+4.4. Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mat - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 u 14 tar- Regolament (UE) 2023/1113
---+32. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm: a) ikunu …
---+33. Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP …
---+34. Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - …
---+35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …
---+36. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej: a) Għall - …
---+37. L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li …
---+38. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali …
---+39. It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti …
---+40. Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - …
---+41. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - …
|
4.4. Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mat - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 u 14 tar- Regolament (UE) 2023/1113
Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
32. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm: a) ikunu …
|
Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm: - a) ikunu mitluba jagħmlu dan mill - IPSP, mill - PSP tal - prenditur, mill - ICASP jew mis - CASP tal- benefiċjarju, jekk l - IPSP, il - PSP tal - prenditur, l - ICASP jew is - CASP benefiċjarju jikkunsidra li xi informazzjoni skont l - Artikoli 7, 11, 19 jew 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113 hija nieqsa; jew
- b) b’segwitu għat - trasferiment, il - PSP tal - pagatur jew is - CASP tal - oriġinatur jidentifika żball fl - informazzjoni li jkun bagħat biex jikkonforma mal - Artikoli 4 u 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113.
|
|
33. Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP …
|
Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP tal - pagatur jew il- CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jinforma lill - PSP u s - CASP li jmiss fil -katina tat- trasferiment u jippreżenta l - informazzjoni korretta. Il - PSP u s - CASP li jmiss fil -katina tat- trasferiment imbagħad jenħtieġ li jwettqu, għal darb’oħra, il - kompiti meħtieġa biex jidentifikaw l - informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta. 4.4.1. Provvediment tan - numru tal - kont ta’ pagament tal - pagatur f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113, u tal - prenditur (l - Artikolu 4(2), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113) Trasferiment ta’ fondi
|
|
34. Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - …
|
Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - kont tal - pagament. Meta t - trasferiment tal - fondi jsir bl - użu ta’ kard ta’ pagament, in - numru ta’ dik il - kard (in - Numru tal - Kont Primarju (PAN)) jista’ jieħu l - post tan -n umru tal - kont ta’ pagament, bil - kundizzjoni li dak in - numru jippermetti li t - trasferiment ta’ fondi jiġi traċċat lura lill - pagatur jew lill- prenditur. 4.4.2. Provvediment tal - isem tal - pagatur, tal - prenditur, tal - oriġinatur u tal - benefiċjarju rispettivament f’konformità mal - Artikoli 4(1), il - punt (a), 4(2), il - punt (a), 14(1), il - punt (a), u 14(2), il - punt (a), tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
|
|
35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …
|
Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: - a) Għall - persuni fiżiċi, l - ismijiet sħaħ u l - kunjomijiet tal - konsumatur kif jidhru fid - dokument tal - identità tal - klijent, jew fl - identifikazzjoni elettronika li tikkonforma mal - istandards fl - Artikolu 13 tad - Direttiva (UE) 2015/849, jew, jekk ma tkunx disponibbli għal raġuni leġittima, dokumentazzjoni f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar politiki u kontrolli għall - ġestjoni effettiva tar -riskji tal- ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) meta jiġi pprovdut aċċess għas - servizzi finanzjarji8 . Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- ismijiet u l - kunjomijiet tal - konsumatur, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi l - isem u l - aħħar kunjom.
- b) Għall - persuni ġuridiċi, l - isem li taħtu hija rreġistrata l - persuna ġuridika. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- isem legali rreġistrat sħiħ, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażm etti l- isem kummerċjali. L - ismijiet kummerċjali użati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu traċċati lura b’mod inekwivoku għall - persuna ġuridika u jaqblu ma’ kwalunkwe tali ismijiet irreġistrati fir - reġistri uffiċjali.
- c) Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, l - ismijiet tad -detenturi kollha tal - kont, l - indirizz jew il - kartiera. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal - ismijiet kollha tal - partijiet kollha għat - trasferiment, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażmetti l - isem tad - detentur tal- kont, l - indirizz jew il - kartiera li jkun qed jagħti bidu għat - trasferiment, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, il - kont primarju, l - indirizz jew id -detentur tal-kartiera.
4.4.3. Provvediment tal - indirizz tal - pagatur u tal - oriġinatur inkluż l - isem tal - pajjiż, in - numru tad- dokument personali uffiċjali, u n - numru ta’ identifikazzjoni tal - konsumatur jew, alternattivament, id - data u l - post tat - twelid tal -pagatur f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (c), u 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
8 EBA/GL/2023/04.
|
|
36. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej: a) Għall - …
|
Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej: - a) Għall - persuni fiżiċi, il - post tar - residenza tas - soltu tal - pagatur jew tal - oriġinatur jew, fejn ma jkun hemm l - ebda indirizz residenzjali fiss, l - indirizz postali li fih il - persuna fiżika tista’ tiġi kkuntattjata. Fil - każ ta’ persuna vulnerabbli, kif imsemmi fil - paragrafu 19 (b) tal-Linji Gwida tal- EBA dwar politiki u kontrolli għall - ġestjoni effettiva tar -riskji tal- ħasil tal- flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) meta jiġi pprovdut aċċess għal servizzi finanzjarji, li ma tistax tkun raġonevolment mistennija li tipprovdi indirizz fir -rigward tal- post ta’ residenza tas - soltu tagħha, il - PSP jew is - CASP jistgħu jużaw indirizz li jiġi pprovdut f’dokumentazzjoni alternattiva kif imsemmi fil - paragrafu 19(b) tal -Linji Gwida ta’ hawn fuq fejn tali dokumentazzjoni jkun fiha indirizz u fejn l - użu tagħha jkun permess skont il - liġi nazzjonali tal - pagatur.
- b) Għall - persuni ġuridiċi, l - indirizz tal - uffiċċju rreġistrat jew uffiċjali tal - pagatur jew tal - oriġinatur.
|
|
37. L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li …
|
L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li ġejja: l - isem sħiħ tal- pajjiż jew l - abbrevjazzjoni f’konformità mal - Istandard Internazzjonali għall - kodiċijiet tal - pajjiżi (ISO 3166) (alpha - 2 jew alpha - 3), il - kodiċi postali, il - belt, l -istat u l- provinċja u l - muniċipalità, l - isem tat - triq, in - numru tal - bini jew l - isem tal - bini.
|
|
38. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali …
|
Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali kif speċifikat fil - paragrafu 37. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 25(a), kwalunkwe alternattiva għall - indirizzi postali, inklużi n - numri tal - kaxxi postali u l - indirizzi virtwali, jenħtieġ li ma tiġix ikkunsidrata li tissodisfa r - rekwiżiti skont l - Artikolu 4(1), il - punt (c), u l - Artikolu 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113.
|
|
39. It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti …
|
It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (c), u 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li ma tkunx ibbażata biss fuq id - disponibbiltà iżda wkoll fuq is -se tt ta’ informazzjoni li tipprevedi bl - aħjar mod identifikazzjoni mhux ambigwa tal - pagatur jew tal - oriġinatur.
|
|
40. Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - …
|
Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - informazzjoni tad - detenturi kollha tal - kont, l - indirizz jew il - kartiera. Meta t - trażmissjoni tal - informazzjoni rispettiva tal - partijiet kollha ma tkunx tista’ sseħħ minħabba limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24, il - PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażmettu l - informazzjoni tad -detentur tal- kont, l - indirizz jew il - kartiera li jagħti bidu għat - trasferiment, jew, alternattivament, dik tal - kont primarju, l - indirizz jew id -detentur tal-kartiera. 4.4.4. Provvediment ta’ identifikatur ekwivalenti għal - LEI tal - pagatur, tal - prenditur, tal - oriġinatur u tal - benefiċjarju f’konformità mal - Artikoli 4(1), il - punt (d), 4(2), il -punt (c), 14(1), il - punt (e), u 14(2), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
|
|
41. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - …
|
Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - identifikaturi uffiċjali bħala ekwivalenti għal LEI li: - a) huma kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku li huwa uniku għall - entità ġuridika;
- b) jiġu ppubblikati f’reġistri pubbliċi;
- c) jinħarġu mal - formazzjoni ta’ entità minn awtorità pubblika fil - ġuriżdizzjoni li fiha tkun ibbażata l - entità ġuridika;
- d) jippermettu l - identifikazzjoni tal - elementi tal- isem u l - indirizz; u
- e) jkunu akkumpanjati minn deskrizzjoni tat - tip ta’ identifikatur użat fis - sistema ta’ messaġġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|