+Artikolu 57 Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal entitajiet ġuridiċi simili għal trust espress
---+Artikolu 57 1
---+Artikolu 57 2
---+Artikolu 57 3
---+Artikolu 57 4

Artikolu 57 Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal entitajiet ġuridiċi simili għal trust espress

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1

1.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 51, simili għal trust espress, bħal fondazzjonijiet, is-sidien benefiċjarji għandhom ikunu l-persuni fiżiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-fundaturi;

(b)

il-membri tal-korp maniġerjali f’funzjoni maniġerjali tiegħu;

(c)

il-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(d)

il-benefiċjarji, sakemm ma japplikax l-Artikolu 59;

(e)

kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tikkontrolla direttament jew indirettament l-entità ġuridika.

Artikolu 57 2

2.   F’każijiet fejn l-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 jappartjenu għal strutturi ta’ kontroll b’diversi livelli, fejn kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, , tkun miżmuma minn entità ġuridika, is-sidien benefiċjarji tal-entità ġuridika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi elenkati fil-paragrafu 1, u

(b)

is-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi li jokkupaw kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1,

Artikolu 57 3

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ entitajiet ġuridiċi, fejn is-sidien benefiċjarji tagħhom jiġu identifikati f’konformità mal-paragrafu 1.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:

(a)

il-forma u l-karatteristiċi bażiċita’ dawk l-entitajiet ġuridiċi;;

(b)

il-proċess li permezz tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti;

(c)

il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi;

(d)

is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet inkarigati minn dawk ir-reġistri.

Artikolu 57 4

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lista ta’ tipi ta’ entitajiet ġuridiċi regolati mil-liġi tal-Istati Membri li jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.