impatt fuq il - kapital intern tal - bidliet potenzjali fil - valur ekonomiku u fil - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien mal - bidliet fil - valur fis - suq li jirriżultaw minn bidliet fir - rati tal - imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw il - kejl tar - riskju tal - IRRBB fid - determinazzjoni tal - kapital intern tagħhom filwaqt li jinnotaw b’mod partikolari li l - kejl tal - IRRBB iqisu r - riskju b’mod komplementari (eż., b’kunsiderazzjoni tal - IRRBB minn orizzont ta’ żmien differenti). L - istituzzjonijiet mhumiex mistennija li jgħoddu darbtejn il - kapital intern tagħhom għall - kejl tal - EV u tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, madankollu l - metodoloġija tal - allokazzjoni interna tal - kapital għandha tikkunsidra kemm il - kejl tar - riskju tal - IRRBB kif ukoll il - valutazzjoni espliċita tal - impatt potenzjali tagħhom fuq il - kapital intern.
|
|
24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - …
|
Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu: - (a) il - kapital intern miżmum għar - riskji għall - valur ekonomiku li jistgħu jirriżultaw minn ċaqliq avvers fir - rati tal - imgħax; u
- (b) il - ħtiġijiet ta’ kapital intern li jirriżultaw mill - impatt ta’ bidliet fl - introjtu mill - imgħax nett futur flimkien mal - kapaċità tal - bidliet fil - valur fis - suq, u l - implikazzjonijiet li jirriżultaw għal - livelli interni ta’ kapital ta’ lqugħ.
|
|
25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
|
L- istituzzjonijiet ma għandhomx jibbażaw biss fuq il - valutazzjonijiet superviżorji tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB jew fuq l - eżitu tat - test superviżorju outlier, iżda għandhom jiżviluppaw u jużaw il - metodoloġiji tagħhom stess għall - allokazzjoni tal - kapital, ibbażati fuq il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju, il - livell ta’ riskju u l - politiki dwar il - ġestjoni tar - riskju. Meta jiddeterminaw il - livell xieraq ta’ kapital, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu kemm l - ammont kif ukoll il - kwalità tal - kapital meħtieġ.
|
|
26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
|
Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej: - (a) id- daqs u l - perjodu ta’ maturità tal - limiti interni fuq l - iskoperturi għall - IRRBB, u jekk dawn il - limiti jintlaħqux fil - punt tal - kalkolu tal - kapital;
- (b) l - ispiża mistennija tal - iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet miftuħa li huma intenzjonati li jieħdu vantaġġ mill - aspettattivi interni tal - livell futur tar - rati tal - imgħax;
- (c) is - sensittività tal - kejl intern tal - IRRBB għal suppożizzjonijiet ewlenin jew imperfetti tal - immudellar;
- (d) l - impatt ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq pożizzjonijiet ipprezzati b’indiċijiet differenti tar - rati tal - imgħax (riskju ta’ bażi);
- (e) l - impatt fuq il - valur ekonomiku u fuq l - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq ta’ pożizzjonijiet mhux imqabbla f’muniti differenti;
- (f) l - impatt tat - telf inkorporat u l - gwadanji inkorporati;
- (g) id- distribuzzjoni tal - kapital relattiv għar - riskji fl - entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fil - perimetru prudenzjali ta’ konsolidazzjoni tal - grupp, minbarra l - adegwatezza tal - kapital kumplessiv fuq bażi konsolidata;
- (h) il - motivaturi tar - riskju sottostanti; u
- (i) iċ - ċirkostanzi li taħthom jista’ jimmaterjalizza r - riskju.
|
|
27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
|
L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ istituzzjoni u għandhom jitqiesu wkoll fil - valutazzjonijiet tal - kapital assoċjat ma’ linji ta’ negozju.
|
|
28. Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - …
|
Sabiex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw sistemi ta’ kejl u firxa ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax, li jkunu adattati għall - profil tar - riskju tal - istituzzjoni sabiex jikkwantifikaw l - iskala potenzjali ta’ kwalunkwe effett tal - IRRBB taħt kundizzjonijiet avversi .
|
|
29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
|
L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB tkun inkluża kif xieraq fl - allokazzjoni ġenerali tal - kapital intern u li kwalunkwe suppożizzjoni dwar id - diversifikazzjoni tiġi ddokumentata u li l - affidabbiltà u l - istabbiltà tagħha jiġu vverifikati bl - użu ta’ data storika xierqa għall - istituzzjoni individwali u għas - swieq li topera fihom. Il - kostijiet tal - kapital ekonomiku jistgħu jiġu allokati lura għall - unitajiet tan - negozju u għall - prodotti sabiex jiġi żgurat li l - kostijiet sħaħ tal - unitajiet tan - negozju jew tal - prodotti sottostanti jinftiehmu sew minn dawk responsabbli mill - ġestjoni tagħhom.
|
|
30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB …
|
Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir - rigward tal -IRR BB meta mqabbel mal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej: - (a) L- importanza relattiva tal - introjtu mill - imgħax nett meta mqabbel mal - introjtu totali nett, u għalhekk l - impatt ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fl - introjtu mill - imgħax nett minn sena għal oħra;
- (b) Il - livelli attwali ta’ introjtu mill - imgħax nett li jistgħu jinkisbu taħt xenarji differenti (jiġifieri, il - punt sa fejn il - marġnijiet ikunu wiesgħa biżżejjed sabiex jassorbu l - volatilità li tirriżulta mill - pożizzjonijiet tar - rati tal - imgħax u mill - bidliet fil - kost tal - obbligazzjonijiet);
- (c) Il - potenzjal li jiġġarrab telf reali f’kundizzjonijiet ta’ stress, jew b’riżultat ta’ bidliet sekulari fl - ambjent tas - suq – eżempju, fejn jista’ jsir neċessarju li jiġu likwidati pożizzjonijiet li jkunu intenzjonati bħala investiment fit - tul sabiex jiġi stabbilizzat kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq;
- (d) L- importanza relattiva tal - istrumenti sensittivi għar - rata tal - imgħax (inklużi derivattivi tar - rata tal - imgħax) fil - portafoll mhux tan - negozjar, b’effetti potenzjali murija jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (eż. permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor); u
- (e) Il - fluttwazzjoni tal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq, is - saħħa u l - istabbiltà tal - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ flussi ta’ bidliet fil - valur tas - suq u l - livell ta’ introjtu meħtieġ sabiex jiġu ġġenerati u jinżammu l - operazzjonijiet tan - negozju normali. Istituzzjonijiet b’livell għoli ta’ IRRBB li jista’ jirriżulta f’telf taħt firxa plawżibbli ta’ xenarji tas - suq, meta jnaqqsu d - distribuzzjoni normali tad - dividendi, jew matul tnaqqis fl - operazzjonijiet tan - negozju, għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed kapital sabiex jirreżistu l - impatt avvers ta’ dawn ix - xenarji.
|
|
31. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw aġġustamenti fil - bafer kapitali intern meta r - riżultati tal - ittestjar tal - istress tagħhom jissottolinjaw il - potenzjal għal tnaqqis fl - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq (u għalhekk tnaqqis fil - kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal - kapital) f’xenarji ta’ stress. 4.2.3 L- istrateġija ta’ Governanza tal -IRRBB
|
|
32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
|
L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB u l - mitigazzjoni tal - IRRBB, għandhom jagħmlu parti mill - istrateġija globali, b’mod partikolari l - objettivi strateġiċi u l - objettivi għar - riskju, li l - korp maniġerjali jrid japprova kif stabbilit fis - subparagrafu (2), l - ittra (a) tal - Artikolu 88(1) tad - Direttiva 2013/36/UE.
|
|
33. Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
|
Il - predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa f’termini tal - impatt aċċettabbli ta’ rati tal - imgħax fluttwanti fuq iż - żewġ kejliet tal - IRRBB, u għandha tiġi riflessa fil - limiti. Istituzzjonijiet bi skoperturi sinifikanti għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi, jew ir - riskju tal - opzjoni għandhom jiddeterminaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju fir - rigward ta’ kull wieħed minn dawn is - sottotipi materjali ta’ IRRBB.
|
|
34. L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa …
|
L- istrateġija ġenerali tal - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt sa fejn il - mudell kummerċjali jibbaża fuq il - ġenerazzjoni tal - introjtu mill - imgħax nett billi “jirkeb il - kurva tar - rendiment” – jiġifieri, jiffinanzja assi b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament twil b’obbligazzjonijiet b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament qasir. Fejn il - mudell tan - negozju jkun jibbaża ħafna fuq dan is - sors ta’ introjtu mill - imgħax nett, il - korp maniġerjali għandu jispjega l - istrateġija tiegħu dwar l - IRRBB u kif jippjana li jissopravvivi perjodi ta’ kurvi tar - rendiment ċatti jew inversi.
|
|
35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti sabiex jintużaw prodotti jew jinbdew attivitajiet ġodda, kif ukoll strateġiji għat - teħid tar - riskju jew għall - iħħeġġjar, u dan qabel l - akkwiżizzjoni jew l - implimentazzjoni sabiex jiżguraw li jkunu ġew identifikati r - riżorsi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita ġestjoni soda u effettiva tal - IRRBB fir - rigward tal - prodott jew l - attività, li l - attivitajiet proposti jkunu f’konformità mal - predispożizzjoni globali tal - istituzzjoni għar - riskju, u li jkunu ġew stabbiliti l - proċeduri għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji tal - prodott jew l - attività proposti. Għandu jiġi żgurat li l - karatteristiċi tal - IRRBB ta’ dawn il - prodotti u attivitajiet ġodda jkunu mifhuma sew.
|
|
36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - …
|
L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi sabiex jimmitigaw l - iskoperturi għall - IRRBB għandu jkollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - iħħeġġjar bid - derivattivi tar - rati tal - imgħax.
|
|
37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - …
|
L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba tal - klijenti bħala input għall - kejl tal - IRRBB tagħhom għandu jkollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - immudellar tal - imġiba tal - klijentela tagħha.
|
|
38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji tal - effetti tal - politiki tal - kontabilità, iżda t - trattament kontabilistiku ma għandux imexxi l - approċċ tagħhom għall - ġestjoni tar - riskju.
|
|
39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
|
Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ governanza għall - ġestjoni tal - IRRBB ikunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata u sottokonsolidata. 4.2.4 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju u responsabbiltajiet tal -IRRBB
|
|
40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
|
Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IR RBB, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej: - (a) Li l - korp maniġerjali tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern sabiex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il - korp maniġerjali għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Il - korp maniġerjali jista’, madankollu, jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal - IRRBB lill - maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal - attiv u l - passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati aktar fil - paragrafu 42.
- (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
- (c) Li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi msemmija għall - valutazzjoni tal - IRRBB huma komprensivi u proporzjonati għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tar - riskji inerenti fil - mudell tan - negozju u fl - attivitajiet tal - istituzzjoni.
|
|
41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
|
B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: - (a) Fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għall - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
- (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
- i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti;
- ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi tal - IRRBB tal - istituzzjoni;
- iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
- iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
- (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
- (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB. Il - livell ta’ skopertura għall - IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali (mill - anqas darba kull 3 xhur).
- (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
- (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
- (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l - IRRBB u li l - ġestjoni tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.
|
|
42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp maniġerjali tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej: - (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp maniġerjali għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki tal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew ALCO, għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp maniġerjali.
- (b) Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall - IRRBB. Il - funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandu jkollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrapportaw l - iskoperturi għall - IRRBB direttament lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu.
- (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp maniġerjali jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal - IRRBB. Il - mezz ta’ komunikazzjoni sabiex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
- (d) Il - korp maniġerjali għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l - governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO, jew l - ekwivalenti tiegħu, b’mod regolari, u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir marbut mal - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.
4.2.5 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika tal -IRRBB
|
|
43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall - IRRBB f’termini tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB b’mod partikolari: - (a) L- istituzzjonijiet għandu jkollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li huma approvati mill - korp maniġerjali u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju – jiġifieri, politiki u proċeduri sabiex jiġi llimitat u kkontrollat l - IRRBB.
- (b) L- oqfsa tagħhom ta’ predispożizzjoni għar - riskju għandhom:
- a. jiddelinjaw is - setgħat delegati, il - linji ta’ responsabbiltà u tal - akkontabilità fuq id - deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal - IRRBB; u
- b. jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskji awtorizzati għall - IRRBB.
- (c) Meta jkunu qegħdin jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - introjtu mill - imgħax nett li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir - rati tal - imgħax fuq il - valur tal - istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal - imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir - rati tal - imgħax.
|
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin: - (a) Limiti tar - riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp maniġerjali għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
- (b) Il - limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir - rati tal - imgħax u fl - istruttura tat - termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżenta sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar - rati tal - imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment sabiex jimmitigaw dawk l - iskoperturi għar - riskju.
- (c) Il - limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan - natura, id - daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
- (d) Skont in - natura tal - attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta’ IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni.
- (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi informat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
- (f) Ir - rapportar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - anqas darba kull 3 xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
|
|
45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ …
|
Għandu jkun hemm stabbilit qafas sabiex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar li jiddependu minn strumenti bħal derivattivi, kif ukoll sabiex jikkontrolla riskji ta’ valwazzjoni skont is - suq fi strumenti li jiġu kkontabilizzati bil - valur ġust. 4.2.6 Politiki, proċessi u kont rolli tar- riskju tal -IRRBB
|
|
Politiki u proċessi tar - riskju
|
Politiki u proċessi tar - riskju
|
|
Kontrolli interni
|
Kontrolli interni
|
|
Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB
|
Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB
|
|
Rapportar intern
|
Rapportar intern
|
|
Governanza mudell
|
Governanza mudell
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|