+4.1. Għan
---+14. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet …
---+15. Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop …
---+16. Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li …
---+17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - …
|
4.1. Għan
4.1. Għan
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċi li jħarsu ’l quddiem u jwettqu analiżijiet tax - xenarji biex jimmaniġġjaw ir - riskji ambjentali u jinfurmaw id - deċiżjonijiet strateġiċi. B’mod iktar speċifiku: - a. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżi tax - xenarji għall - finijiet tal - identifikazzjoni tar - riskji u tal -opportunitajiet tan- negozju, tal - valutazzjoni tal -vulnerabbiltajiet tal-portafolli tagħhom għar - riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni, u tal - ittestjar tar - reżiljenza tagħhom għall - impatti negattivi potenzjali ta’ fatturi ambjentali, billi jibdew bit - tibdil fil - klima.
- b. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżi tax - xenarju biex jappoġġaw l- iżvilupp tal - proċess tagħhom ta’ ppjanar tal - istrateġija u tat - tranżizzjoni kif stabbilit fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji tal -ESG u jikkontestaw il - mudell kummerċjali tagħhom f’termini ta’ reżiljenza għall - fatturi ambjentali, inkluż għall - perjodu fit -tul.
- c. L- istituzzjonijiet jistgħu jużaw ukoll analiżi tax - xenarji biex iqajmu sensibilizzazzjoni u jappoġġaw l - inkorporazzjoni ta’ riskji ambjentali fil - kultura korporattiva tagħhom.
|
|
15. Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop …
|
Meta jwettqu analiżi tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw ċarezza fl - iskop, l - aspettattivi u l - limitazzjonijiet tal - analiżi.
|
|
16. Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li …
|
Mill- bidu nett, l - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu narrattiva kredibbli u koerenti li tiddeskrivi l - viżjoni tagħhom tal - evoluzzjoni l - aktar probabbli tal -ambjent tan- negozju li joperaw fih. Din in - narrattiva għandha sservi bħala pedament tax - xenarju ta’ referenza tal - istituzzjoni kif imsemmi fit - Taqsima 4.2. Għandha tiġi approvata mill - maniġment superjuri u tintuża b’mod konsistenti (jiġifieri filwaqt li titqies l - istess narrattiva) fl - organizzazzjoni kollha.
|
|
17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw analiżi tax - xenarji gradwalment, bl - għan li jinkluduha fil - qafas ta’ ġestjoni kollu tagħhom (jiġifieri l - istrateġija, il - governanza, il - ġestjoni tar - riskju u l - operazzjonijiet). Meta jużaw analiżi tax - xenarji biex jittestjaw ir - reżiljenza għal impatti negattivi potenzjali ta’ fatturi ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw iż - żewġ għodod komplementari li ġejjin f’konformità mat - Taqsima 5: - a. It- test tal - istress li jista’ jgħin lill - istituzzjonijiet jivvalutaw ir - reżiljenza finanzjarja tagħhom (kemm tal - kapital kif ukoll tal - likwidità) għal xokkijiet ambjentali fuq terminu qasir.
- b. L- analiżi tar - reżiljenza li għandha tgħin lill - istituzzjonijiet jivvalutaw u, fejn meħtieġ, jadattaw il -mudell tan- negozju tagħhom biex jiżguraw ir - reżiljenza tagħhom fid -dawl ta’ bidliet ambjentali fuq terminu medju sa twil.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|