+Artikolu 6 Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet finanzjarji
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6

Artikolu 6 Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet finanzjarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ persuni involuti fl-attività ta’ rimessa ta’ flus kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom f’attività finanzjarja kif elenkata fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna fejn ftit li xejn ikun hemm riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-attività finanzjarja tkun limitata f’termini assoluti;

(b)

l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta’ tranżazzjoni;

(c)

l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali ta’ tali persuni;

(d)

l-attività finanzjarja tkun anċillari u marbuta direttament mal-attività prinċipali ta’ tali persuni;

(e)

l-attività prinċipali ta’ tali persuni ma tkunx attività msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a) sa (d) jew (g) ta’ dan ir-Regolament;

(f)

l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali ta’ tali persuni u ma tkunx offruta lill-pubbliku b’mod ġenerali.

Artikolu 6 2

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat totali tal-attività finanzjarja ma taqbiżx livell limitu li għandu jkun baxx biżżejjed. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali, skont it-tip tal-attività finanzjarja.

Artikolu 6 3

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw livell limitu massimu għal kull klijent u għal kull tranżazzjoni, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda jew permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fil-livell nazzjonali skont it-tip tal-attività finanzjarja. Għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta’ tranżazzjonijiet inkwistjoni jkunu metodu mhux prattiku u ineffiċjenti għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, irrispettivament mill-mezz ta’ pagament.

Artikolu 6 4

4.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat mill-attività finanzjarja ma jaqbiżx il-5 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

Artikolu 6 5

5.   Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe attività finanzjarja li minħabba n-natura tagħha titqies li għandha probabbiltà għolja li tintuża jew li tiġi abbużata għal finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 6 6

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-riskju jew jieħdu miżuri adegwati oħrajn sabiex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjonijiet mogħtijin skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.