+Artikolu 5 Bidliet materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4

Artikolu 5 Bidliet materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali tagħhom

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-arranġament kuntrattwali għandu jipprevedi li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jinforma lill-entità finanzjarja dwar kwalunkwe bidla materjali maħsuba fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tiegħu kmieni biżżejjed biex l-entità finanzjarja tkun tista’ tivvaluta:

(a)

l-impatt fuq ir-riskji li hija esposta għalihom jew li tista’ tkun esposta għalihom;

(b)

jekk tali bidliet materjali jistgħux jaffettwaw il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jissodisfa l-obbligi kuntrattwali tiegħu fil-konfront tal-entità finanzjarja

Artikolu 5 2

2.   L-arranġament kuntrattwali għandu jinkludi perjodu ta’ notifika raġonevoli li permezz tiegħu l-entità finanzjarja għandha tapprova jew toġġezzjona għall-bidliet.

Artikolu 5 3

3.   Il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jimplimenta biss il-bidliet materjali fl-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tiegħu wara li l-entità finanzjarja tkun approvat jew ma tkunx oġġezzjonat għall-bidliet sa tmiem il-perjodu ta’ notifika.

Artikolu 5 4

4.   Meta l-entità finanzjarja tkun tal-fehma li l-bidliet materjali msemmija fil-paragrafu 1 jaqbżu t-tolleranza tar-riskju tagħha, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ notifika l-entità finanzjarja għandha:

(a)

tinforma lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT dwar dan;

(b)

toġġezzjona għall-bidliet u titlob modifiki għal dawk il-bidliet qabel ma jiġu implimentati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0532
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.