+Artikolu 53 Sjieda benefiċjarja permezz tal-kontroll
---+Artikolu 53 1
---+Artikolu 53 2
---+Artikolu 53 3
---+Artikolu 53 4

Artikolu 53 Sjieda benefiċjarja permezz tal-kontroll

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1

1.   Il-kontroll fuq entità korporattiva jew entità ġuridika oħra għandu jiġi eżerċitat permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra.

Artikolu 53 2

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kontroll tal-entità ġuridika” tfisser il-possibbiltà li tiġi eżerċitata, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti u li jiġu imposti deċiżjonijiet rilevanti fi ħdan l-entità ġuridika;

(b)

“kontroll indirett ta’ entità ġuridika” tfisser il-kontroll ta’ entitajiet ġuridiċi intermedji fl-istruttura tas-sjieda jew f’diversi ktajjen tal-istruttura tas-sjieda, fejn il-kontroll dirett jiġi identifikat fuq kull livell tal-istruttura;

(c)

“kontroll permezz tal-interess proprjetarju tal-entità korporattiva” tfisser sjieda diretta jew indiretta ta’ 50 % u wieħed tal-ishma jew mid-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva.

Artikolu 53 3

3.   Il-kontroll tal-entità ġuridika permezz ta’ mezzi oħra għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-possibbiltà li jiġu eżerċitati:

(a)

fil-każ ta’ entità korporattiva, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-entità korporattiva, kemm jekk kondiviżi minn persuni li jaġixxu flimkien kif ukoll jekk le;

(b)

id-dritt li jaħtru jew ineħħu maġġoranza tal-membri tal-bord jew tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew uffiċjali simili tal-entità ġuridika;

(c)

drittijiet ta’ veto jew drittijiet ta’ deċiżjoni rilevanti marbuta mas-sehem tal-entità korporattiva;

(d)

deċiżjonijiet rigward id-distribuzzjoni tal-profitt tal-entità ġuridika jew li twassal għal bidla fl-assi fl-entità ġuridika.

Artikolu 53 4

4.   Minbarra l-paragrafu 3, il-kontroll tal-entità ġuridika jista’ jiġi eżerċitat permezz ta’ mezzi oħra. Skont is-sitwazzjoni partikolari tal-entità ġuridika u l-istruttura tagħha, mezzi oħra ta’ kontroll jistgħu jinkludu:

(a)

ftehimiet formali jew informali ma’ sidien, ma’ membri jew mal-entitajiet ġuridiċi, dispożizzjonijiet fl-istatut ta’ assoċjazzjoni, ftehimiet ta’ sħubija, ftehimiet ta’ sindakazzjoni, jew dokumenti jew ftehimiet ekwivalenti skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-entità ġuridika, kif ukoll arranġamenti ta’ votazzjoni;

(b)

ir-relazzjonijiet bejn il-membri tal-familja;

(c)

l-użu ta’ arranġamenti formali jew informali tal-persuni nominati.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “arranġament formali ta’ persuna nominata” tfisser kuntratt jew arranġament ekwivalenti, bejn persuna nominata u nominatur, fejn in-nominatur ikun entità ġuridika jew persuna fiżika li toħroġ struzzjonijiet lil persuna nominata sabiex taġixxi f’isimha f’ċerta kapaċità, inkluż bħala direttur jew azzjonist jew settlor, u l-persuna nominata tkun entità ġuridika jew persuna fiżika li tingħata struzzjonijiet min-nominatur sabiex taġixxi f’ismu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.