+Artikolu 325bn Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325bn 1.
---+Artikolu 325bn 2.
---+Artikolu 325bn 3.

Artikolu 325bn Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bn 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl kif ġej:

(a) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom ikunu ugwali għan-numru tal-valur fir-riskju li jkejjel it-telf potenzjali fil-valur tas-suq tal-portafoll ikkawżat mill-inadempjenza ta' emittenti relatati ma' dawk il-pożizzjonijiet fl-intervall ta' kunfidenza ta' 99,9 % fuq perijodu ta' żmien ta' sena;

(b) 

it-telf potenzjali msemmi fil-punt (a) ifisser telf dirett jew indirett fil-valur tas-suq ta' pożizzjoni li kien ikkawżat mill-inadempjenza tal-emittenti u li huwa inkrementali għal kwalunkwe telf diġà meqjus fil-valutazzjoni attwali tal-pożizzjoni; l-inadempjenza tal-emittenti ta' pożizzjonijiet ta' ekwità għandha tiġi rappreżentata mill-valur tal-prezzijiet tal-ekwità tal-emittenti stabbilit għal żero;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti abbażi ta' metodoloġija kunċettwalment valida, bl-użu ta' data storika oġġettiva fuq firxiet tal-kreditu tas-suq jew prezzijiet tal-ekwità li jkopru tal-inqas perijodu ta' 10 snin li jinkludi l-perijodu ta' stress identifikat mill-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 325bc(2); il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti għandu jkun ikkalibrat ma' perijodu ta' żmien ta' sena;

(d) 

il-mudell tal-kejl ta' riskju intern għandu jkun ibbażat fuq preżunzjoni ta' pożizzjoni kostanti għal sena.

Artikolu 325bn 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq il-bażi ta' kull ġimgħa.
Artikolu 325bn 3.
Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-perijodu ta' żmien ta' sena b'perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata għall-finijiet tal-kalkolu tar-riskju ta' inadempjenza ta' xi wħud mill-pożizzjonijiet ta' ekwità jew kollha kemm huma, fejn adatt. F'każ bħal dan, il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata u l-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-prezzijiet tal-bonds għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sena.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.