+54. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data …
|
54. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data …
Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u jistgħu jinkludu dashboards jew indikaturi tal-EBA. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu mill-inqas l-indikaturi speċifiċi għall-istituzzjoni li ġejjin: - a. indikaturi relatati mal-analiżi tal-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni (ara t-Titolu 4), il-governanza interna u l-kontrolli (ara t-Titolu 5), ir-riskji għall-kapital (ara t-Titolu 6) u r-riskji għal-likwidità u l-finanzjament (ara t-Titolu 8); indikaturi għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (ara t-Titolu 7) u indikaturi dedotti mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554;
- b. il-proporzjonijiet kollha derivati mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 575/2013 u mil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/36/UE għall-kalkolu tar-rekwiżiti prudenzjali minimi (eż. kapital tal-Grad 1 - CET1, proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità - LCR, proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett - NSFR, Proporzjon ta’ ingranaġġ);
- c. ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) kif speċifikat mid-Direttiva 2014/59/UE;
- d. indikaturi rilevanti bbażati fuq is-suq (eż. prezz tal-ekwità, firxiet ta’ swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS), firxiet ta’ bonds);
- e. fejn applikabbli15 , u b’mod partikolari fil-każ ta’ avvenimenti idjosinkratiċi jew sistemiċi, indikaturi ta’ rkupru użati fil-pjanijiet ta’ rkupru tal-istituzzjoni stess;
- f. fejn disponibbli, indikaturi bbażati fuq informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva minn rapportar ipprovdut lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jindikaw riskju ta’ ML/TF.
15 Jekk ma ssirx rinunzja fil-kuntest ta’ obbligi simplifikati kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|