+159. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li …

159. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li …

It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu u tar-riskju tal-kontraparti tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas speċifiku identifikat. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

Tabella 7. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għar-riskju ta’ kreditu u tal-kontraparti Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (j), (l), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. tinvolvi lill-korp maniġerjali jew lill-kumitati tiegħu b’mod aktar attiv fid-deċiżjonijiet ta’ kreditu rilevanti; B. ittejjeb is-sistemi ta’ kejl tar-riskju ta’ kreditu; C. ittejjeb il-kontrolli fuq il-proċessi ta’ kreditu, inklużi l-għoti, il-monitoraġġ u l-irkupru tal-kreditu; D. ittejjeb il-ġestjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-kollateral; E. ittejjeb il-kwalità u l-frekwenza tar-rapportar dwar ir-riskju ta’ kreditu lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri; F. tapplika politika speċifika ta’ proviżjonament, u – fejn ikun permess minn regoli u regolamenti ta’ kontabilità – jobbligawha żżid il-provvedimenti; G. taġġusta l-parametri interni tar-riskju u/jew il-piżijiet ta’ riskju użati biex jiġu kkalkolati l-ammonti tal-iskopertura tar-riskju għal prodotti, setturi jew tipi ta’ obbliganti speċifiċi; H. tapplika telf impost ogħla għall-valur tal-kollateral; I. tnaqqas skoperturi kbar jew sorsi oħra ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ kreditu; J. tissikka l-kriterji għall-għoti ta’ kreditu għall-kategoriji kollha ta’ prodotti jew ta’ obbliganti, jew xi wħud minnhom; Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (j), (l), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: K. tnaqqas l-iskopertura tagħha, jew takkwista protezzjoni, għal tipi speċifiċi ta’ faċilitajiet (eż. ipoteki, finanzjament tal-esportazzjoni, proprjetà immobbli kummerċjali, titolizzazzjonijiet), kategoriji ta’ obbliganti, setturi, pajjiżi, eċċ.; L. timplimenta strateġija xierqa biex tnaqqas l-ammont jew is-sehem ta’ skoperturi improduttivi; M. ittejjeb il-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu relatata mar-riskji tal-ESG, b’mod partikolari r-riskji ambjentali, potenzjalment ibbażati fuq azzjoni waħda jew diversi azzjonijiet elenkati hawn fuq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.