+Artikolu 67 Entitajiet ġuridiċi barranin u arranġamenti ġuridiċi barranin
---+Artikolu 67 1
---+Artikolu 67 2
---+Artikolu 67 3
---+Artikolu 67 4
---+Artikolu 67 5
---+Artikolu 67 6
---+Artikolu 67 7
---+Artikolu 67 8

Artikolu 67 Entitajiet ġuridiċi barranin u arranġamenti ġuridiċi barranin

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 1

1.   L-entitajiet ġuridiċi maġluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 62 lir-reġistru ċentrali tal-Istat Membru meta:

(a)

jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu

(b)

jakkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni, direttament jew permezz ta’ intermedjarji;

(c)

jakkwistaw, direttament jew permezz ta’ intermedjarji, kwalunkwe wieħed mill-oġġetti li ġejjin minn persuni li jinnegozjaw kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3), (f) u (j), fil-kuntest ta’ tranżazzjoni okkażjonali:

(i)

vetturi bil-mutur għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(ii)

inġenji tal-ilma għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(iii)

inġenji tal-ajru għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(d)

jingħataw kuntratt pubbliku għal prodotti jew servizzi, jew konċessjonijiet minn awtorità kontraenti fl-Unjoni;

Artikolu 67 2

2.   B’ deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), fejn l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu, huma għandhom jippreżentaw biss l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom lir-reġistru ċentrali meta:

(a)

jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu li tkun assoċjata ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu skont il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640; jew

(b)

il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tidentifika li l-kategorija ta’ entità ġuridika jew is-settur li fih topera l-entità ġuridika imaħluqa barra mill-Unjoni hija assoċjata, fejn rilevanti, ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 67 3

3.   L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi fir-rigward ta’ liema minn dawk l-attivitajiet tiġi ppreżentata l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti, u għandha tiġi ppreżentata:

(a)

għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (a) qabel il-bidu tar-relazzjoni tan-negozju;

(b)

għall-każijiet imsemmija fil fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), qabel ma jitlesta x-xiri;

(c)

għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (d) qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

Artikolu 67 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jinfurmaw lill-entitajiet ġuridiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u jirrikjedu ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni jew silta mill-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistru ċentrali biex jipproċedu bir-relazzjoni tan-negozju jew bit-tranżazzjoni okkażjonali.

Artikolu 67 5

5.   Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1, l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ppreżentata lir-reġistru ċentrali skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, fi żmien 28 jum kalendarju minnha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal:

(a)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt(a), għad-durata sħiħa tar-relazzjoni tan-negozju mal-entità marbuta b’obbligu;

(b)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt (b), sakemm l-entità ġuridika jew l-arranġament ġuridikujkunu s-sid tal-proprjetà immobbli;

(c)

il-każijiet imsemmija fil-- paragrafu 1, il-punt (c), għall-perjodu bejn il-preżentazzjoni inizjali tal-informazzjoni lir-reġistru ċentrali u t-tlestija tax-xiri;

(d)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1 il-punt(d), għad-durata sħiħa tal-kuntratt.

Artikolu 67 6

6.   Meta l-entità ġuridika, it-trustee tat-trust espress jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu1 fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’reġistru ċentrali miżmum minn Stat Membru wieħed għandu jitqies bħala prova suffiċjenti tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 67 7

7.   Meta, fl-10 ta’ Lulju 2027, entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jew arranġamenti ġuridiċi amministrati barra mill-Unjoni jew li t-trustee tagħhom jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku similitirrisjedi jew tkun stabbilita barra mill-Unjoni. ikollhom is-sjieda, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ intermedjarji, ta’ proprjetà immobbli, l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċigħandha tiġi ppreżentata lir-reġistru ċentrali u akkumpanjata b’ġustifikazzjoni għal dik is-sottomissjonisa sal-10 ta’ Jannar 2028.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi li jkunu akkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi tar-riskju, li tapplika data aktar kmieni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 67 8

8.   L-Istati Membri jistgħu, abbażi tar-riskju, jestendu l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), għal relazzjonijiet tan-negozju ma’ entitajiet ġuridiċi barranin li jkunu jeżistu fl-10 ta’ Lulju 2027 u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.