+7.7. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
---+356. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …
---+357. Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet …
---+358. It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet …
---+359. Meta l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kredibbiltà tal-pjan ta’ kapital jew tal-pjan ta’ …
---+360. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li l-istituzzjonijiet jimplimentaw il-pjan ta’ …

7.7. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

7.7. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
356. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar jekk ir-riżorsi eżistenti tal-fondi proprji jipprovdux kopertura soda tar-riskji li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju tas-sejbiet, akkumpanjat minn punteġġ ta’ vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 15.

357. Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet …

Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punteġġ tal-kapaċità globali ta’ rkupru fir-rigward tal-kapital (dgħajjef, adegwat b’potenzjal għal titjib, jew sodisfaċenti) kif speċifikat fil-paragrafi 41 sa 43 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Kapaċità Globali ta’ Rkupru fl-Ippjanar għall-Irkupru44 . Il-kunsiderazzjoni tal-punteġġ tal-kapaċità globali ta’ rkupru fil-kuntest tal-adegwatezza tal-kapital hija speċjalment rilevanti f’każ ta’ punteġġ “dgħajjef” tal-kapaċità globali ta’ rkupru għall-kapital.

Tabella 15. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet

Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 1 proprji miżmuma joħolqu livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.      L-istituzzjoni hija kapaċi tissodisfa l-P2G u l-P2G LR tagħha mingħajr problemi. L-istituzzjoni żżomm livell ta’ fondi proprji sew ’il fuq mill-OCR u l-OLRR tagħha, u hija mistennija li tagħmel dan fil-futur. L-ittestjar tal-istress ma jiżvela l-ebda riskju ċar fir-rigward tal-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa iżda plawżibbli fuq il-fondi proprji jew fuq l-ingranaġġ. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, ma huwiex imfixkel, jew l-entitajiet kollha huma kapitalizzati sew ’il fuq mir-rekwiżiti superviżorji. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital plawżibbli u kredibbli li għandu l-potenzjal li jkun effettiv jekk meħtieġ. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti”. Ma hemm l-ebda riskju materjali/hemm riskju baxx ħafna ta’ ingranaġġ eċċessiv.
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 2 proprji baxx ta’ miżmuma riskju joħolqu għall-vijabbiltà livell medju- tal-L-istituzzjoni għandha diffikultà biex tissodisfa l-P2G tal-maniġment jew il-P2G LR sabiex tagħha. dan L-azzjonijiet jiġi indirizzat mitiganti huma
istituzzjoni.vvalutati bħala kredibbli.
Punteġġ Perspettiva superviżorja        Kunsiderazzjonijiet L-istituzzjoni waslet biex tikser xi wħud mill-bafers kapitali tagħha iżda għadha b’mod ċar ’il fuq mit-TSCR u mit-TSLRR tagħha. L-ittestjar tal-istress jiżvela livell baxx ta’ riskju fir-rigward tal-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa iżda plawżibbli fuq il-fondi proprji jew l-ingranaġġ, iżda l-azzjonijiet tal-maniġment biex jindirizzaw dan jidhru kredibbli. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa jew jista’ jiġi mfixkel marġinalment. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital plawżibbli u kredibbli li, minkejja li ma huwiex bla riskju, għandu l-potenzjal li jkun effettiv jekk meħtieġ. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti” jew “adegwata b’potenzjal għal titjib”. Hemm livell baxx ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv. L-istituzzjoni ma tissodisfax il-P2G jew il-P2G LR tagħha. Hemm tħassib dwar il-kredibbiltà tal-azzjonijiet mitiganti tal-maniġment biex jindirizzaw dan. L-istituzzjoni qiegħda tuża xi wħud mill-bafers kapitali tagħha. Hemm potenzjal għall-istituzzjoni li tikser it-TSCR jew it-TSLRR tagħha jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar. L-ittestjar tal-istress jiżvela livell medju ta’ riskju rigward l-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 3 proprji għoli ta’ miżmuma riskju joħolqu għall-vijabbiltà livell medju- tal-iżda plawżibbli fuq fondi proprji jew ingranaġġ. L-azzjonijiet jindirizzawx dan tal-maniġment b’mod kredibbli. jistgħu ma
istituzzjoni.    Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa mfixkel. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital li aktarx ma huwiex effettiv. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “adegwata b’potenzjal għal titjib” jew “dgħajfa”. Hemm livell medju ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv. L-istituzzjoni ma tissodisfax il-P2G jew il-P2G LR tagħha (jew intenzjonalment ma stabbilietx P2G jew P2G-LR) u ma hijiex se tkun tista’ tagħmel dan fil-futur prevedibbli. L-azzjonijiet mitiganti
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 4 proprji miżmuma joħolqu livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni. tal-maniġment biex jindirizzaw dan huma vvalutati bħala mhux kredibbli. L-istituzzjoni waslet biex tikser it-TSCR jew it-TSLRR tagħha. L-ittestjar tal-istress jiżvela li t-TSCR jew it-TSLRR jinkisru qrib il-bidu ta’ reċessjoni ekonomika
Punteġġ Perspettiva superviżorja   Kunsiderazzjonijiet severa iżda plawżibbli. L-azzjonijiet ta’ ġestjoni ma humiex se jindirizzaw dan b’mod kredibbli. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa mfixkel. L-istituzzjoni m’għandha l-ebda pjan ta’ kapital, jew wieħed li b’mod ċar ma huwiex adegwat. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “dgħajfa” Hemm livell għoli ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv.

44 EBA/GL/2023/06

358. It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet …

It-tabella hawn taħt tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fl-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni, inklużi f’kundizzjonijiet ta’ stress. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura superviżorja abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas identifikat speċifiku. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Tabella 16. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għall-adegwatezza tal-kapital Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punti (a), (c), (h), (i) u (j), tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. iżżomm rekwiżiti addizzjonali ta’ fondi proprji billi tistabbilixxi TSCR u tiddetermina l-P2G, fejn rilevanti; B. tissottometti pjan ta’ kapital kredibbli li jindirizza r-riskju li ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ kapital applikabbli tagħha, fil-każ li l-eżiti kwantitattivi tat-testijiet tal-istress jindikaw li, fix-xenarji ta’ stress partikolari, l-istituzzjoni mhux se tkun tista’ tissodisfa ir-rekwiżiti, u tistabbilixxi skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu; C. tagħmel bidliet fil-pjanijiet ta’ kapital kif xieraq, inklużi fl-azzjonijiet tal-maniġment proposti, jew tieħu azzjonijiet addizzjonali ta’ mitigazzjoni li jsiru rilevanti skont ix-xenarji u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi kurrenti; D. tillimita r-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn din tkun inkonsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda; E. tirrestrinġi jew tillimita n-negozju jew l-operazzjonijiet tagħha jew tiddivesti attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità tagħha; F. tnaqqas ir-riskju inerenti f’ċerti attivitajiet, prodotti u sistemi ta’ istituzzjonijiet, inklużi attivitajiet ipprovduti minn partijiet terzi; G. tuża profitti netti biex issaħħaħ il-fondi proprji; H. tirrestrinġi jew tipprojbixxi distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn tali projbizzjoni ma tikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza; I. timponi rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rapportar dwar il-fondi proprji u l-ingranaġġ.

359. Meta l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kredibbiltà tal-pjan ta’ kapital jew tal-pjan ta’ …

Meta l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kredibbiltà tal-pjan ta’ kapital jew tal-pjan ta’ kapital rivedut, skont il-punti B. u C. tat-tabella 16, huma għandhom jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:

  • a. ikopri l-perjodu ta’ żmien kollu preżunt tal-ittestjar tal-istress;
  • b. iressaq sett ta’ azzjonijiet kredibbli ta’ mitigazzjoni u ġestjoni, bħar-restrizzjoni tal-ħlasijiet tad-dividendi, eċċ.;
  • c. l-istituzzjoni hija lesta u kapaċi li tieħu tali azzjonijiet sabiex tindirizza l-ksur tar-rekwiżiti kapitali applikabbli fit-testijiet tal-istress fis-sistema kollha;
  • d. jekk l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni humiex soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni legali jew reputazzjonali, pereżempju minħabba tħabbir pubbliku preċedenti kuntrarju jew kunfliġġenti (eż. dwar il-politiki tad-dividendi, il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u l-aptit għar-riskju);
  • e. il-probabbiltà li l-azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni se tippermetti lill-istituzzjoni tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti kapitali applikabbli tagħha f’perjodu ta’ żmien xieraq;
  • f. l-azzjonijiet proposti huma ġeneralment konformi mal-kunsiderazzjonijiet makroekonomiċi u ma’ bidliet regolatorji futuri magħrufa li jaffettwaw lill-istituzzjoni fl-ambitu u fl-iskeda ta’ żmien tax-xenarji negattivi preżunti;
  • g. il-firxa ta’ għażliet ta’ rkupru u l-analiżi tagħhom kif stabbilit fil-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni.
360. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li l-istituzzjonijiet jimplimentaw il-pjan ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li l-istituzzjonijiet jimplimentaw il-pjan ta’ kapital rivedut, inklużi bidliet ulterjuri li jkunu saru abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni superviżorja tal-istituzzjoni u d-djalogu magħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.