+5.2 Strateġiji u mudelli ta’ negozju
---+47. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw u jimplimentaw l - …
---+48. Għall - finijiet tal - paragrafu 47 u bil - ħsieb li jiġu żgurati strateġiji infurmati …
---+49. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fehim komprensiv tal - mudell tan - negozju, l - objettivi …
|
5.2 Strateġiji u mudelli ta’ negozju
5.2 Strateġiji u mudelli ta’ negozju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
47. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw u jimplimentaw l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw u jimplimentaw l - istrateġiji ġenerali tan - negozju u tar - riskju tagħhom, li għandhom jinkludu mill - inqas: - a) jifhmu u jivvalutaw l - ambjent tan - negozju li fih joperaw, u kif huma esposti għal bidliet strutturali fl - ekonomija, fis - sistema finanzjarja, u fix - xenarju kompetittiv fuq terminu qasir, medju u fit - tul bħala riżultat tal - fatturi tal - ESG;
- b) jifhmu u jivvalutaw kif ir - riskji tal - ESG, b’mod partikolari il - motivaturi tar - riskji ambjentali inklużi r - riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi, jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il - vijabbiltà tal - mudell kummerċjali tagħhom u s - sostenibbiltà tal - istrateġija kummerċjali tagħhom, inklużi l - profittabbiltà u s - sorsi tad - dħul, fuq terminu qasir, medju u fit - tul;
- c) jikkunsidraw kif dawn ir - riskji tal - ESG, b’mod partikolari motivaturi tar - riskji ambjentali inklużi riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi, jistgħu jaffettwaw il - kapaċità tagħhom li jiksbu l - objettivi strateġiċi tagħhom u jibqgħu fi ħdan l - aptit għar - riskju tagħhom;
- d) jifformulaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw pjanijiet u miri kif stabbiliti fit - Taqsima 6.
|
|
48. Għall - finijiet tal - paragrafu 47 u bil - ħsieb li jiġu żgurati strateġiji infurmati …
|
Għall - finijiet tal - paragrafu 47 u bil - ħsieb li jiġu żgurati strateġiji infurmati biżżejjed, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - għarfien miksub minn taħlita ta’ metodi ta’ valutazzjoni tar - riskju li jħarsu ’l quddiem, inkluż: - a) metodoloġiji ta’ allinjament tal - portafoll, kif deskritti fit - Taqsima 4.2;
- b) analiżi tax - xenarju tar - riskji ambjentali, b’kunsiderazzjoni tal - ambjent(i) tan - negozju (potenzjali) li fihom jistgħu jkunu qed joperaw fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u fit - tul, inkluż perjodu ta’ żmien ta’ mill - inqas 10 snin;
- c) testijiet tal - istress klimatiku jew ambjentali mwettqa mill - istituzzjoni.
|
|
49. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fehim komprensiv tal - mudell tan - negozju, l - objettivi …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fehim komprensiv tal - mudell tan - negozju, l - objettivi strateġiċi u l - istrateġija tar - riskju tagħhom minn perspettiva tar - riskji tal - ESG u għandhom jiżguraw li l - governanza, il - proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni u l - qafas tal - immaniġġjar tar - riskju tagħhom, inkluż l - aptit għar - riskju, ikunu adegwati biex jimplimentawhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|