+358. It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet …
|
358. It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet …
It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fl-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni, inklużi f’kundizzjonijiet ta’ stress. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura superviżorja abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas identifikat speċifiku. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Tabella 16. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għall-adegwatezza tal-kapital Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punti (a), (c), (h), (i) u (j), tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. iżżomm rekwiżiti addizzjonali ta’ fondi proprji billi tistabbilixxi TSCR u tiddetermina l-P2G, fejn rilevanti; B. tissottometti pjan ta’ kapital kredibbli li jindirizza r-riskju li ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ kapital applikabbli tagħha, fil-każ li l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet tal-istress jindikaw li, fix-xenarji ta’ stress partikolari, l-istituzzjoni mhux se tkun tista’ tissodisfa ir-rekwiżiti, u tistabbilixxi skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu; C. tagħmel bidliet fil-pjanijiet ta’ kapital kif xieraq, inklużi fl-azzjonijiet tal-maniġment proposti, jew tieħu azzjonijiet addizzjonali ta’ mitigazzjoni li jsiru rilevanti skont ix-xenarji u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi kurrenti; D. tillimita r-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn din tkun inkonsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda; E. tirrestrinġi jew tillimita n-negozju jew l-operazzjonijiet tagħha jew tiddivesti attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità tagħha; F. tnaqqas ir-riskju inerenti f’ċerti attivitajiet, prodotti u sistemi ta’ istituzzjonijiet, inklużi attivitajiet ipprovduti minn partijiet terzi; G. tuża profitti netti biex issaħħaħ il-fondi proprji; H. tirrestrinġi jew tipprojbixxi distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn tali projbizzjoni ma tikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza; I. timponi rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rapportar dwar il-fondi proprji u l-ingranaġġ.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|