+(viii) Emendi għal - Linja Gwida 9: Linja Gwida settorjali għall - banek bl - imnut
---+24. Il - Linja Gwida 9.3 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.3. Il - banek għandhom jikkunsidraw il - …
---+25. Il - Linja Gwida 9.16 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.16 Fil - każ li klijent ta’ bank jiftaħ …
---+26. Il - Linja Gwida 9.17 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.17 Fil - każ li bank ikun iddetermina …
---+27. Fil-Linja Gwida 9.18, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “9.18. Madankollu …
---+28. L- intestatura tal -Linji Gwida 9.20 sa 9.24 hija sostitwita b’dan li ġej: “Klijenti li joffru …
---+29. Il -Linji Gwida 9.20 sa 9.23 jitħassru.
---+30. Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin: “9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ …

(viii) Emendi għal - Linja Gwida 9: Linja Gwida settorjali għall - banek bl - imnut

(viii) Emendi għal - Linja Gwida 9: Linja Gwida settorjali għall - banek bl - imnut

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
24. Il - Linja Gwida 9.3 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.3. Il - banek għandhom jikkunsidraw il - …

Il - Linja Gwida 9.3 hija ssostitwit b’dan li ġej:

“9.3. Il - banek għandhom jikkunsidraw il - fatturi tar - riskju u l - miżuri li ġejjin flimkien ma’ dawk stabbiliti fit- Titolu I ta’ dawn il - Linji Gwida. Il - banek li jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġjar tal - ġid għandhom jirreferu wkoll għal - Linja Gwida settorjali 12, is - servizzi ta’ bidu ta’ pagament jew is- servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet għandhom jirreferu wkoll għal -Linja Gwida settorjali 18 u dawk li jipprovdu servizzi tal - kriptoassi għandhom jirreferu għal -Linja Gwida settorjali 21.”

25. Il - Linja Gwida 9.16 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.16 Fil - każ li klijent ta’ bank jiftaħ …

Il - Linja Gwida 9.16 hija ssostitwit b’dan li ġej:

“9.16 Fil - każ li klijent ta’ bank jiftaħ “kont miġbur/omnibus” sabiex jamministra fondi li jappartjenu għall - klijenti proprji tiegħu, il - bank għandu japplika miżuri kompleti ta’ diliġenza dovuta tal - klijenti (CDD), inkluż li jittratta lill -klijenti tal-kl ijent bħala sidien benefiċjarji tal - fondi miżmuma fil - kont miġbur u jivverifika l - identitajiet tagħhom.”

26. Il - Linja Gwida 9.17 hija ssostitwit b’dan li ġej: “9.17 Fil - każ li bank ikun iddetermina …

Il - Linja Gwida 9.17 hija ssostitwit b’dan li ġej:

“9.17 Fil - każ li bank ikun iddetermina, abbażi tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ ML/TF tiegħu mwettqa f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida, li l - livell tar - riskju ta’ ML/TF assoċjat mar -ta’ negozju huwa għoli, għandu japplika l - miżuri ta’ EDD stabbiliti fl - Artikolu 18 tad - Direttiva (UE) 2015/849, kif xieraq.”

27. Fil-Linja Gwida 9.18, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “9.18. Madankollu …

Fil-Linja Gwida 9.18, il - frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“9.18. Madankollu, sa fejn ikun permess mil - leġiżlazzjoni nazzjonali, meta, skont il - valutazzjoni tar- riskju individwali ta’ ML/TF tal - klijent, ir - riskju assoċjat mar - relazzjoni ta’ negozju jkun baxx, bank jista’ japplika miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta (SDD), dment li:”

28. L- intestatura tal -Linji Gwida 9.20 sa 9.24 hija sostitwita b’dan li ġej: “Klijenti li joffru …

L- intestatura tal -Linji Gwida 9.20 sa 9.24 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Klijenti li joffru servizzi relatati ma’ kriptoassi”

29. Il -Linji Gwida 9.20 sa 9.23 jitħassru.

Il -Linji Gwida 9.20 sa 9.23 jitħassru.

30. Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin: “9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ …

Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin:

“9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ klijent li jkun fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, għajr CASP irregolat skont ir - Regolament (UE) 2023/11145 , il - banek jistgħu jkunu esposti għal riskju akbar ta’ ML/TF. Ir - riskju jista’ jitnaqqas f’ċirkostanzi fejn tali fornitur ikun irregolat u ssorveljat taħt qafas regolatorju simili għal dak stabbilit fir - Regolament (UE) 2023/1114 jew fid- Direttiva (UE) 2015/849. Il - banek għandhom iwettqu l - valutazzjoni tar - riskju ta’ ML/TF ta’ dawn il- klijenti qabel ma jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju magħhom. Bħala parti minn dan, il- banek għandhom jikkunsidraw ukoll ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mat - tip speċifiku ta ’ kriptoassi li huma pprovduti jew servuti minn dawn il - fornituri.”

“9.21 Biex jiġi żgurat li l - livell ta’ riskju ta’ ML/TF assoċjat mal -klijenti deskritt fil-Linja Gwida 9.20 jiġi mitigat, il - banek, bħala parti mill - miżuri ta’ CDD tagħhom, għandhom mill - inqas:

  • a) jidħlu fi djalogu mal - klijent biex jifhmu n - natura tan - negozju u r - riskji ta' ML/TF li n- negozju hu espost għalihom;
  • b) minbarra li jivverifikaw l - identità tas - sidien benefiċjarji tal - klijent, iwettqu diliġenza dovuta fuq il- maniġment superjuri sal - punt li jkunu differenti, inkluża l - konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni avversa;
  • c) jifhmu sa fejn dawn il - klijenti japplikaw il - miżuri ta’ CDD proprji tagħhom lill - klijenti tagħhom jew taħt obbligu legali jew fuq bażi volontarja.
  • d) jiddeterminaw jekk il- klijent huwiex irreġistrat jew liċenzjat fi Stat Membru tal - UE/taż - ŻEE jew f’pajjiż mhux tal - UE, u, fil - każ ta’ pajjiż mhux tal - UE, tieħu pożizzjoni dwar l - adegwatezza tar - reġim regolatorju u superviżorju tal -AML/CFT ta’ dak il- pajjiż mhux tal - UE f’konformità mal - Linja Gwida 2.11;
  • e) jiddeterminaw jekk is- servizzi pprovduti mill - klijent jaqgħux fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - reġistrazzjoni jew tal - liċenzja tal - klijent;
  • f) jiddeterminaw jekk il- klijent huwiex qed jipprovdi servizzi għajr dawk li għalihom huwa rreġistrat jew liċenzjat bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja;
  • g) fil- każ li n - negozju tal - klijent jinvolvi l - ħruġ ta’ kriptoassi biex jinġabru fondi, bħal Offerti Inizjali tal - Muniti, il - banek għandhom jiddeterminaw jekk tali negozju jitwettaqx f’konformità mar - rekwiżiti legali eżistenti u, fejn applikabbli, jekk huwiex irregolat għall -finijiet tal- AML/CFT skont standards miftiehma internazzjonalment, bħal standards ippubblikati mit - Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.”

5 Ir - Regolament (UE) 2023/1114 dwar is - swieq fil - kriptoassi, u li jemenda r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d - Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.