+1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali
---+17. F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ …
---+18. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn …
---+19. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni …
---+20. Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment …
---+21. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - …
---+22. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif …
---+23. Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …
---+24. Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …
---+25. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …
---+26. Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - …
|
1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali
1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
17. F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ …
|
F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ emittent tal- ARTs irid jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall - implimentazzjoni ta’ arranġamenti ta’ governanza tajba li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tal-emittent u l-interess tad-detenturi tal- ART inkluża s - segregazzjoni tad -dmirijiet u l- identifikazzjoni, il - prevenzjoni u l - ġestjoni tal - kunflitti ta’ interess fi ħdan l -emittent tal- ARTs f’konformità mal -Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
18. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn …
|
Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn applikabbli, bejn id -dmirijiet tal- funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) u dik superviżorja (mhux eżekuttiva). Ir - responsabbiltajiet u d -dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom jiġu deskritti f’dokument bil - miktub u debitament approvat mill - korp maniġerjali. Il - membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu kompletament konxji mill -istruttura u mir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali, u mit - tqassim tal - kompiti bejn i l- funzjonijiet differenti tal - korp maniġerjali.
|
|
19. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni …
|
Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jinteraġixxi b’mod effettiv. Iż - żewġ funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lil xulxin sabiex ikunu jistgħu jwettqu r -rwoli r ispettivi tagħhom. Sabiex ikun hemm kontrokontrolli xierqa stabbiliti, it - teħid tad - deċiżjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali ma għandux ikun iddominat minn membru uniku jew minn subsett żgħir tal - membri tiegħu.
|
|
20. Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment …
|
Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment, l - approvazzjoni u s - sorveljanza tal - implimentazzjoni ta’: - a. l- istrateġija kummerċjali ġenerali u l - politiki ewlenin tal - emittent fi ħdan il - qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l - interessi finanzjarji fit -tul tal-emittent u s- solvenza u l -interess tad-detenturi tal-ARTs.
- b. il- politiki meħtieġa skont l - Artikolu 34(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114; tali politiki għandhom ikunu konsistenti mal - predispożizzjoni għar -riskju u t- tolleranza tal - emittent u l- karatteristiċi, il - ħtiġijiet tal -klijenti tal-emittent tal- ARTs li lilhom se jiġu offruti u d- detenturi prospettivi tagħhom;
- c. l- organizzazzjoni tal - emittent għall - ħruġ ta’ ARTs li jispeċifikaw il - ħiliet, l - għarfien u l - kompetenza meħtieġa mill - persunal u r - riżorsi meħtieġa;
- d. l- istrateġija ġenerali tar - riskju, il - predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent u l- qafas tal - ġestjoni tar - riskju tiegħu, inklużi politiki u proċeduri adegwati, b’kont meħud tal - ambjent makroekonomiku u ċ - ċiklu tal - kummerċ, u l - ispeċifikazzjoni tal - involvi ment tal- korp maniġerjali fi kwistjonijiet ta’ ġestjoni tar -riskju;
- e. qafas ta’ kontroll intern adegwat u effettiv inkluż qafas ta’ ġestjoni tar -riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiffunzjonaw tajjeb biex tiġi żgurata l - konformità mar - rekwiżiti regolatorji applikabbli inkluż fir - rigward tal - ġestjoni tar - riżerva ta’ a ssi;
- f. politika ta’ remunerazzjoni għall - emittenti ta’ ARTs sinifikanti li hija konformi mal - Artikolu 45(1) tar - Regolament (UE) 2023/11146 ;
- g. il- politiki u l - proċeduri għall - identifikazzjoni, il - prevenzjoni, il - ġestjoni u d - divulgazzjoni tal- kunflitti ta’ interess, f’konformità mal -Artikolu 32 tar- Regolament (UE) 2023/11147 ;
- h. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l - valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal - idoneità tal - korp maniġerjali jitwettqu b’mod effettiv, li l - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali hija xierqa, u li l - korp maniġerjali jaqdi l - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv;
- i. kultura tar- riskju f’konformità mat - Titolu IV Taqsima 7 li tindirizza l - għarfien tar -riskju u l- imġiba tat - teħid tar -riskji tal-emittent tal-ARTs;
- j. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat - Titolu IV Taqsima 8, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
- k. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l - integrità tas - sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l - konformità mal - liġi u ma’ standards rilevanti.
6 Ara l-RTS dwar il-kontenut minimu tal- arranġamenti ta’ governanza dwar il - politika ta’ remunerazzjoni għall -emittenti ta’ ARTs sinifikanti skont l - Artikolu 45(7)(a) tar - Regolament (UE) 2023/1114. 7 Ara l-RTS dwar il- kunflitt ta’ interessi skont l -Artikolu 32(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
21. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - …
|
Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - paragrafu 20, il- korp maniġerjali għandu jiżgura li l - mudell ta’ kummerċ u l - arranġamenti ta’ governanza jqisu r- riskji kollha li l -emittent tal- ARTs huwa jew jista’ jkun espost għalihom u r - riskji li joħolqu jew jistgħu joħolqu għal oħrajn u għall - ambjent. Għal dak l- għan, l -emittenti tal- ARTs jenħtieġ li jqisu wkoll il - fatturi ta’ riskju rilevanti kollha, inklużi l - fatturi ta’ riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u jqisu l - impatti klimatiċi u impatti ambjentali oħra kkawżati mill -konsum tal-enerġija tal - mekkaniżmi ta’ kunsens u ta’ validazzjoni użati. Riskji oħrajn tal - ESG li għandhom jiġu meqjusa jinkludu riskji legali fil - qasam tal - liġi kuntrattwali jew tax - xogħol, riskji relatati ma’ ksur potenzjali tad -drittijiet tal- bniedem jew fatturi oħra ta’ riskju tal - ESG li jistgħu jaffettwaw lill- pajjiż fejn ikun jinsab fornitur ta’ servizz u l - kapaċità tiegħu li jipprovdi l - livelli ta’ servizz miftiehma.
|
|
22. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif …
|
Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif awtorizzat mill-Artikolu 30 tar- Regolament (UE) 2023/1114, u l - komunikazzjonijiet mal - partijiet ikkonċernati esterni u l - awtoritajiet kompetenti.
|
|
23. Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …
|
Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is - sitwazzjoni finanzjarja u ta’ riskju tal - emittent, filwaqt li jitqies l - ambjent ekonomiku u ċ - ċiklu kummerċjali, kif ukoll dwar deċiżjonijiet li jittieħdu li għandhom impatt kbir fuq il - ħruġ tal -ARTs jew attivitajiet materjali kummerċjali oħra.
|
|
24. Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …
|
Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif imsemmi fit-Titolu V, dment li l - membru ma jkollux mandati oħra li jikkompromettu l - attivitajiet ta’ kontroll intern tal -membru u l- indipendenza tal - funzjoni ta’ kontroll intern.
|
|
25. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …
|
Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe nuqqas identifikat fir - rigward tal - implimentazzjoni tal - proċessi, tal - istrateġiji u tal - politiki relatati mar- responsabbiltajiet elenkati f’din it - taqsima. Il - qafas ta’ governanza u l - implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi perjodika, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal - proporzjonalità, kif spjegat aktar fit -Titolu I. Għandu jsir rieżami aktar fil - fond fil- każ ta’ tibdil materjali li jaffettwa l -emittent tal-ARTs.
|
|
26. Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - …
|
Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - regoli kostituttivi tagħhom u l - liġijiet nazzjonali, ir - referenzi f’dawn il - linji gwida għal korp maniġerjali għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall - persuna unika li hija responsabbli mill - implimentazzjoni ta’ arranġamenti alternattivi biex tiġi żgurata l - ġestjoni soda u prudenti ta’ tali emittent u l- kunsiderazzjoni adegwata tal - arranġamenti ta’ governanza interna.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|