+Artikolu 76 2.

Artikolu 76 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għall-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ta' riskju. Il-korp ta' ġestjoni għandu jkun attivament involut fil-ġestjoni tar-riskji materjali kollha indirizzati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-valutazzjoni tal-assi, tal-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu u ta' mudelli interni relatati ma' dawk ir-riskji. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi linji ta' rappurtar lill-korp ta' ġestjoni li jkopru r-riskji materjali u l-politiki dwar il-ġestjoni tar-riskji kollha u l-bidliet relatati magħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni jiżviluppa pjanijiet speċifiċi u miri kwantifikabbli f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jimmonitorja u jindirizza r-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni jiżviluppa u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet speċifiċi li jinkludu miri kwantifikabbli u proċessi għall-monitoraġġ u għall-indirizzar tar-riskji finanzjarji li jinħolqu fit-terminu qasir, medju u fit-tul minn fatturi tal-ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji u atti legali rilevanti tal-Istat Membru u tal-Unjoni fir-rigward tal-fatturi tal-ESG, b’mod partikolari l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, l-objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi.

Il-miri u l-proċessi kwantifikabbli biex jiġu indirizzati r-riskji tal-ESG inkluż fil-pjanijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkunsidraw l-aħħar rapporti u miżuri preskritti mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, b’mod partikolari fir-rigward tal-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni. Meta l-istituzzjoni tiżvela informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-ESG f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 ), il-pjanijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 19a jew 29a ta’ dik id-Direttiva u għandhom, b’mod partikolari, jinkludu azzjonijiet fir-rigward tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni li jkunu konsistenti fiż-żewġ pjanijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw applikazzjoni proporzjonata tat-tieni u t-tielet subparagrafi għall-korpi ta’ ġestjoni ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, filwaqt li jindikaw f’liema oqsma tista’ tiġi applikata rinunzja jew proċedura simplifikata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.