+47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …

47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …

Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - komponenti kollha tal - IRRBB li huma importanti għaċ - ċirkustanzi individwali tal - istituzzjoni. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipju ta’ proporzjonalità, il - politiki li jikkonċernaw l - IRRBB għandhom jinkludu dan li ġej:

  • (a) L- applikazzjoni tal - limitu bejn il - “portafoll mhux tan - negozjar” u l - “portafoll tan - negozjar”. Trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll bankarju u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati u mmonitorjati kif xieraq fi ħdan il - monitoraġġ usa’ tal - IRRBB li joriġina minn strumenti ta’ derivattivi tar - rata tal - imgħax.
  • (b) Id- definizzjoni aktar dettaljata tal - valur ekonomiku u l - konsistenza tagħha mal - metodu użat sabiex jiġu valwati l - assi u l - obbligazzjonijiet (eż. ibbażat fuq il - valur skontat tal - flussi tal - flus fil - futur, kif ukoll fuq il - valur skontat tal - introjtu mill - imgħax nett fil - futur) adottata għall - użu intern.
  • (c) Id- definizzjoni aktar dettaljata tar - riskju għall - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq u l - konsistenza tagħha mal - approċċ tal - istituzzjoni għall - iżvilupp ta’ pjanijiet u tbassir finanzjarji adottata għall - użu intern.
  • (d) Id- daqs u l - forma tax - xokkijiet differenti fuq ir - rati tal - imgħax li għandhom jintużaw għall - kalkoli interni tal - IRRBB.
  • (e) L- użu ta’ approċċi kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - immudellar tal - fluss tal - flus.
  • (f) It - trattament ta’ “tranżazzjonijiet fil - ġejjieni”7 (inkluż kwalunkwe ħħeġġjar relatat).
  • (g) L- aggregazzjoni ta’ esponimenti għar - rati tal - imgħax ta’ bosta muniti.
  • (h) Il - kejl u l - ġestjoni tar - riskju ta’ bażi li jirriżulta minn indiċijiet differenti tar - rati tal - imgħax.
  • (i) Jekk l - attiv u l - passiv mingħajr imgħax tal - portafoll mhux tan - negozjar (inklużi dawk kapitali u ta’ riżerva) humiex inklużi jew le fil - kalkoli li jkejlu l - IRRBB għall -ICAAP.
  • (j) It - trattament komportamentali tal - kontijiet kurrenti u tat - tfaddil (jiġifieri, il - maturità preżunta għal obbligazzjonijiet b’maturità kuntrattwali qasira iżda maturità komportamentali twila).
  • (k) Il - kejl tal - IRRBB li jirriżulta minn opzjonijiet komportamentali u awtomatiċi fl - assi jew fl - obbligazzjonijiet, inklużi effetti ta’ konvessità u profili ta’ ħlas mhux lineari.
  • (l) Il - grad ta’ granularità użata fil - kalkoli tal - kejl (eż. l - użu ta’ taqsimiet tal - ħin).
  • (m) Id- definizzjoni interna ta’ marġnijiet kummerċjali u metodoloġija adegwata għat - trattament intern tal - marġnijiet kummerċjali.

7 Skoperturi fil - ġejjieni (eż. fejn ikun miftiehem self u l - klijent ikun jista’ jiddeċiedi jekk jagħmilx prelevament jew le) effettivament jagħtu opzjoni lill - klijent li x’aktarx tiġi eżerċitata meta l - kundizzjonijiet tas - suq ikunu jiffavorixxu l - anqas lill - istituzzjoni (konvessività negattiva). Il - ġestjoni ta’ skoperturi fil - ġejjieni tiddependi minn data preċiża dwar l - applikazzjonijiet riċevuti kif ukoll mill - immudellar tal - prelevamenti mistennija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.