+352. Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
|
352. Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fejn rilevanti u disponibbli, il-fatturi li ġejjin: - a. is-sena meta jseħħ l-impatt tal-istress massimu fir-rigward tal-punt tat-tluq u l-perjodu ta’ żmien tax-xenarji użati fit-testijiet tal-istress;
- b. l-eżitu ta’ test tal-istress ta’ istituzzjoni affidabbli, billi jitqiesu d-definizzjonijiet u s-suppożizzjonijiet speċifiċi tax-xenarju, b’mod partikolari meta dawn jitqiesu aktar rilevanti għall-mudell tan-negozju u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew meta x-xenarji interni jkunu aktar severi mix-xenarji superviżorji;
- c. tibdil li jseħħ wara d-data limitu tal-eżerċizzju tat-test tal-istress b’impatt materjali fuq il-profil tar-riskju jew il-pożizzjoni kapitali tal-istituzzjoni (eż. il-bejgħ ta’ self improduttiv). Dan it-tibdil jista’ jinkludi tibdil interim fil-profil tar-riskju inkluż tibdil strutturali fl-attività jew fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni;
- d. l-azzjonijiet ta’ ġestjoni mitiganti rilevanti tal-istituzzjoni li jitqiesu kredibbli u ferm ċerti wara l-valutazzjoni superviżorja tagħhom;
- e. informazzjoni dwar perspettivi superviżorji dwar ir-rilevanza tal-ittestjar tal-istress superviżorju għall-istrateġija, il-pjanijiet finanzjarji u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;
- f. ċertezza mnaqqsa fuq is-sensittività attwali tal-istituzzjoni għal xenarji negattivi;
- g. kwalunkwe trikkib potenzjali fuq il-P2R jew il-P2R-LR;
- h. il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni kif speċifikata fil-Linji Gwida tal-EBA dwar il-kapaċità globali ta’ rkupru fl-ippjanar għall-irkupru43 ;
- i. il-kwalità (kompożizzjoni) tal-fondi proprji disponibbli tal-istituzzjoni, inkluża l-agħar sena ta’ stress;
- j. jekk l-istituzzjoni hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni jew le.
43 Linji Gwida tal-EBA dwar il-kapaċità globali ta’ rkupru fl-ippjanar għall-irkupru (EBA/GL/2023/06) - Taqsima II. Valutazzjoni tal-ORC – “ORC aġġustata”.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|