+41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …

41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …

B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej:

  • (a) Fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għall - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
  • (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
  • i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti;
  • ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi tal - IRRBB tal - istituzzjoni;
  • iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
  • iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
  • (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
  • (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB. Il - livell ta’ skopertura għall - IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali (mill - anqas darba kull 3 xhur).
  • (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
  • (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
  • (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l - IRRBB u li l - ġestjoni tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.