+4.5. Obbligi fuq il - PSP tal - pagatur, il - PSP tal - prenditur u l - IPSP meta trasferiment ikun debitu dirett
---+91. Meta trasferiment ta’ fondi jkun debitu dirett, il - PSP tal - prenditur jenħtieġ li jibgħat l …
---+92. Għall - finijiet tal - paragrafu 91: a) l- obbligi stabbiliti fl - Artikoli 4, 5 u 6 tar - …
---+93. Meta l - PSP tal - pagatur isir jaf, meta jirċievi l - ġbir tad - debitu dirett, li l - …
---+94. Il- PSP tal - pagatur jenħtieġ li jingrana l - mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli biex …

4.5. Obbligi fuq il - PSP tal - pagatur, il - PSP tal - prenditur u l - IPSP meta trasferiment ikun debitu dirett

Trasferiment ta’ fondi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
91. Meta trasferiment ta’ fondi jkun debitu dirett, il - PSP tal - prenditur jenħtieġ li jibgħat l …

Meta trasferiment ta’ fondi jkun debitu dirett, il - PSP tal - prenditur jenħtieġ li jibgħat l - informazzjoni meħtieġa dwar il - pagatur u dwar il - benefiċjarju lill - PSP tal - pagatur bħala parti mill - ġbir tad - debitu dirett. Malli jirċievu din l - informazzjoni mill - PSP tal - pagatur, il - PSP tal - prenditur u l - IPSP jenħtieġ li jikkunsidraw r - rekwiżiti ta’ informazzjoni fl - Artikolu 4, il - punti (2) u (4), u l - Artikolu 5, il - punti (1) u (2), tar - Regolament (UE) 2023/1113 bħala ssodisfati.

92. Għall - finijiet tal - paragrafu 91: a) l- obbligi stabbiliti fl - Artikoli 4, 5 u 6 tar - …

Għall - finijiet tal - paragrafu 91:

  • a) l- obbligi stabbiliti fl - Artikoli 4, 5 u 6 tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li jiġu applikati għall - PSP tal - prenditur;
  • b) il- verifika fl - Artikolu 4(4) tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li titwettaq mill - PSP tal- prenditur fir -rigward tal- informazzjoni tal - prenditur, qabel ma tintbagħat it - talba għall - ġbir tad - debitu dirett;
  • c) l- obbligi stabbiliti fl - Artikoli 7, 8 u 9 tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li jiġu applikati għall - PSP tal - pagatur (il - PSP tad - debitur);
  • d) il- verifika fl - Artikolu 7(3) u (4) tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li titwettaq mill - PSP tal - pagatur (il - PSP tad - debitur) fuq l - informazzjoni tal - pagatur qabel ma jiġi ddebitat il - kont tal - pagatur.
93. Meta l - PSP tal - pagatur isir jaf, meta jirċievi l - ġbir tad - debitu dirett, li l - …

Meta l - PSP tal - pagatur isir jaf, meta jirċievi l - ġbir tad - debitu dirett, li l - informazzjoni msemmija fl - Artikoli 4, 5 u 6 tar - Regolament (UE) 2023/1113 tkun nieqsa jew mhux kompleta jew ma tkunx imtliet bl - użu ta’ karattri jew elementi ammissibbli f’konformità mal - konvenzjonijiet tas - sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u ta’ saldu kif imsemmi fl - Artikolu 7(1) ta’ dak ir - Regolament, l - opzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 8(1), it - tieni subparagrafu, ta’ dak ir - Regolament jenħtieġ li jiġu applikati mill - PSP tal- pagatur. Il - PSP tal - pagatur jenħtieġ li jagħżel li jitlob l - informazzjoni meħtieġa dwar il - pagatur u l - prenditur qabel jew wara li jiddebita l - kont tal - pagatur, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju. B’mod partikolari, jenħtieġ li jivvaluta jekk huwiex meħtieġ li l - pagament xorta waħda jiġi kkreditat meta l - informazzjoni tkun nieqsa jew jekk il- fondi għandhomx ikunu disponibbli għall - prenditur abbażi tal - informazzjoni miksuba mill - pagatur u vverifikata bħala parti mill - proċess ta’ diliġenza dovuta t al- konsumatur, f’konformità mat - Taqsima 4.4.

94. Il- PSP tal - pagatur jenħtieġ li jingrana l - mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli biex …

Il- PSP tal - pagatur jenħtieġ li jingrana l - mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli biex jimpenja lilu nnifsu ma’ kwalunkwe PSP tal - prenditur li ripetutament jonqos qabel ma jieħu azzjonijiet ulterjuri biex jirrestrinġi jew jirrifjuta l - pagamenti. Meta l - PSP jiddependu fuq informazzjoni miksuba qabel it - tranżazzjonijiet, il - politiki u l - proċeduri tagħhom jenħtieġ li jikkunsidraw il - bidliet possibbli fl - informazzjoni matul iż - żmien, b’mod partikolari billi jinkludu l - isem u l - indirizz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.