+4 Kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati kollettivi
---+35. L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza …
---+36. Il - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandha tirrifletti l - għarfien …
---+37. L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza …
---+38. Meta jivvalutaw l - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - organu maniġerjali jew …
|
4 Kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati kollettivi
4 Kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati kollettivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
35. L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza …
|
L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza adegwati biex imexxi n - negozju b’mod kompetenti u responsabbli skont l - attivitajiet imwettqa mis - servizzjant tal - kreditu u biex jiżgura l - protezzjoni u t - trattament ġust tal - mutwatarji.
|
|
36. Il - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandha tirrifletti l - għarfien …
|
Il - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandha tirrifletti l - għarfien u l - esperjenza adegwati meħtieġa biex jissodisfa r - responsabbiltajiet kollha tiegħu. Dan jinkludi li l - organu maniġerjali jew amministrattiv kollettivament ikollu fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom il - membri huma kollettivament responsabbli u biex jiżgura li n - negozju jitmexxa b’mod kompetenti u responsabbli.
|
|
37. L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza …
|
L- organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandu jkollu għarfien u esperjenza adegwati fir - rigward tal - aspetti elenkati taħt il - paragrafi 31 sa 33 u barra minn hekk fir - rigward ta’: - a. l - attivitajiet kummerċjali kollha tas - servizzjant tal - kreditu u l - ġestjoni tar - riskji prinċipali relatati miegħu, inkluż id - detezzjoni u l - prevenzjoni tal - frodi fil - kuntest tal - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu;
- b. l - ambjent legali u regolatorju;
- c. il - kontabbiltà finanzjarja u r - rapportar;
- d. il - ġestjoni tar - riskju, il - konformità u l - awditjar intern;
- e. it- teknoloġija tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni (ICT) u r - riskji ta’ sigurtà tal - ICT;
- f. is - swieq lokali u transkonfinali, fejn applikabbli;
- g. il - ħiliet u l - esperjenza maniġerjali; u
- h. l - ippjanar strateġiku.
|
|
38. Meta jivvalutaw l - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - organu maniġerjali jew …
|
Meta jivvalutaw l - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati3 tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jivvalutaw separatament il - korp maniġerjali fil - funzjonijiet maniġerjali u superviżorji tiegħu. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati għandha tipprovdi tqabbil bejn l - għarfien u l - esperjenza adegwati meħtieġa tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, u l - għarfien u l - esperjenza kollettivi attwali tal - organu maniġerjali jew amministrattiv. Il - valutazzjoni jenħtieġ li tkopri l -attiv itajiet kummerċjali kollha tas - servizzjant tal - kreditu u l - aspetti organizzazzjonali materjali kif ukoll il - proċessi sottostanti.
3 Eżempju ta’ metodoloġija possibbli għat - tabelli ta’ valutazzjoni għall - idoneità kollettiva jinsab fl - Anness I tal -Linji Gwida Konġunti tal - EBA u tal - ESMA dwar il - valutazzjoni tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id - Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE, iżda jrid jiġi aġġustat biex ikun relatat mal - mudell tan - negozju ta’ servizzjant tal - kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|