+2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv
---+14. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew …
---+15. Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - …
---+16. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali …
---+17. B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr …
---+18. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet …
---+19. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru …
---+20. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni …
---+21. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u …
---+22. Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom …
---+23. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal …
|
2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv
2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew …
|
Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew amministrattiv tagħhom, b’mod kumplessiv, ikollu għarfien u esperjenza adegwati biex iwettaq id - dmirijiet tiegħu f’kull ħin u biex iwettaq in - negozju b’mod kompetenti u responsabbli. F’konformità mal - Artikolu 5(1)(b) tad - Direttiva (UE) 2021/2167, is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - membri kollha ta’ dawn l - organi jkunu ta’ reputazzjoni tajba.
|
|
15. Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - …
|
Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - Titolu II, il - Kapitolu I tad- Direttiva (UE) 2021/2167, jenħtieġ li jwettqu l - valutazzjoni jew rivalutazzjoni, b’mod partikolari: - a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet tagħhom;
- b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, inklużi:
- i. meta jinħatru membri ġodda tal - organu maniġerjali jew amministrattiv; u
- ii. meta l - membri jkunu ħallew l - organu maniġerjali jew amministrattiv;
- c. fejn ikunu seħħew bidliet materjali fil - mudell tan - negozju, fid - dispożizzjonijiet legali sottostanti jew fit - teknoloġiji użati.
|
|
16. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali …
|
Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandhom jitwettqu qabel ma jinħatru l - membri individwali. Fejn applikabbli, l - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli għat - twettiq tal - valutazzjoni finali.
|
|
17. B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr …
|
B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jitwettqu wara l - ħatra tal - membru tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fi kwalunkwe wieħed mill - każijiet li ġejjin li għalihom is - servizzjant tal - kreditu jkun ipprovda ġustifikazzjoni kif xieraq: - a. azzjonisti, sidien jew membri tas - servizzjant tal - kreditu jinnominaw u jaħtru membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - laqgħa tal - azzjonisti jew ekwivalenti li ma ġewx proposti mis - servizzjant tal - kreditu jew mill - organu maniġerjali jew amministrattiv; u
- b. valutazzjoni sħiħa qabel il - ħatra ta’ membru jew il - bidla fil - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv tfixkel il - funzjonament tajjeb tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, inkluż bħala riżultat tas - sitwazzjonijiet li ġejjin:
- i. meta tinqala’ l - ħtieġa għal għarrieda jew mhux mistennija li jiġu sostitwiti l - membri, eż. minħabba l - mewt ta’ membru; u
- ii. meta membru jkun jeħtieġ li jitneħħa peress li l - membru ma jkunx għadu adattat.
|
|
18. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet …
|
Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet rilevanti u disponibbli kollha għall - valutazzjonijiet. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu r - riskji, inkluż ir - riskju għar - reputazzjoni, li jirriżultaw f’każ li tiġi identifikata kwalunkwe dgħufija li taffettwa l - idoneità kollettiva tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv.
|
|
19. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru …
|
Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru individwali tal - organu maniġerjali jew amministrattiv meta jivvalutaw l - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - organu maniġerjali jew amministrattiv u viċi versa.
|
|
20. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni …
|
Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni tagħhom, u b’mod partikolari kwalunkwe dgħufija identifikata bejn l - għarfien u l - esperjenza kollettiva meħtieġa u attwali tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, u l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn in - nuqqasijiet, inkluż l - induzzjoni jew it - taħriġ li għandu jiġi pprovdut.
|
|
21. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u …
|
Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u kontinwa tal - organu maniġerjali jew amministrattiv u r - reputazzjoni tajba tal - membri tagħhom hija r - responsabbiltà tas - servizzjanti tal - kreditu.
|
|
22. Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom …
|
Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom jinformaw lill - awtorità kompetenti dwar il - ħatra proposta ta’ membri jew, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jinformawha mingħajr dewmien żejjed wara l - ħatra tal - membri.
|
|
23. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal …
|
Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal - organu maniġerjali jew amministrattiv ta’ servizzjant tal - kreditu għal finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li jivvalutaw u jiżguraw l - idoneità tal - organu maniġerjali jew amministrattiv tibqa’ tas - servizzjant tal - kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|