+Artikolu 325l 6.

Artikolu 325l 6.

L-istrumenti tad-dejn li jinvolvu ħlasijiet f'muniti differenti wkoll għandhom ikunu soġġetti għal riskju bażi bejn il-muniti bejn dawk il-muniti. Għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, il-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-riskju bażi bejn il-muniti ta' kull munita kontra d-dollaru Amerikan jew l-euro. L-istituzzjonijiet għandhom jaħdmu l-bażijiet ta' bejn il-muniti li ma jirrelatawx mal-bażi kontra d-dollaru Amerikan jew il-bażi kontra l-euro bħala “bażi kontra d-dollaru Amerikan” jew “bażi kontra l-euro”.

Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi distinti possibbli: bażi kontra l-euro u bażi kontra d-dollaru Amerikan, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.