+4.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
---+70. Abbażi tal-valutazzjoni tal-vijabbiltà u tas-sostenibbiltà, u ta’ kwalunkwe riskju u …
---+71. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li …
---+72. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri …

4.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

4.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
70. Abbażi tal-valutazzjoni tal-vijabbiltà u tas-sostenibbiltà, u ta’ kwalunkwe riskju u …

Abbażi tal-valutazzjoni tal-vijabbiltà u tas-sostenibbiltà, u ta’ kwalunkwe riskju u vulnerabbiltà potenzjali għall-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju tas-sejbiet, akkumpanjat minn punteġġ ta’ vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 2. Tabella 2. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat punteġġ tal-mudell tan-negozju

Punt Perspettiva Kunsiderazzjonijiet eġġ superviżorja

1 Il-mudell tan-negozju u l-istrateġija joħolqu livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.     L-istituzzjoni għandha pożizzjoni kompetittiva b’saħħitha fis-swieq magħżulin tagħha u strateġija li probabbli ssaħħaħha. L-istituzzjoni tiġġenera redditi b’saħħithom u stabbli li huma proporzjonati għar-riskju li tieħu, meta jitqies l-aptit għar-riskju u l-istruttura tal-finanzjament tagħha u li ma humiex xprunati minn teħid ta’ riskju eċċessiv, jew dipendenza fuq strateġija mhux realistika. Ma hemm ebda konċentrazzjoni ta’ assi materjali jew sors tal-introjtu kkonċentrat mhux sostenibbli. L-istituzzjoni għandha previżjonijiet finanzjarji mfassla fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet plawżibbli dwar l-ambjent tan-negozju futur. L-istituzzjoni tindirizza l-implikazzjonijiet strateġiċi tar-riskji materjali tal-ESG, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ambjentali u r-riskji fiżiċi, għall-mudell tan-negozju tagħha fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil permezz ta’ proċess robust ta’ ppjanar għat-tranżizzjoni. Il-pjanijiet strateġiċi huma xierqa fid-dawl tal-mudell tan-negozju kurrenti u l-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-maniġment.
2 Il-mudell u l-istrateġija tan-negozju joħolqu livell medju-baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.     L-istituzzjoni tiffaċċja pressjoni kompetittiva fuq il-prodotti/is-servizzi tagħha f’suq ewlieni wieħed jew aktar. Hemm xi dubji dwar l-istrateġija tagħha biex tindirizza s-sitwazzjoni. L-istituzzjoni tiġġenera redditi medji meta mqabbla mal-pari u/jew mal-prestazzjoni storika li huma ġeneralment proporzjonati mar-riskju li tieħu, minħabba l-aptit għar-riskju u l-istruttura ta’ finanzjament tagħha. Hemm xi konċentrazzjonijiet ta’ assi jew sorsi tal-introjtu kkonċentrati. L-istituzzjoni għandha previżjonijiet finanzjarji mfassla fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet ottimisti dwar l-ambjent tan-negozju futur. L-istituzzjoni tindirizza b’mod ġenerali l-implikazzjonijiet strateġiċi tar-riskji materjali tal-ESG, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ambjentali u r-riskji fiżiċi, għall-mudell tan-negozju tagħha permezz ta’ proċess ta’ ppjanar għat-tranżizzjoni kumplessivament raġonevoli iżda li għadu mhux kompletament robust. Il-pjanijiet strateġiċi huma raġonevoli fid-dawl tal-mudell tan-negozju kurrenti u l-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-maniġment, iżda mhux mingħajr riskji.
3 Il-mudell u l-istrateġija tan-negozju joħolqu livell medju-għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.    L-istituzzjoni għandha pożizzjoni kompetittiva dgħajfa għall-prodotti/għas-servizzi tagħha fis-swieq magħżula tagħha u jista’ jkollha ftit linji operatorji bi prospetti tajbin. Is-sehem mis-suq tal-istituzzjoni jista’ jkun qed jonqos b’mod sinifikanti. Hemm dubji dwar l-istrateġija tagħha biex tindirizza s-sitwazzjoni. L-istituzzjoni tiġġenera redditi li ħafna drabi jkunu dgħajfa jew instabbli jew mhux proporzjonati mar-riskju li tieħu meta wieħed iqis l-aptit għar-riskju jew l-istruttura tal-finanzjament tagħha u li jqajmu tħassib superviżorju. Hemm konċentrazzjonijiet ta’ assi materjali jew sorsi tal-introjtu kkonċentrati. L-istituzzjoni għandha previżjonijiet finanzjarji mfassla fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet ottimisti żżejjed dwar l-ambjent tan-negozju futur. L-istituzzjoni tindirizza parzjalment biss l-implikazzjonijiet strateġiċi tar-riskji materjali tal-ESG, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ambjentali
Punt Perspettiva eġġ superviżorjaKunsiderazzjonijiet u r-riskji fiżiċi, għall-mudell tan-negozju tagħha. Il-proċess ta’ ppjanar għat-tranżizzjoni tagħha juri xi dgħufijiet u/jew nuqqasijiet. Il-pjanijiet strateġiċi jistgħu ma jkunux plawżibbli fid-dawl tal-mudell tan-negozju kurrenti u l-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-maniġment.
4 Il-mudell u l-istrateġija tan-negozju joħolqu livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.     L-istituzzjoni għandha pożizzjoni kompetittiva dgħajfa ħafna għall-prodotti/għas-servizzi tagħha fis-swieq magħżula tagħha u tipparteċipa f’linji operatorji bi prospetti dgħajfa ħafna. Huwa ferm improbabbli li l-pjanijiet strateġiċi jindirizzaw is-sitwazzjoni. L-istituzzjoni tiġġenera redditi dgħajfa ħafna u instabbli ħafna jew tiddependi fuq aptit għar-riskju jew struttura ta’ finanzjament mhux aċċettabbli biex tiġġenera redditi xierqa. L-istituzzjoni għandha konċentrazzjonijiet ta’ assi estremi jew sorsi tal-introjtu kkonċentrati mhux sostenibbli. L-istituzzjoni għandha previżjonijiet finanzjarji mfassla fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet mhux realistiċi ħafna dwar l-ambjent tan-negozju futur. L-istituzzjoni hija esposta għal riskji tal-ESG materjali, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ambjentali u r-riskji fiżiċi, u ma tindirizzax implikazzjonijiet strateġiċi għall-mudell tan-negozju tagħha. Il-proċess tal-ippjanar għat-tranżizzjoni tagħha huwa inkonsistenti mal-istrateġija tan-negozju usa’. Il-proċess tal-ippjanar għat-tranżizzjoni tagħha juri dgħufijiet u/jew nuqqasijiet serji. Il-pjanijiet strateġiċi ma humiex plawżibbli fid-dawl tal-mudell tan-negozju kurrenti u l-kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-maniġment.
71. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li …

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip tal-miżura superviżorja abbażi tal-effettività tagħha fir-rigward tan-nuqqas speċifiku identifikat.

72. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

Tabella 3. Lista potenzjali u mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li jirriżultaw mill-BMA

Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. taġġusta l-pjan finanzjarju preżunt fl-istrateġija, jekk ma jkunx appoġġat mill-ippjanar tal-kapital intern jew suppożizzjonijiet kredibbli; B. tagħmel bidliet fl-istrutturi organizzazzjonali, tirrinforza l-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet ta’ kontroll u arranġamenti biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell jew l-istrateġija tan-negozju; C. tagħmel bidliet u tirrinforza s-sistemi tal-IT biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell jew l-istrateġija tan-negozju. D. tagħmel bidliet fil-mudell jew -istrateġija tan-negozju; E. tnaqqas ir-riskju inerenti fil-prodotti li toriġina/tidistribwixxi, inkluż billi tirrikjedi bidliet fir-riskji inerenti f’ċerti offerti ta’ prodotti; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-prodotti; F. tnaqqas ir-riskju inerenti fis-sistemi tagħha, inkluż billi tirrikjedi titjib fis-sistemi, jew billi żżid il-livell ta’ investiment jew tħaffef l-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi; G. tnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet tagħha, inklużi l-attivitajiet esternalizzati, u tirrikjedi bidliet f’ċerti attivitajiet jew it-tnaqqis tagħhom biex jitnaqqas ir-riskju inerenti tagħhom; u/jew tirrikjedi titjib fl-arranġamenti ta’ governanza u kontroll u fis-sorveljanza tal-attivitajiet esternalizzati; H. tnaqqas ir-riskji tal-ESG, b’mod partikolari r-riskji ambjentali, permezz ta’ aġġustamenti fl-istrateġija tan-negozju tagħha, li għalihom jista’ jintalab rinfurzar tal-miri, miżuri u azzjonijiet inklużi fil-pjan tal-istituzzjoni li għandu jitħejja f’konformità mal-Artikolu 76(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.