+b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB
---+113. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - …
---+114. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - …
---+115. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - …
---+116. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …

b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB

b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
113. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - …

Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - qligħ li jirriżulta mill - ekwità proprja tagħhom, huma għandhom:

  • (a) Ikollhom metodoloġija xierqa sabiex jiddeterminaw liema elementi tal - kapital ta’ ekwità għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għal dan it - trattament;
  • (b) Jiddeterminaw xi jkun profil prudenti ta’ maturità tal - investimenti għall - kapital ta’ ekwità eliġibbli li jibbilanċja l - benefiċċji tal - istabbilizzazzjoni tal - introjtu li jirriżultaw mit - teħid ta’ pożizzjonijiet ta’ redditu fiss aktar fit - tul, bi tqabbil mas - sensittività tal - valur ekonomiku addizzjonali ta’ dawk il - pożizzjonijiet taħt stress fuq ir - rati tal - imgħax, u mar - riskju ta’ prestazzjoni insuffiċjenti tal - qligħ jekk jogħlew ir - rati;
  • (c) Jinkludu dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u jinkludu proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami;
  • (d) Jifhmu l - impatt tal - profil ta’ maturità magħżul fuq l - outputs tal - kejl tar - riskju magħżula mill - istituzzjoni stess, inkluż b’kalkolu regolari tal - kejl mingħajr l - inklużjoni tal - kapital ta’ ekwità sabiex jiġu iżolati l - effetti fuq il - perspettivi tal - kejl tal - IRRBB differenti; u
  • (e) Iwettqu ttestjar tal - istress sabiex jifhmu s - sensittività tal - kejliet tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin għall - kapital azzjonarju, u jikkunsidraw ir - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet tagħhom dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB.
114. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - …

Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - kapital azzjonarju, l - istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jieħdu pożizzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tad - dħul li jnaqqsu b’mod sinifikanti l - kapaċità tagħhom li jaġġustaw għal bidliet sinifikanti fl - ambjent ekonomiku u kummerċjali sottostanti.

115. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - …

Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - riskji tas - sensittivitajiet tal - kejl tal - IRRBB differenti, li jirriżultaw mill - kapital ta’ ekwità, għandhom jitqiesu bħala parti miċ - ċiklu normali tal - ippjanar korporattiv, u dawn is - suppożizzjonijiet ma għandhomx jinbidlu sempliċiment sabiex jirriflettu bidla fl - aspettattivi tal - istituzzjoni dwar il - perkors tar - rati tal - imgħax fil - futur. Kwalunkwe użu ta’ portafolli ta’ derivattivi jew ta’ assi sabiex jinkiseb il - profil mixtieq tal - investiment għandu jiġi ddokumentat u rrekordjat b’mod ċar.

116. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …

Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ investiment tal - kapital ta’ ekwità jew tissettja suppożizzjonijiet li jkunu espliċitament fuq terminu qasir, l - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistemi u l - informazzjoni għall - maniġment tagħha jkunu jistgħu jidentifikaw l - implikazzjonijiet tal - approċċ magħżul tagħha għall - volatilità kemm tal - introjtu mill - imgħax kif ukoll tal - valur ekonomiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.