+3. Titolu 3. Monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin
---+50. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw regolarment l-indikaturi finanzjarji u mhux …
---+51. Skont il-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+52. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ monitoraġġ biex jidentifikaw …
---+53. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s-sistemi ta’ monitoraġġ, u l-proċeduri ta’ …
---+54. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data …
---+55. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għall-istituzzjoni …

3. Titolu 3. Monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin

3. Titolu 3. Monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
50. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw regolarment l-indikaturi finanzjarji u mhux …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw regolarment l-indikaturi finanzjarji u mhux finanzjarji ewlenin biex josservaw il-bidliet fil-kundizzjonijiet finanzjarji u operazzjonali, u l-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet. Meta l-monitoraġġ jiżvela bidla materjali fil-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni, jew kwalunkwe anomalija fl-indikaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw il-kawżi, u, fejn rilevanti, jirrevedu l-valutazzjoni tal-element rilevanti tal-SREP, inkluż il-punteġġ tar-riskju kif rilevanti, biex tiġi inkluża l-informazzjoni ġdida. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġornaw l-indikaturi u l-għodod ta’ monitoraġġ tagħhom biex jiżguraw li dawn jibqgħu rilevanti u effettivi.

51. Skont il-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Skont il-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw indikaturi ewlenin finanzjarji u mhux finanzjarji tal-inqas kull trimestru għall-istituzzjonijiet kollha u jistabbilixxu monitoraġġ aktar frekwenti biex jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ istituzzjoni jew ir-riskji u x-xejriet emerġenti, skont id-disponibbiltà tad-data (eż. data tas-suq).

52. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ monitoraġġ biex jidentifikaw …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ monitoraġġ biex jidentifikaw xejriet, bidliet materjali u anomaliji fl-imġiba tal-indikaturi (jew kombinazzjonijiet ta’ indikaturi), pereżempju billi jistabbilixxu twissijiet ibbażati fuq limiti ta’ materjalità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ eskalazzjoni biex jindirizzaw l-anomaliji. L-identifikazzjoni ta’ bidliet materjali jew anomaliji fl-indikaturi, speċjalment fil-każijiet fejn il-bidliet huma iżolati mill-prestazzjoni tal-grupp bejn il-pari, għandha tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet kompetenti bħala impetu għal aktar investigazzjoni.

53. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s-sistemi ta’ monitoraġġ, u l-proċeduri ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s-sistemi ta’ monitoraġġ, u l-proċeduri ta’ eskalazzjoni f’każ ta’ anomaliji, biex jirriflettu d-daqs, il-kumplessità, il-mudell tan-negozju u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, filwaqt li jiffokaw fuq il-ġeografiji, is-setturi u s-swieq fejn topera l-istituzzjoni.

54. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data …

Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq informazzjoni u data rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u jistgħu jinkludu dashboards jew indikaturi tal-EBA. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu mill-inqas l-indikaturi speċifiċi għall-istituzzjoni li ġejjin:

  • a. indikaturi relatati mal-analiżi tal-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni (ara t-Titolu 4), il-governanza interna u l-kontrolli (ara t-Titolu 5), ir-riskji għall-kapital (ara t-Titolu 6) u r-riskji għal-likwidità u l-finanzjament (ara t-Titolu 8); indikaturi għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (ara t-Titolu 7) u indikaturi dedotti mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554;
  • b. il-proporzjonijiet kollha derivati mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 575/2013 u mil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/36/UE għall-kalkolu tar-rekwiżiti prudenzjali minimi (eż. kapital tal-Grad 1 - CET1, proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità - LCR, proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett - NSFR, Proporzjon ta’ ingranaġġ);
  • c. ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) kif speċifikat mid-Direttiva 2014/59/UE;
  • d. indikaturi rilevanti bbażati fuq is-suq (eż. prezz tal-ekwità, firxiet ta’ swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS), firxiet ta’ bonds);
  • e. fejn applikabbli15 , u b’mod partikolari fil-każ ta’ avvenimenti idjosinkratiċi jew sistemiċi, indikaturi ta’ rkupru użati fil-pjanijiet ta’ rkupru tal-istituzzjoni stess;
  • f. fejn disponibbli, indikaturi bbażati fuq informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva minn rapportar ipprovdut lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jindikaw riskju ta’ ML/TF.

15 Jekk ma ssirx rinunzja fil-kuntest ta’ obbligi simplifikati kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).

55. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għall-istituzzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għall-istituzzjoni b’indikaturi makroekonomiċi rilevanti, fejn disponibbli, fil-ġeografiji, is-setturi u s-swieq li l-istituzzjoni topera fihom. Huma għandhom jikkunsidraw ukoll ir-riċerka u l-analiżi indipendenti rilevanti tas-suq, inklużi rapporti dwar ix-xenarju tat-theddid, fejn dawn ikunu disponibbli, bħala sors informattiv ta’ perspettivi alternattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.