+72. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri …

72. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

Tabella 3. Lista potenzjali u mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li jirriżultaw mill-BMA

Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. taġġusta l-pjan finanzjarju preżunt fl-istrateġija, jekk ma jkunx appoġġat mill-ippjanar tal-kapital intern jew suppożizzjonijiet kredibbli; B. tagħmel bidliet fl-istrutturi organizzazzjonali, tirrinforza l-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet ta’ kontroll u arranġamenti biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell jew l-istrateġija tan-negozju; C. tagħmel bidliet u tirrinforza s-sistemi tal-IT biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell jew l-istrateġija tan-negozju. D. tagħmel bidliet fil-mudell jew -istrateġija tan-negozju; E. tnaqqas ir-riskju inerenti fil-prodotti li toriġina/tidistribwixxi, inkluż billi tirrikjedi bidliet fir-riskji inerenti f’ċerti offerti ta’ prodotti; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-prodotti; F. tnaqqas ir-riskju inerenti fis-sistemi tagħha, inkluż billi tirrikjedi titjib fis-sistemi, jew billi żżid il-livell ta’ investiment jew tħaffef l-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi; G. tnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet tagħha, inklużi l-attivitajiet esternalizzati, u tirrikjedi bidliet f’ċerti attivitajiet jew it-tnaqqis tagħhom biex jitnaqqas ir-riskju inerenti tagħhom; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll u fis-sorveljanza tal-attivitajiet esternalizzati; H. tnaqqas ir-riskji tal-ESG, b’mod partikolari r-riskji ambjentali, permezz ta’ aġġustamenti fl-istrateġija tan-negozju tagħha, li għalihom jista’ jintalab rinfurzar tal-miri, miżuri u azzjonijiet inklużi fil-pjan tal-istituzzjoni li għandu jitħejja f’konformità mal-Artikolu 76(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.