+7.6. Konformità mar-rekwiżiti f’kundizzjonijiet ta’ stress – Użu tal-P2G u tal-P2G-LR biex jindirizzaw l-eżiti kwantitattivi tal-ittestjar tal-istress
---+340. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-ittestjar tal-istress …
---+341. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif xieraq l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet …
---+342. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR, u, fejn id-determinazzjoni …
---+343. Il-livell tal-P2G għandu jipproteġi kontra l-ksur potenzjali tat-TSCR f’xenarju negattiv. …
---+344. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR abbażi …
---+345. Abbażi tal-istabbiliment ta’ approċċ proporzjonat għall-istituzzjonijiet u s-sussidjarji li ma …
---+346. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR f’konformità …
---+347. Minkejja l-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti: a. għandhom jivvalutaw jekk il-P2G …
---+348. Meta jikkalibraw il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan ikun stabbilit …
---+349. Fil-kalibrazzjoni tal-P2G-LR, l-impatt massimu tal-istress għandu jiġi kkalkolat abbażi …
---+350. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu l-punt tat-tluq tal-P2G speċifiku għal kull …
---+351. Meta jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw rabta …
---+352. Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
---+353. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
---+354. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punt sa fejn ir-rekwiżiti …
---+355. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-P2G, huma għandhom iżidu din il-gwida mal-OCR. …

7.6. Konformità mar-rekwiżiti f’kundizzjonijiet ta’ stress – Użu tal-P2G u tal-P2G-LR biex jindirizzaw l-eżiti kwantitattivi tal-ittestjar tal-istress

7.6. Konformità mar-rekwiżiti f’kundizzjonijiet ta’ stress – Użu tal-P2G u tal-P2G-LR biex jindirizzaw l-eżiti kwantitattivi tal-ittestjar tal-istress

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
340. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-ittestjar tal-istress …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-ittestjar tal-istress l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjoni (kwantità u kompożizzjoni) f’kundizzjonijiet ta’ stress u jekk il-miżuri superviżorji, inklużi l-P2G, il-P2G-LR, l-ippjanar tal-kapital rivedut u miżuri oħra humiex meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-inadegwatezzi potenzjali. Sabiex jivvalutaw l-adegwatezza tal-kapital f’kundizzjonijiet ta’ stress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw:

  • a. l-użu tal-eżiti kwalitattivi (eż. nuqqasijiet identifikati fil-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju) tat-testijiet tal-istress tal-istituzzjonijiet u tal-ittestjar tal-istress superviżorju;
  • b. l-użu tal-eżiti kwantitattivi tat-testijiet tal-istress tal-istituzzjonijiet, jekk l-ICAAP jitqies affidabbli, u tat-testijiet tal-istress superviżorji, skont l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE kif speċifikat fit-Titolu 11, u inkluż, pereżempju:
  • i. il-preskrizzjoni ta’ xenarji/suppożizzjonijiet “ankra” speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mill-istituzzjonijiet;
  • ii. it-twettiq ta’ testijiet tal-istress fis-sistema kollha permezz ta’ metodoloġiji konsistenti u xenarji mmexxija minn istituzzjonijiet jew minn superviżuri.
341. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif xieraq l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif xieraq l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet tal-istress fir-rigward tal-adegwatezza u l-kwalità tal-fondi proprji tal-istituzzjoni u jiddeterminaw jekk il-kwantità u l-kwalità tal-fondi proprji humiex suffiċjenti biex ikopru r-rekwiżiti kapitali applikabbli, u b’mod partikolari:

  • a. OCR li jinkludi r-rekwiżiti ta’ bafer kombinat tiegħu skont ix-xenarju bażi fuq perjodu ta’ żmien prospettiv ta’ mill-inqas sentejn;
  • b. TSCR skont ix-xenarji negattivi fuq perjodu ta’ żmien prospettiv ta’ mill-inqas sentejn.
342. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR, u, fejn id-determinazzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR, u, fejn id-determinazzjoni twassal għal valur pożittiv, dawn għandhom jistabbilixxu l-P2G jew il-P2G-LR biex jindirizzaw it-tħassib superviżorju dwar is-sensittività tal-istituzzjoni għax-xenarji negattivi użati fit-testijiet tal-istress superviżorji. Il-P2G m’għandux jintuża biex ikopri riskji jew elementi ta’ riskji diġà koperti mill-P2R f’konformità mat-taqsima 7.2. B’mod simili, il-P2G-LR ma għandux jintuża biex ikopri dawk l-aspetti tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv diġà koperti mill-P2R-LR f’konformità mat-taqsima 7.3.

343. Il-livell tal-P2G għandu jipproteġi kontra l-ksur potenzjali tat-TSCR f’xenarju negattiv. …

Il-livell tal-P2G għandu jipproteġi kontra l-ksur potenzjali tat-TSCR f’xenarju negattiv. Bl-istess mod, il-livell tal-P2G-LR għandu jipproteġi kontra l-ksur tat-TSLRR f’xenarju negattiv. Meta l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet tal-istress superviżorji jissuġġerixxu li ma huwiex mistenni li l-istituzzjoni tikser it-TSCR tagħha fix-xenarju tat-test tal-istress negattiv, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux P2G. Bl-istess mod, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux il-P2G-LR fejn it-TSLRR ma jkunx mistenni li jinkiser taħt ix-xenarju negattiv tat-test tal-istress.

344. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR abbażi …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR abbażi tal-eżiti tax-xenarju negattiv tat-testijiet tal-istress superviżorji rilevanti, inklużi testijiet tal-istress fl-UE kollha mwettqa mill-EBA jew kwalunkwe test tal-istress superviżorju rilevanti ieħor imwettaq fuq bażi tas-sistema kollha fuq perjodu ta’ żmien prospettiv ta’ mill-inqas sentejn.

345. Abbażi tal-istabbiliment ta’ approċċ proporzjonat għall-istituzzjonijiet u s-sussidjarji li ma …

Abbażi tal-istabbiliment ta’ approċċ proporzjonat għall-istituzzjonijiet u s-sussidjarji li ma jikklassifikawx fil-Kategorija 1 ta’ gruppi transfruntiera, għall-istabbiliment u l-aġġornament tal-P2G u l-P2G-LR l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw l-eżiti ta’ forom simplifikati ta’ testijiet tal-istress superviżorji (eż. permezz tal-użu ta’ xenarji “ankra” superviżorji preskritti, analiżi tas-sensittività, testijiet tal-istress minn fuq għal isfel imwettqa minn awtoritajiet maħtura, u impatti fil-livell tal-portafoll minn testijiet tal-istress fil-livell konsolidat), testijiet tal-istress superviżorji preċedenti jew testijiet tal-istress tal-istituzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 340. Il-forom simplifikati tat-testijiet tal-istress superviżorji jistgħu jitwettqu fuq bażi individwali aktar milli bħala parti mill-eżerċizzju tas-sistema kollha.

346. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR f’konformità …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR f’konformità mal-mudell ta’ impenn minimu speċifikat fit-taqsima 2.4. B’mod partikolari, il-frekwenza minima li biha l-P2G u l-P2G-LR jiġu ddeterminati u stabbiliti għandha tkun il-frekwenza tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital skont il-mudell ta’ impenn minimu tal-SREP.

347. Minkejja l-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti: a. għandhom jivvalutaw jekk il-P2G …

Minkejja l-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti:

  • a. għandhom jivvalutaw jekk il-P2G u l-P2G-LR eżistenti għadhomx xierqa kull meta r-riżultati tat-testijiet tal-istress superviżorji ġodda jkunu disponibbli, u jirreveduhom jekk ikun meħtieġ;
  • b. jistgħu jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR kull sentejn biss minflok kull sena, inkluż għall-istituzzjonijiet tal-Kategorija 1 tal-SREP. Madankollu, fis-sena li ssegwi s-sena tad-determinazzjoni tal-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-P2G u l-P2G-LR għadhomx rilevanti jew jeħtiġux li jiġu aġġornati, fuq il-bażi ta’ kull informazzjoni rilevanti, inklużi l-eżiti tat-testijiet tal-istress superviżorji preċedenti, flimkien ma’ analiżi addizzjonali tas-sensittività (eż. forom simplifikati ta’ ttestjar tal-istress superviżorju).
348. Meta jikkalibraw il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan ikun stabbilit …

Meta jikkalibraw il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan ikun stabbilit f’livell xieraq biex ikopri mill-inqas l-impatt tal-istress massimu antiċipat, li għandu jiġi kkalkolat abbażi tat-tibdil fil-proporzjon tas-CET1 (jiġifieri billi jiġi kkunsidrat kemm iċ-ċaqliq fil-kapital tas-CET1 kif ukoll it-TREA) fl-agħar sena tal-istress u billi jitqies il-livell tar-rekwiżiti kapitali applikabbli. L-impatt massimu tal-istress għall-fini tal-istabbiliment tal-P2G għandu jinftiehem bħala d-differenza bejn l-aktar proporzjon baxx tas-CET1 fix-xenarju negattiv matul il-perjodu tat-test tal-istress u l-proporzjon attwali tas-CET1 fil-punt tat-tluq.

349. Fil-kalibrazzjoni tal-P2G-LR, l-impatt massimu tal-istress għandu jiġi kkalkolat abbażi …

Fil-kalibrazzjoni tal-P2G-LR, l-impatt massimu tal-istress għandu jiġi kkalkolat abbażi tat-tibdil fil-kapital tal-Grad 1 fl-agħar sena tal-istress, u b’kont meħud tar-rekwiżiti kapitali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ applikabbli. L-impatt massimu tal-istress għall-fini tal-istabbiliment tal-P2G-LR għandu jinftiehem bħala d-differenza bejn l-aktar proporzjon ta’ ingranaġġ baxx fix-xenarju negattiv matul il-perjodu tat-test tal-istress u l-proporzjon attwali tal-ingranaġġ fil-punt tat-tluq.

350. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu l-punt tat-tluq tal-P2G speċifiku għal kull …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu l-punt tat-tluq tal-P2G speċifiku għal kull istituzzjoni billi jpaċu elementi li diġà jkopru r-riskji riflessi fl-impatt massimu tal-istress. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ipaċu l-miżuri rilevanti, b’mod partikolari l-bafer tal-konservazzjoni tal-kapital, f’konformità mal-paragrafu 354. Barra minn hekk, meta jistabbilixxu l-punti tat-tluq tal-P2G u tal-P2G-LR, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw, fejn rilevanti, aġġustamenti oħra għall-impatt massimu tal-istress relatat mas-suppożizzjoni statika tal-karta bilanċjali jew il-perjodu ta’ żmien differenti bejn l-eżerċizzju tat-test tal-istress u l-mument tal-punt tat-tluq.

351. Meta jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw rabta …

Meta jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw rabta adegwata bejn il-punti tat-tluq rispettivi tagħhom kif ukoll il-valuri finali tagħhom. Għal dan l-għan, huma jistgħu jiddeċiedu li jużaw approċċ ta’ bucketing biex jikklassifikaw l-istituzzjonijiet f’konformità mal-punti tat-tluq tal-P2G u tal-P2G-LR, abbażi tat-testijiet tal-istress superviżorji rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 344 jew abbażi ta’ approċċi oħra stabbiliti fil-paragrafu 345. Konsegwentement, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jassenjaw firxa fissa tal-livelli tal-P2G jew tal-P2G-LR għal kull bucket u jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR finali fil-medda tal-bucket assenjat jew, b’mod eċċezzjonali, barra mill-medda tal-bucket rilevanti, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmiraw li jevitaw l-effetti ta’ preċipizju bejn il-buckets, pereżempju billi jippermettu trikkib parzjali bejn il-livelli tal-P2G jew tal-P2G-LR għal buckets kontigwi, u għandhom jiżguraw li l-P2G u l-P2G-LR finali li jirriżultaw ikunu speċifiċi għall-istituzzjoni.

352. Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …

Meta jiddeterminaw il-P2G u l-P2G-LR finali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fejn rilevanti u disponibbli, il-fatturi li ġejjin:

  • a. is-sena meta jseħħ l-impatt tal-istress massimu fir-rigward tal-punt tat-tluq u l-perjodu ta’ żmien tax-xenarji użati fit-testijiet tal-istress;
  • b. l-eżitu ta’ test tal-istress ta’ istituzzjoni affidabbli, billi jitqiesu d-definizzjonijiet u s-suppożizzjonijiet speċifiċi tax-xenarju, b’mod partikolari meta dawn jitqiesu aktar rilevanti għall-mudell tan-negozju u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew meta x-xenarji interni jkunu aktar severi mix-xenarji superviżorji;
  • c. tibdil li jseħħ wara d-data limitu tal-eżerċizzju tat-test tal-istress b’impatt materjali fuq il-profil tar-riskju jew il-pożizzjoni kapitali tal-istituzzjoni (eż. il-bejgħ ta’ self improduttiv). Dan it-tibdil jista’ jinkludi tibdil interim fil-profil tar-riskju inkluż tibdil strutturali fl-attività jew fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni;
  • d. l-azzjonijiet ta’ ġestjoni mitiganti rilevanti tal-istituzzjoni li jitqiesu kredibbli u ferm ċerti wara l-valutazzjoni superviżorja tagħhom;
  • e. informazzjoni dwar perspettivi superviżorji dwar ir-rilevanza tal-ittestjar tal-istress superviżorju għall-istrateġija, il-pjanijiet finanzjarji u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;
  • f. ċertezza mnaqqsa fuq is-sensittività attwali tal-istituzzjoni għal xenarji negattivi;
  • g. kwalunkwe trikkib potenzjali fuq il-P2R jew il-P2R-LR;
  • h. il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni kif speċifikata fil-Linji Gwida tal-EBA dwar il-kapaċità globali ta’ rkupru fl-ippjanar għall-irkupru43 ;
  • i. il-kwalità (kompożizzjoni) tal-fondi proprji disponibbli tal-istituzzjoni, inkluża l-agħar sena ta’ stress;
  • j. jekk l-istituzzjoni hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni jew le.

43 Linji Gwida tal-EBA dwar il-kapaċità globali ta’ rkupru fl-ippjanar għall-irkupru (EBA/GL/2023/06) - Taqsima II. Valutazzjoni tal-ORC – “ORC aġġustata”.

353. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-punt sa fejn ix-xenarji tal-istress ikopru r-riskji materjali kollha li jikkontribwixxu għall-P2R fit-TSCR. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, b’mod partikolari, il-fatt li x-xenarji ta’ reċessjoni makroekonomika jistgħu ma jkoprux kompletament xi riskji – pereżempju r-riskju ta’ pensjoni jew xi elementi tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ kreditu (eż. konċentrazzjoni f’isem wieħed) – li jistgħu jamplifikaw telf potenzjali fix-xenarji negattivi ttestjati.

354. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punt sa fejn ir-rekwiżiti …

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punt sa fejn ir-rekwiżiti tal-bafer kombinat eżistenti u miżuri applikabbli oħra diġà jkopru r-riskji żvelati mill-ittestjar tal-istress. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti:

  • a. għandhom ipaċu l-P2G mal-bafer kapitali ta’ konservazzjoni (CCB), peress li l-P2G u s-CCB jikkoinċidu min-natura tagħhom.
  • b. għandhom f’każijiet eċċezzjonali jpaċu l-P2G fuq bażi ta’ każ b’każ kontra l-bafer kapitali kontroċikliku (CCyB) – filwaqt li fil-prinċipju ma jkun mistenni l-ebda trikkib bejniethom – abbażi tal-kunsiderazzjoni tar-riskji sottostanti koperti mill-bafer u kkunsidrati fit-tfassil tax-xenarji użati għat-testijiet tal-istress, wara li jkun hemm komunikazzjoni mal-awtorità makroprudenzjali;
  • c. ma għandhomx ipaċu l-P2G kontra l-bafers tar-riskju sistemiku. (Il-bafers tal-G-SII/O-SII u l-bafer tar-riskju sistemiku), peress li dawn huma maħsuba biex ikopru r-riskji li istituzzjoni toħloq għas-sistema finanzjarja;
  • d. ma għandhomx ipaċu l-P2G-LR mar-rekwiżit tal-bafer tal-proporzjon ta’ ingranaġġ ta’ G-SII speċifikat fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) 575/2013;
  • e. jistgħu jirrevedu l-P2G ikkomunikat lil dik l-istituzzjoni biex jiżguraw li l-kalibrazzjoni tiegħu tibqa’ xierqa meta istituzzjoni ssir marbuta mal-minimu tal-output, f’konformità mal-Artikolu 104b(4a) tad-Direttiva 2013/36/UE.
355. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-P2G, huma għandhom iżidu din il-gwida mal-OCR. …

Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-P2G, huma għandhom iżidu din il-gwida mal-OCR. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-P2G-LR, huma għandhom iżidu din il-gwida mal-OLRR. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-OCR u l-OLRR bħala żewġ stacks separati ta’ rekwiżiti. Konsegwentement, il-fondi proprji disponibbli jistgħu jintużaw fl-istess ħin biex jissodisfaw il-P2G u l-P2G-LR.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.