+(vii) Emendi għal - Linja Gwida 8: Linja Gwida settorjali għal relazzjonijiet korrispondenti
---+20. Fil-Linja Gwida 8.6, il - punt d) huwa sostitwit b’dan li ġej: “d) Ir - rispondent iwettaq …
---+21. Fil-Linja Gwida 8.6, jiżdied il - punt li ġej: “h) il - kont IBAN ipprovdut minn CASP …
---+22. Fil-Linja Gwida 8.8, jiżdied il - punt li ġej: “d) Ir - rispondent ma jkunx jista’ jivverifika …
---+23. Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej: “a) Jiġbru …

(vii) Emendi għal - Linja Gwida 8: Linja Gwida settorjali għal relazzjonijiet korrispondenti

(vii) Emendi għal - Linja Gwida 8: Linja Gwida settorjali għal relazzjonijiet korrispondenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
20. Fil-Linja Gwida 8.6, il - punt d) huwa sostitwit b’dan li ġej: “d) Ir - rispondent iwettaq …

Fil-Linja Gwida 8.6, il - punt d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“d) Ir - rispondent iwettaq negozju sinifikanti ma’ setturi li huma assoċjati ma’ livelli ogħla ta’ riskju ta’ ML/TF. Pereżempju, ir - rispondent iwettaq:

  • i. negozju ta’ rimessa sinifikanti;
  • ii. negozju f’isem ċerti entitajiet ta’ mittenti ta’ flus jew skambju ta’ muniti;
  • iii. negozju f’isem jew ma’ fornituri ta’ servizzi tal - kriptoassi, għajr fornitur ta' servizzi tal- kriptoassi (crypto - asset service provider, CASP) rregolati skont ir - Regolament (UE) 2023/11143 , li huma marbuta b’reġim regolatorju u superviżorju tal - AML/CFT li jkun inqas robust mir - reġim previst fid - Direttiva (UE) 2015/849 jew li ma jkunu soġġetti għall - ebda obbligu tal - AML/CFT;
  • iv. negozju sinifikanti f’isem is - CASPs, li għalihom il - mudell ta’ negozju huwa ffukat fuq il - forniment tal - prodotti u s - servizzi deskritti fil -Linja Gwida 21.3(d);
  • v. negozju ma’ persuni mhux residenti; jew
  • vi. negozju f’munita li mhijiex dik tal - pajjiż li fih tkun ibbażata.”

3 Ir - Regolament (UE) 2023/1114 dwar is - swieq fil - kriptoassi, u li jemenda r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d - Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937

21. Fil-Linja Gwida 8.6, jiżdied il - punt li ġej: “h) il - kont IBAN ipprovdut minn CASP …

Fil-Linja Gwida 8.6, jiżdied il - punt li ġej: “h) il - kont IBAN ipprovdut minn CASP rispondent fil - każ li jirċievi fondi f’munita uffiċjali4 mingħand il - klijenti u għandu l - isem u s - sjieda ta’ kumpanija, li mhijiex il - kumpanija tas -CASP rispondenti jew b’xi mod magħruf li hija marbuta mas - CASP rispondent.”


4 L-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2023/1114 jiddefinixxi l- munita uffiċjali bħala munita uffiċjali ta’ pajjiż li tinħareġ minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja oħra.

22. Fil-Linja Gwida 8.8, jiżdied il - punt li ġej: “d) Ir - rispondent ma jkunx jista’ jivverifika …

Fil-Linja Gwida 8.8, jiżdied il - punt li ġej:

“d) Ir - rispondent ma jkunx jista’ jivverifika b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza li l - klijenti tiegħu ma jkunux ibbażati f’ġuriżdizzjonijiet iddikjarati fil - punt a) tal - Linja Gwida 8.8, inkluż permezz tal - verifika tal - indirizzi tal - protokoll tal - internet (I P) tal- klijenti tiegħu jew mezzi oħra, f’ċirkostanzi fejn ikun meħtieġ mill - politiki u l - proċeduri tar - rispondent.”

23. Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej: “a) Jiġbru …

Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“a) Jiġbru informazzjoni suffiċjenti dwar istituzzjoni ta’ rispondent biex jifhmu bis - sħiħ in - natura tan - negozju tar - rispondent, biex jiddeterminaw l - punt sa fejn in - negozju tar - rispondent jesponi lill - korrispondent għal riskju ogħla ta’ ħasil tal - flus. Dan għandu jinkludi t - teħid ta’ passi biex ikun hemm fehim u jiġi vvalutat ir -riskji tan- natura tal -klijentela tar-rispondent, jekk ikun meħtieġ, billi r - rispondent jintalab informazzjoni dwar il - klijenti tiegħu u t - tip ta’ attivitajiet li r - rispondent se jwettaq permezz tal - kont ta’ korrispondenza jew, jekk rilevanti, it - tip ta’ kriptoassi li r - rispondent CASP se jwettaq permezz tal - kont ta’ korrispondenza.”

“c) Jivvalutaw il - kontrolli ta’ AML/CFT tal - istituzzjoni tar - rispondent. Dan jimplika li l - korrispondent għandu jwettaq valutazzjoni kwalitattiva tal - qafas ta’ kontroll ta’ AML/CFT tar- rispondent, mhux biss jikseb kopja tal - politiki u l - proċeduri ta’ AML tar - rispondent. Din il- valutazzjoni għandha tinkludi l - għodod ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet fis - seħħ biex jiġi żgurat li jkunu adegwati għat - tip ta’ negozju mwettaq mir - rispond ent. Din il- valutazzjoni għandha tiġi dokumentata b’mod xieraq. F’konformità mal - approċċ ibbażat fuq ir - riskju, fil - każ li r - riskju hu speċjalment għoli u b’mod partikolari fejn il - volum tat - tranżazzjonijiet bankarji tal- korrispondent ikun sostantiv, il - korrispondent għandu jikkunsidra żjarat fuq il - post u/jew ittestjar ta’ kampjuni biex ikun sodisfatt li l - politiki u l - proċeduri ta’ AML tar - rispondent jiġu implimentati b’mod effettiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.